Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1174216
Minn Liam Carter IL-PRESIDENT tal- Università Amerikana ta' Malta Lewis Walker, meta mistoqsi mill-gazzetta ILLUM jekk humiex se jappellaw mid-deċiżjoni riċenti tal-Awtorità tal- Ippjanar dwar l-estensjoni tal-kampus fil-Baċir Numru 1, huwa stqarr li għadhom mhumiex ċerti. "Għadna m'aħniex ċerti x'se nagħmlu. Ma nistax ngħid fiċ-ċert jekk nappellawx jew le," insista l-President tal- AUM. Il-ġimgħa l-oħra, il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar iddikjara li huwa kontra l-estensjoni tal-AUM fil-Baċir Numru 1 f 'Bormla. Din l-estensjoni flimkien mad-dormitorju propost fi Triq San Pawl, kienu ta' tħassib serju għar-residenti tal-Kottonera. L-ILLUM kompliet tistaqsi għaliex hemm bżonn din l-estensjoni fid-dawl tan- numru baxx ta' studenti li bħalissa qed isegwu kors fl-AUM. Huwa kien pront jgħid li, "mhux qed ngħid li għandna bżonn id-dormitorju f 'dan il-mument, imma rridu nippjanaw minn qabel. Ma nistgħux inġibu aktar studenti mingħajr ma jkollna l-ispazju," sostna Walker. Fuq il-kwistjoni tan-numru fqir ta' studenti li jattendu din l-Università, huwa qal li, "kull kumpanija start-up tibda bil- mod, iżda li sena wara sena n-numru ta' studenti qiegħed jiżdied." Madanakollu huwa għamilha ċara li jixtiequ li jkunu sensittivi għar-riżervi tan-nies. "Nifhem ir-riżervi tan-nies fit-totalità tagħhom? Probabbli le, għax jien ġej minn pajjiż ieħor, iżda ċertament nixtieq li se nkunu sensittivi però fl-istess waqt irridu niżviluppaw b'mod xieraq," qal Walker. Id-dormitorju huwa fundamentali għall- operat tal-Università Mistoqsi wkoll fuq il-bini ta' dormitorju propost fi Triq San Pawl f 'Bormla, il-President qal li huma għandhom bżonn kbir ta' akkomodazzjoni għall- istudenti u li dan l-iżvilupp huwa fundamentali għall-operazzjoni kollha tal- Università. L-ILLUM staqsietu għaliex hemm bżonn erba' sulari dormitorju ġaladarba n-numru ta' studenti għadu baxx. Fir-risposta tiegħu huwa argumenta li, "meta nikbru se jkollna bżonnu u aħna qed nikbru kull sena. Jekk ma niżviluppawx u jiġu numru kbir ta' studenti jkollna problema, għalhekk irridu nantiċipaw. Ħafna universitajiet jibdew bil-mod u aħna bħalissa qegħdin f 'dik il-fażi." Fl-aħħar nett l-ILLUM staqsietu jekk humiex jikkunsidraw il-proposta ta' Bedingfield li f 'intervista mal-gazzetta ILLUM kien ippropona l-Fortizza tas- Salvatur tal-Kalkara bħala waħda mill-alternattivi għal dan l-iżvilupp fil-qalb tal- Kottonera. Fuq din Walker qal li, "dan mhux l-uniku sit possibbli u li jinsabu f 'ħidma rigward dan kollu. Mhux se ngħid li impossibbli," temm jgħid il-President. 'Il-kampus fis-sit taż- Żonqor se nibnuh' Tkellimna miegħu wkoll dwar il-bini propost tal- kampus fiż-Żonqor, bil- President jagħmilha ċara li l-AUM se tkun qiegħda tiżviluppa t-tieni kampus tagħha fiż-Żonqor. "Iva, se nkunu qed niżviluppaw dan il- kampus fis-sit taż-Żonqor f 'Marsaskala. Kif qal il-Prim Ministru Joseph Muscat, jeħtieġ li l-ewwel nilħqu ċertu livelli fl-operazzjoni tagħna, jiġiferi fil-kampus tal-Baċir Numru 1 f 'Bormla. Meta naslu f 'dak il-livell, ngħaddu għat-tieni parti," saħaq Walker. F'Marzu li għadda waqt l-inawgurazzjoni tal- Università Amerikana f 'Bormla, il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna li x-xogħol fiż-żona taż-Żonqor jibda biss wara li l-kampus f 'Bormla jkun mimli studenti. Fil-kuntratt bejn l-AUM u l-Gvern Malti ffirmat nhar il-11 ta' Marzu 2016 hemm imniżżel ċar u tond li l-AUM għandha tattitra, "madwar 4,000 student sar-raba' sena minn mindu jkun komplut il-proġett, b'1,00 student annwali." Dan ifisser illi sal-2023, hekk il-proġett kien ittardjat b'sena minħabba dewmien mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Għolja, l-iskola jrid ikollha 4,000 student, b'1,000 student ġdid kull sena. 9 Aħbarijiet Il-Ħadd 6 ta' Ottubru 2019 | illum 'Għadna ma nafux aħniex se nappellaw mid-deċiżjoni dwar l-estensjoni tal-kampus f 'Bormla' Il-President tal-AUM Lewis Walker L-estensjoni proposta fil-kampus tal-Baċir Numru 1