Illum previous editions

ILLUM 6 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1174216

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

Minn Yendrick Cioffi Jekk hawn festa, apparti dik ta' Marija Addolorata, li hija ċċelebrata tista' tgħid f 'kull parroċċa, bla dubju din hija l-festa tal-Madonna tar- Rużarju, li l-Knisja tiċċelebra fis-7 ta' Ottubru, ix-xahar iddedikat lit-talba tar-Rużarju. Fil-Gudja, il-festa tal- Madonna tar-Rużarju tiġi ċċelebrata b'solennità akbar, tant li din hija waħda miż-żewġ festi sekondarji ċċelebrati bi kbir f 'din il- parroċċa. Fil-fatt, għal min ma jafx, jekk hawn lokalità li ma tixbax tiċċelebra l-festi, bla dubju ta' xejn din hija l-Gudja. Apparti l-festa titulari tat-Tlugħ fis- Sema tal-Verġni Marija (Santa Marija), l-istess parroċċa tiċċelebra bi kbir il-festa tal-Madonna tar-Rużarju, fl-ewwel Ħadd ta' Ottubru u dik tal-Madonna taċ-Ċintura, fl-aħħar Ħadd tal-istess xahar. Huwa sigriet magħruf, li anke jekk Santa Marija hija l-festa titulari ta' din il-parroċċa u r-raħal antik u ċċelebrata mill-Gudjani kollha, iż-żewġ festi sekondarji huma ċċelebrati bi kbir miż- żewġ soċjetajiet mużikali ta' din il-lokalità, liema żewġ soċjetajiet mużikali mhux biss għandhom il-fergħat tal-armar tagħhom iżda anke l-kmamar tan-nar rispettivi tagħhom. Għall-partitarji tas-Soċjetà Filarmonika La Stella tal- Gudja, il-festa ta' din is-sena hija waħda speċjali, hekk kif qiegħed ikun imfakkar l-ewwel ċentinarju mit-twaqqif tal-istess Soċjetà li llum qed tiċċelebra l-festa tal- Madonna tar-Rużarju Mitt sena taħdem biex tkabbar il-festa tar- Rużarju L-istorja tas-Soċjetà Filarmonika La Stella tal- Gudja tmur lura għall-ewwel xhur wara li ntemmet it-Tieni Gwerra Dinjija. Fl-1919, tliet persuni mill- Gudja ftehemu li jwaqqfu ċ-Circolo Musicale La Stella, bil-għan ewlieni tagħhom ikun li jifformaw orkestra biex fil-festa tal-Madonna tar- Rużarju tibda ddoqq kemm fil-knisja kif ukoll fil-festa esterna. Biex ikollhom fejn jiltaqgħu, Gio Marija Abdilla, Anġlu Dalli u Carmelo Zammit krew dar fi Triq id-Dejqa. Xi ħaġa kurjuża u interessanti huwa kif is-soċi taċ-Circolo La Stella, fl-1925, jiġifieri ftit snin biss wara li waqqfu l-orkestra, xtraw karozza tal-linja. Ħafna minnhom kienu ħaddiema tat-Tarzna u dak iż-żmien, l-uniku mezz li kellhom biex jinżlu għax- xogħol kienet xi karozzella, karettun jew il-mixi. Għalhekk ħasbu li jixtru din il-vettura biex twassal lill- ħaddiema Gudjani. Dan jixhed kif bħal kull soċjetà oħra f 'Malta u Għawdex, sa mit-twaqqif tagħha, anke La Stella tal- Gudja kellha funzjoni soċjali u ċivika, apparti dik kulturali. Ma għandniex xi ngħidu, din il-karozza tal-linja, li semmewha St Mary, kienu jużawha għal ħarġiet li kienu jorganizzaw biex iżuru festi oħra fl-irħula tal-madwar. Maż-żmien dan iċ-Circolo La Stella kompla jikber, tant li fl-1936, l-orkestra nbidlet f 'banda u l-1971 inxtrat binja ħafna akbar li La Stella għadha tuża sal-lum bħala s-seda tagħha. Għal xi żmien, din il- binja kienet isservi bħala r-residenza tal-Kappillan u anke bħala post għat-tagħlim tad-duttrina. Sadanittant, il-festa tal- Madonna tar-Rużarju kompliet tikber u kien fl-1986 li s-Soċjetà Filarmonika La Stella xtrat proprjetà oħra biex isservi bħala kamra tan-nar, biex hekk, b'mod uffiċjali, twaqqfet La Stella Fireworks Factory, biex taħdem in-nar mhux biss għall-festa tal- Madonna tar-Rużarju, iżda anke għall-festa ta' Santa Marija. Fl-1990, il-kumitat tas- Soċjetà xtara proprjetà oħra biswit il-każin, bil-ġnien tagħha nbidel f 'bitħa għall- 14 illum | Il-Ħadd 6 ta' Ottubru 2019 Festi Ir-Rużarjanti Gudjani jiċċelebraw l-ewwel ċentinarju mit-twaqqif tal-Banda Il-Gudja llum qed tiċċelebraw waħda mit-tliet festi tagħha. L-ILLUM iżżur il-festa tal-Madonna tar- Rużarju, din is-sena waħda speċjali għax il-partitarji ta' din il- festa qed jiċċelebraw il-100 sena mit- twaqqif tas-Soċjetà Mużikali La Stella Partitarji waqt il-marċ ta' filgħodu X'nafu dwar il-vara tal- Madonna tar-Rużarju? L-istatwa tal-Madonna tar- Rużarju li tinħareġ f 'purċissjoni nhar l-ewwel Ħadd ta' Ottubru, mhijiex l-ewwel waħda fil- Gudja. Qabilha kien hemm statwa antika tal-injam, liema statwa llum tinsab fil-kappella tal- Lunzjata. Din l-istatwa tal-injam hija xogħol Anton Chircop u nħadmet fl-1851. Interessanti li din kienet toħroġ darbtejn fis-sena, jiġifieri fil-festa tal- Warda u fil-festa tal-Madonna tar-Rużarju. Fl-1921 beda x-xogħol fuq l-istatwa li għadha titgawda tal-lum, liema statwa nħadmet fil-kartapesta mill-istatwarju Angelo Dalli. L-istatwa nħarġet għall-ewwel darba fl-1922. L-istatwa tal-Madonna tar- Rużarju tistrieħ fuq pedistall mill-isbaħ, maqtugħ fuq erba' skrolli. Aktar tard saret ukoll il- bradella. It-tnejn li huma saru fuq disinn ta' Manuel Buhagiar. Briju kemm trid iżda devozzjoni waqt il-purċissjoni Il-Gudja hija magħrufa għan-nar u anke għall- briju waqt il-marċi mill-partitarji taż-żewġ soċjetajiet mużikali. Il-Ħadd filgħodu, is-Soċjetà Mużikali La Stella torganizza l-marċ brijuż ta' filgħodu, iżda filgħaxija, il-purċissjoni tieħu forma ta' pelegrinaġġ. Fil-fatt, il-banda mistiedna tilqa' l-ħruġ tal- purċissjoni iżda ma tkomplix takkumpanja l-purċissjoni. Waqt il-purċissjoni, sakemm l-istatwa terġa' tfeġġ fil-pjazza, tingħad it-talba tar-Rużarju. Il-banda, tibqa' fil-pjazza, fejn tesegwixxi programm mużikali u tistenna biex terġa' takkumpanja l-vara tal-Madonna tar-Rużarju fid-dħul tagħha fil-Knisja. Il-vara tal-Madonna tar-Rużarju

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 October 2019