Illum previous editions

ILLUM 6 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1174216

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

29 Il-Ħadd 6 ta' Ottubru 2019 | illum Sports PHOENIX Malta rat il- fundazzjoni tagħha fis-sena 2015 fejn kienu l-Head Coach preżenti Domenico Barbuzza u l-president Orlando Bonnici li ħarġu bl-idea li joħolqu tim ġdid. Fi ftit żmien dan il-klabb il-ġdid sar il-punt ta' riferiment tal- American Football hawn Malta. Meta tikkunsidra n-numru ta' plejers li kellhom fil-bidu u d-diffikultajiet li sabu sabiex jsostnu l-isport b'mod loġistiku, kellhom jibdew bil-Flag Football, dixxiplina li timxi fuq ir-regoli tal-American Football iżda li ma tinvolvi l-ebda tackle jew kuntatt. Bis-saħħa t'hekk tgħallmu jidraw il-logħba, itejbu l-ħiliet tagħhom u jikbru bħala tim. Wara perjodu ta' sena, Phoenix ingħaqdu mal-FIDAF (Federazione Italiana di American Football) sabiex jieħdu sehem fil-Flag Football Tournament li hu bbażat fi Sqallija. Din kienet l-ewwel esperjenza internazzjonali għat-tim Malti li rnexxielu jasal sar-raba' post tal-kompetizzjoni meta tqis li l-oppożizzjoni kellha esperjenza kbira f 'dan l-isport. Phoenix issa se jippreparaw għal tarġa ikbar hekk kif se jkunu qed jikkompetu fit-TackleTeam, sport li jintlagħab bl-elmu u l-protezzjoni kollha meħtieġa. B'hekk Phoenix se jkunu l-ewwel tim tal-American Football f 'Malta. Kif wieħed jista' jimmaġina, meta ieħed jibda bit-Tackle American Football ma jiġikx sold jew tnejn. L-ewwel sfida li ffaċċjaw kienet ix- xiri tal-apparat u affarijiet relatati ma' dan l-isport u li nxtraw għat- tim sħiħ. Kif wieħed jista' jinduna, elmi, shoulder pads u materjal ieħor ta' protezzjoni huma importanti sabiex tkun konformi mar-regoli ta' dan l-isport. B'hekk it-tim qed ifittex sponsors li lesti jgħinuhom sabiex ikunu jistgħu jipprattikaw din il-logħba. Bħalissa t-tim qed jitħarreġ fil- grawnd ta' Tigne Point kull nhar ta' Ħamis fit-8.30pm. It-tim hu miftuħ għall-irġiel bejn it-18-il sena u l-50 sena. Finalment l-għan ta' dan il-klabb hu li jgħaqqdu wkoll tim taż-żgħar kif ukoll ieħor femminili. Suċċess għal Phoenix Malta bl-introduzzjoni tal-Flag Football Cristian Antony Muscat Il-plejers ta' Phoenix Malta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 October 2019