Illum previous editions

ILLUM 6 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1174216

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 JEKK hawn lokalità li fiha tiġbor prattikament kull kwistjoni taħraq li ddiskutejtha fil-pajjiż fl-aħħar snin u xhur, żgur li hija San Pawl il-Baħar u li allura tiġbor fiha l-Qawra u Buġibba. Jekk hux turiżmu, problema ta' skart, iffullar fit-trasport pubbliku, barranin, fish farms, kostruzzjoni, kaċċa u popolazzjoni dejjem tikber. Prattikament San Pawl il-Baħar hija l-aqwa test-case ta' kull waħda minn dawn il-problemi u allura hija l-lokalità li fiha l-aħjar li nistgħu niddeċiedu jekk hux qed infallu jew nirnexxu. F'ħafna minn dawn, ħafna nies jaħsbu li l-awtoritajiet qed ifallu. Imma s-Sindku l-ġdid ta' din l-akbar lokalità ta' Malta u l-akbar lokalità turistika x'jaħseb? Alfred Grima ilu fil-kariga biss tliet xhur u din il- gazzetta tiltaqa' miegħu u tistaqsih dwar il-ħafna kwistjonijiet li qed jaffettwaw lil-lokalità u lil pajjiżna. 'Kont naf għal xiex dieħel ...' L-ewwel nett, issa li hu sindku, x'inhi l-ewwel impressjoni? Iħoss li forsi din il-biċċa xogħol hija bil-wisq akbar milli qatt seta' basar? "Le ma naħsibx," jibda jgħid Grima. Jiena dejjem urejt interess fil-Kunsill u ili fil-Kunsill, allura kont naf għal xiex dieħel. Li forsi hemm differenti hija li qabel kienu jgħidulek ħaġa, meta tistaqsi, u llum qed ninduna li f 'ċerti każi kien hemm affarijiet li ma sarux jew li mhux vera li ġraw kif qalulna," qal Grima donnu jixtieq ikun kriptiku u ma jagħtix wisq dettall. Imma l-gazzetta tistaqsih. Il-bank kien qed joħdilna €300 fix- xahar għax kellna ħafna flus fil-kont Vera li l-Kunsill għandu €1 miljun imġemmgħin fil-bank u għalfejn mhux qed jintużaw dawn il-flus? "Iva minnu li kien hemm miljun, u anke fuqhom." U x'ġara b'dawn il-flus kollha? "Grazzi għall-ineffiċjenza u kieku ma ġbidtx l-attenzjoni jien, il-Kunsill kien se jibqa' jitteħidlu €300 fix-xahar għax kellu ħafna flus fil-bank," qal għas-sorpriża u xi ftit ta' dubju minn din il-gazzetta. Jiċċara illi hemm żewġ tipi ta' fondi. Hemm il-fond UIF, flus li ġejjin biex jagħmlu tajjeb għal nuqqas ta' parkeġġ għal karozzi fi żvilupp (pereżempju blokka apartamenti ta' 12-il appartament li jkollha 5 garaxxijiet biss). Hu fakkar illi l-Kunsill ta' San Pawl kellu €5 miljun f 'dan il-fond. Hawnhekk isemmi l-proġett tal- pitch tas-Sirens u filwaqt li jgħid illi tajjeb li dan qed isir sostna illi jagħmel ħafna iktar sens li dawn il-flus jinqasmu, mhux ikunu kkonċentrati f 'żona jew inizjattiva waħda. "Għandna lokalità kbira u m'għandniex multi storey car park, m'għandniex bandli suret in-nies," kompla jgħid Grima biex jiġġustifika l-argument tiegħu kontra konċentrament ta' fondi. Fl-istess ħin ifakkar li dawk il-ħames miljuni diġà tnaqqsu b'€2.2 miljun. Mandat ta' sekwestru mdendel m'għonq il-Kunsill Lokali Isemmi mbagħad kif fir-rigward tal-miljun li semmejtlu, jidher li għad fadal €700,000, għalkemm ifakkar li hu qed jikkontesta kont ta' madwar €460,000 f 'xogħol ta' toroq, għax qal li l-Kunsill ma kienx ikkonsultat dwar l-għoti u l-proċess biex sar dan ix-xogħol. Ifakkar illi apparti dan kollu l-Kunsill għandu mandat ta' sekwestru kontrih ta' 'l fuq minn €400,000, li jridu jitħallsu jekk il-kunsill jitlef l-appell. Dan il-mandat sar fuq inċident waqt party f 'Ta' Fra Ben snin ilu u li ħalla persuna mweġġa' b'mod serju. Biex juri li fil-fatt il-Kunsill Lokali diġà qed jagħmel differenza fl-ewwel ftit żmien, qal illi sar kuntratt ma' kumpanija lokali tat-telefonija biex il-Kunsill ikollu aktar telefons, sabiex iktar persuni jkunu milħuqa. 'Kellna biżibilju ilmenti fuq il- ħmieġ' Ħafna persuni jħossu li mhux qed isir biżżejjed f 'din l-akbar lokalità Maltija u f 'ċentru turistiku. Hemm problema, xi drabi serja, ta' ħmieġ, hemm żieda qawwija fil- popolazzjoni u allura iktar pressjoni fuq l-infrastruttura, attività qawwija ta' kostruzzjoni u nuqqas ta' ħeġġa u investiment qawwi mill-Gvern ċentrali Nibdew bil-ħmieġ. Kemm hi reali u x'se jsir b'din il- problema? "Ejja nħarsu minn fejn tlaqna," jibda jirrispondi. "Kellna biżilbilju ilmenti fuq Facebook, fuq il-gazzetti, kullimkien. Aħna biddilna l-istratreġija u l-ilmenti naqsu fuq il- Facebook u anke mill-Kunsill." "Immedjatament, żidna l-kenniesa bit-tripplu, minn ħamsa għal 15," jibda jgħid Grima. Bdejna naqtgħu ħaxix ma' kullimkien u bdejna Intervista illum | Il-Ħadd 6 ta' Ottubru 2019 L-akbar lokalità f'Malta, l-akbar żona turistika, bi preġji u ħafna problemi. L-ILLUM titkellem mas-Sindku ta' San Pawl il-Baħar dwar il- problemi f'din il-lokalità li fil-fatt huma problemi nazzjonali agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham 'F'dari hemm il-bieb biex niddeċiedi Jiena dejjem għidt li aħna għandna nkunu barra t-Trattat ta' Shengen Alfred Grima

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 October 2019