Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1174216
19 Il-Ħadd 6 ta' Ottubru 2019 | illum Editorjal Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Editur: Albert Gauci Cunningham H emm eċitament kbir għall-ekonomija ġdida u l-ħwejjeġ li huma marbuta ma' din l-ekonomija; l-artificial intelligence, il-blockchain, il-Crypto Currency u bosta inizjattivi oħra. Hemm entużjasmu liema bħalu, bil-fatt ukoll li f 'dawn l-aħħar jiem, permezz tad-Delta Summit kien hemm serbut ta' nies ta' fama mondjali li jaħdmu f 'dan il-qasam. Ideat brillanti u proposti ta' barra minn did-dinja. Ikollna nammettu li għal ħafna nies, id-Delta waslet Malta imma għalina li għandna saqajna mal- art iktar qisha waslet Disneyland Malta. Ħadd mhu qed jgħid li ma għandniex inkunu minn tal-ewwel, imma forsi qabel il-Gvern jiġri b'ideat redikoli, bħall-każ tar- robot li jdur mat-turisti l-Belt, jara li ħafna mill-inizjattivi lokali qed jiġu ostakolati min-nuqqas ta' koperazzjoni mill-banek, mill- kirjiet esaġerati u minn għoli tal- ħajja esaġerata. Imma ejja nkunu ċari. Din hija gazzetta min-nies għan-nies. Għal dak is-saff fis-soċjetà li nemmnu jridu progress imma jridu li jkun hawn il-ħaqq soċjali. Fejn kien id-diskors fid-Delta dwar xogħol li jista' jintilef minħabba proposti u inizjattivi moderni u innovattivi. Ix-xogħol huwa mezz biex jgħajjex il-bniedem, u kieku għal ħafna nies ix-xogħol ma jagħmluhx. Mhux kulħadd iħares lejn ix- xogħol bħala eżerċizzju biex jirnexxi fin-negozju. Ejja nkunu aktar ċari. Il-maġġoranza tan-nies huma impjegati u jaħdmu ħinijiet twal jew overtime għax iridu li l-familja tagħhom ikollha l-aħjar. Fid-Delta Summit smajna ħafna dwar l-intelliġenza artifiċjali, imma rridu nammettu li hemm ħafna storbju bla bżonn dwar dan. Diġà nużaw din it-tip ta' intelliġenza permezz ta' użu raġunat u loġiku ta' databases. Hemm l-impressjoni li qed indawru kollox biex nagħtu isem ġdid. Ejja niddiskutu kemm trid, imma ejja nifhmu li fl-aħħar mill-aħħar ir-ruħ tax-xogħol tagħna huwa x-xogħol li jidher. U ngħidu x'ngħidu kieku ma jkunx għall-għaqal tal-bniedem u s-serjetà tal-ħaddiem Malti kieku ma għandniex ekonomija b'saħħitha. Kienet nieqsa r-referenza għall-bniedem, għall- bżulija tal-karattru Malti. Ejja nżewġu t-teknoloġija mal-moħħ u s-saħħa tal-bniedem u mhux kontra. Casa jitkaża L-andament fl-għażla tal- Kummissarji fl-Unjoni Ewopea wera bl-iktar mod ċar il- partiġġjaniżmu u l-istandard differenti bejn il-gruppi politiċi differenti. Turi wkoll il-miskinita ta' David Casa li injora x'qallu Adrian Delia u pprova jwaqqa' għaċ-ċajt lil Helena Dalli. Bħalma jgħid il-Malti, min jitwieled tond, ma jmutx kwadru. Ir-realtà hija li aktar ma jgħaddi żmien aktar nindunaw kemm din l-Ewropa hija mibnija fuq il- preġudizzji u fuq min hu magħna jew kontra tagħna. Għalhekk qatt ma tisma' lil xi Ġermaniż jitkellem kontra l-banek Ġermaniżi għax għandhom ftehim, mhux miktub, li fil-familja tagħhom ma jperrċux ħwejjeġ maħmuġin. Casa min-naħa l-oħra, qatt ma tgħallem li apparti li ma għandux il-kredenzjali biex jitkellem, ma għandux isawwat lil pajjiżu għal xejn b'xejn. Ejja nkunu saqajna mal-art