Illum previous editions

ILLUM 6 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1174216

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

A ħna l-Maltin ilna mdorrijin b'dan il- kumment. Aħna qatt ma konna ħakkiema ta' nies u popli oħrajn. Aħna żgħar u dejjem daret għalina l-ħuta l-kbira. Issa qed narawh iseħħ fejn jidħlu r-refuġjati, il- klandestini, il-fqar ta' artijiet u kontinenti oħra. Fostna għandna min ma jridx nies minn kontinenti oħra jersqu lejn xtut l-Ewropa u jġibu l-argument li min irid jgħin lil dawn li qed jersqu lejna għandu jgħinhom fl-istil ta' ħajjithom u tal-familji tagħhom ġo pajjiżhom stess u mhux jiffullaw fil-pajjiżi tal-Ewropa. Anke pajjiżi mseħbin fl-Unjoni Ewropea jinsabu maqsumin dwar il-politika tagħhom fejn jidħlu l-emigranti u r-refuġjati. Il-gvernijiet tagħhom mhux kollha jriduhom, xi wħud minnhom idaħħluhom biss għax jagħmlu xogħol li l-istess ċittadini ta' pajjiżhom mhumiex jagħmlu. Anzi, kif ġara dan l-aħħar fl-Italja, il- gvernijiet populisti jeħduha kontra dawk l-għaqdiet u movimenti volontarji li jagħtuhom servizz ta' għajnuna, kif ġara fil-każ ta' bastimenti li ġarrew refuġjati imma l-gvernijiet ma ħallewhomx iniżżluhom l-art. Minn 70 għal 26 Iżda dan is-settur tal- għaqdiet volontarji għamlu reazzjoni soda. Mhux biss saħqu fuq il-jedd tagħhom li jgħinu lil min jeħtieġ l-għajnuna tagħhom imma kixfu l-qerq tal-gvern Populista. Ħarġu fil-beraħ x'għamel il-Gvern Taljan sewwa sew f 'dawn il-jiem. Ir-riżorsi li kien jiffinanzja fil-pajjiżi mnejn ġejjin l-imigranti kienu ta' 70 miljun lira. Issa niżżluhom għal 26.4 miljuni! Dawn huma fatti! Sabiħ il-paroli, imma l-fatti jikxfu l-gideb! Fl-Italja, it-tielet settur li jikkonsisti f '84 moviment magħrufa bħala FOCSIV, ilhom jaħdmu iżjed minn 50 sena fl-artijiet li għadhom qed jiżviluppaw. Qed jiżviluppaw postijiet tax-xogħol għaż-żgħażagħ, is-servizzi tas-saħħa, jgħinu fl-edukazzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ fost il-familji l-iżjed fqar, jiżviluppaw proġetti li jiżguraw l-iżvilupp ekonomiku u soċjali f 'dawn it-territorji. Dawn il- movimenti tgħidx kemm għandhom voluntiera mseħbin li qed jagħmlu mirakli żgħar f 'dawn il-pajjiżi tat-Tielet Dinja! L-Enċiklika tal-Papa San Pawlu VI "Populorum Progressum" tgħidx kemm inkoraġġiet dil- ħidma ta' żvilupp li wasslet biex diversi nisa u rġiel, żgħażagħ u mhumiex, jagħtu ħajjithom fost il-popli tal- Afrika u tal-Amerika Latina. L-Italja kienet intrabtet mal-Ġnus Magħquda li tivvota 0.7% tan-nefqa annwali tagħha u tinvestihom fil-pajjiżi mhux żviluppati. Il- wegħda tagħha kienet waslet sa 0.3% u issa flok telgħet kompliet nieżla 'l isfel! Flok tikber qed tonqos Ejjew ngħinuhom f 'darhom ħalli jibqgħu f 'pajjiżhom. Il-fatti juru li l-għajnuna fl-artijiet li għadhom qed jiżviluppaw mhux biss mhix tikber, mhux biss qed tonqos, imma talli l-għaqdiet volontarji li jagħtuhom l-għajnuna qed ikunu sistematikament skreditati, ibda minn dawk li jagħtu servizz waqt li l-immigranti jkunu għadhom fil-baħar... saħansitra waslu biex arrestaw il-kmandanta tal-vapur Sea Watch, Carol Rackete u akkużawha li qed issalva l-ħajja ta' tant bnedmin! Il-gvern Populista hedded il-fiduċja tal-poplu Taljan f 'kull għamla t'assoċjazzjoni voluntarja b'risq l-immigranti u r-refuġjati. Kull darba li nqala' xi każ ta' korruzzjoni, il-maġistratura għamlet dmirha imma l-Gvern Populista pprova jinqeda bih biex inaqqas il-fondi li jagħti lill-għaqdiet volontarji u jdgħajjef il-fiduċja fihom! B'xorti tajba dak il-gvern immexxi minn Salvini u sħabu ħareġ tellief. Nittamaw li l-gvern li ġie warajh u li jinkludi wħud li kienu jiggvernaw miegħu, jibdel il-linja tiegħu, kif diġà beda jidher billi l-immigranti bdew jitħallew jinżlu l-art. Id-dmir żgħir tagħna Dawk l-individwi hawn Malta li tkellmu sabiħ dwar Salvini, iridu jifhmu li avolja aħna żgħar, irridu nagħmlu dmirna lejn dawn ħutna immigranti li jiġu fostna u jġibu ruħhom tajjeb u ma jkunux għodda ta' min irid jistagħna billi jinqeda bihom ħalli jimla pajjiżna bid-drogi. Jidhirli li Gvern Malti qed jagħti s-sehem żgħir li jista' jagħti u jittratta b'umiltà lil ħutna li jinsabu fil-bżonn! Dun Ang Seychell huwa l-fundatur ta' Dar Nazareth illum | Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2019 16 Opinjoni DUN ANG SEYCHELL Kliem iva imma fatti xejn Fostna għandna min ma jridx nies minn kontinenti oħra jersqu lejn xtut l-Ewropa u jġibu l-argument li min irid jgħin lil dawn li qed jersqu lejna għandu jgħinhom fl-istil ta' ħajjithom u tal-familji tagħhom ġo pajjiżhom stess Avolja aħna żgħar, irridu nagħmlu dmirna lejn dawn ħutna immigranti li jiġu fostna u jġibu ruħhom tajjeb SAM PAIO SAM PAIO SAM PAIO SAM PAIO THURSDAY 18:30 TVM THAIS SAM PAIO isaac borg VS

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 October 2019