Illum previous editions

ILLUM 6 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1174216

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

Sports 30 illum | Il-Ħadd 6 ta' Ottubru 2019 Kif għażilt il-bodybuilding fost sport ieħor? Fil-bidu bdejt immur il-gym biex inħossni aktar fit u b'saħħti. Iktar ma beda jgħaddi żmien iktar bdejt nieħu gost nara differenza fija nnifsi kemm fiżikament u anke mentalment u ħadt dan l-isport b'aktar serjetà. Illum ma nimmaġinax ħajti mingħajr dan l-isport. Ma taħsibx li l-bodybuilding minħabba s-saħħa fiżika li jirrikjedi huwa iktar addattat għall-irġiel milli għan-nisa? Sfortunatament, għad hawn nies li jaħsbuha b'dan il-mod. Il-verità hi li dan l-isport huwa addattat kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel bħal kull sport ieħor. Hawn Malta għandna ħafna atleti nisa f 'dan il- qasam li huma ta' livell għoli ħafna. It-taħriġ li int tagħmel biex tipprattika dan l-isport kif jiddiversifika minn taħriġ li wieħed irid jagħmel biex jieħu sehem f 'xi tip ta' sport ieħor? Kull sport fih l-impenji tiegħu. F'dan il-qasam ta' sport huwa importanti li titħarreġ ta' spiss u tara li qed tagħti importanza lil kull parti fiżika. It- taħriġ irid jikkonsisti f ' kemm dak li ngħidulu upper body kif ukoll il- lower body. Biex iżżomm ruħek attiv f 'dan l-isport trid titħarreġ bejn tlieta u erba' darbiet fil-ġimgħa. Huwa importanti wkoll li jkollok ġranet fejn ma titħarriġx - rest days biex tevita li tweġġa'. X'differenza tgħaddi bejn il- bodybuilding, il-weightlifting u l-powerlifting? Il-bodybuilding huwa sport fejn l-atleta jkun jixtieq ikabbar jew jagħti iktar definizzjoni lill-muskoli tiegħu. Min-naħa l-oħra, il-weightlifting u l-powerlifting jiffokaw iktar fuq irfiegħ, fejn l-għan tal-atleta jkun li jżid fis-saħħa biex jerfa' iktar piż. Bodybuilders Maltin jieħdu sehem regolarment f 'kompetizzjonijiet importanti tal-bodybuilding madwar id-dinja? Iva, hawn Malta għandna ħafna atleti f 'dan il-qasam li jmorru tajjeb meta jikkompetu kemm f 'Malta stess kif ukoll barra minn Malta. Il-kompetizzjonijiet huma exposure sabiħ għal dan l-isport fejn l-atleti jistgħu juru x-xogħol kontinwu tagħhom ta' matul is-sena kollha. Naf li l-isport tagħkom jinvolvi bosta spejjeż. Huwa minnu dan? Iva, biex tara s-suċċess irid ikollok dieta tajba u bbilanċjata. Sfortunatament ikel sustanzjuż huwa iktar għoli minn ħafna junk food. Irid ikollok ukoll gwida tajba f 'dak li qed tagħmel bħala taħriġ. Dan kollu jirrikjedi spejjeż iżda meta tara differenza f 'saħħtek, tinduna li huwa investiment għal ħajtek. Konxju wkoll mill-fatt li l-isport tagħkom jinvolvi dieta partikolari. Int kif tqassam id-dieta tiegħek. Agħtina iktar dettalji. Dieta bbilanċjata hija l-aħjar biex iżżomm b' saħħtek kemm fiżikament kif ukoll mentalment. Tidra tevita ikel li mhux daqshekk nutrittiv u tibbaża l-ikel tiegħek fuq ikel li mhux ipproċċesat. Dan jinkludi tiġieġ, ħut, ħaxix, frott, ross u ċereali. Ovvjament xi kultant tista' wkoll tieħu ikla kif tixtieq - tiekol dak li jkollok aptit f 'porzjon moderat. Dan il-mod jgħinek biex issib bilanċ fid-dieta tiegħek u żżommha bħala 'lifestyle'. X'sagrifiċċji u impenji partikolari jirrikjedi l-isport li int tipprattika? Iktar milli sagrifiċċji inħobb ngħidilhom addattamenti żgħar fejn pereżempju tnaqqas milli tixrob mal-ħbieb jew tevita ċertu ħruġ jekk l-għada taf li jkollok it-taħriġ filgħodu. Trid tagħmel l-isport prijorità fuq affarijiet oħra li jgħaddu però li jafu jnaqqsulek milli tkun tista' tagħti l-aqwa tiegħek. Bħala impenji jien personali nipprova ndaħħal mill-inqas erba' darbiet fil-ġimgħa taħriġ kif ukoll il- preparazzjoni tal-ikel addattat għal dan l-isport. Kif tipprepara ruħek kemm fiżikament kif ukoll mentalment qabel xi photoshoot? Meta nkun se nagħmel xi physique photoshoot ikolli gwida speċifika mingħand in-nutrition advisor tiegħi kif ukoll mingħand it-training coach. Għal dak il-perjodu li jkun ta' madwar tmien ġimgħat tiżdied xi ftit l-intensità tat-taħriġ u tinbidel ukoll id-dieta biex tilħaq il-potenzjal tiegħek kollu li jkun ilek taħdem għalih sena sħiħa. Mentalment, sakemm tkun qed tipprepara jaf tħossok xi ftit għajjien iżda wara tieħu gost tara l-avvanzi li tkun għamilt minn sena għall-oħra. Il-bodybuilding kif jgħin lill- atleta li jkun qed jipprattikah kemm mentalment kif ukoll psikoloġikament? Il-bodybuilding trid tkun esperjenzajtu biex tista' tifhem il- bidla li tħoss fik mentalment. Meta tħossok tajjeb fiżikament se tħossok tajjeb ukoll mentalment. Tibni iktar kunfidenza fik innifsek u tkun aktar pożittiv. Tħossok aħjar kemm għalik kif ukoll għal ta' madwarek. Dan l-isport tħoss li żiedlek il- kunfidenza fik innifsek? Iva, għalija l-fitness nħossu li bidilli ħajti kemm fiżikament kif ukoll bħala karattru. Kull tip ta' sport jgħin biex tkun aktar ferħan fil-ħajja tiegħek. Lili nħoss li affettwani ħafna - sirt persuna iktar 'outgoing' u għamilt ħafna ħbieb ġodda li jħobbu l-istess sport bħali. 'Bħal kull sport ieħor, il-bodybuilding għan-nisa kif ukoll għall-irġiel Cristian Antony Muscat Loranne Briffa - bodybuilder ewlenija f'Malta li f'din l-intervista tagħmilha ċara li l-bodybuilding huwa addattat għal kull ġeneru waqt li jgħin lil kull persuna li tipprattikah minn kull lat. Hija bodybuilder ewlenija f 'Malta Tagħmilha ċara li l-bodybuilding huwa addattat kull ġeneru Tistqarr li l-bodybuilding jgħin lil kull persuna prattikah minn kull lat LORANNE BRIFFA Iktar ma tibda dan l-isport kmieni, iktar se tibbenifika tul ħajtek kollha

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 October 2019