Illum previous editions

ILLUM 6 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1174216

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 31

illum | Il-Ħadd 6 ta' Ottubru 2019 22 Films fiċ-ċinema TV/Ċinema Eden Cinema St Julian's Tel. 23 710400 IT: Chapter Two (15) 13:35, 17:00, 20:25, 23:00 AD Astra (12A) 13:25, 16:00, 18:35, 21:10, 23:45 Angel Has Fallen (15) 13:30, 16:05, 18:40, 21:15 Angry Birds 2 (U) 11:55, 13:20, 15:30 Dora and The Lost City of Gold (PG) 10:50 13:05, 18:35 Downton Abbey (PG) 13:25, 16:00, 18:35, 21:10 Fast & Furious: Hobbs & Shaw (12A) 13:00, 15:45, 18:30, 21;15 Hustlers (15) 13:40, 16:00, 18:20, 20:40, 23:45 Once Upon a Time in Hollywood (18) 15:20, 20:50 The Informer (15) 11:20, 13:50, 16:15. 18:40, 21:05 The Lion King 2D (PG) 11:55, 13:00, 15:30, 18:00, 20:30 The Weeping House of Qala (15) 11:00, 11:25, 14:30, 16:30, 18:40, 20:55, 23:50 Empire Cinemas Bugibba Tel. 21 581787, 21 581909 Hustlers (15) 10:40, 13:40, 16:05, 18:30, 20:55 Downton Abbey (PG) 10:45, 13:30, 16:05, 18:40, 21:15 IT: Chapter Two (15) 10:35, 14:00, 17:45, 21:05 Dora and the Lost City of Gold (PG) 11:00, 13:45, 16:15, 18:30 Good Boys (15) 20:45 Angel Has Fallen (15) 10:45, 13:30, 16:05, 18:40, 21:15 IS-SEGRETARJAT Parlamentari għal Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva qiegħed iniedi l-ewwel edizzjoni ta' kompetizzjoni tat-tisjir fil-perjodu tal-Milied, għall-anzjani flimkien man-neputijiet, qraba jew ħbieb tagħhom ta' taħt it-18-il sena. Din il-kompetizzjoni tinvolvi t-tisjir ta' kejk tal-Milied jew Christmas log li jrid ikollu dijametru ta' bejn 30 u 40 ċentimetru. Is-Segretarju Parlamentari spjega li l-għan ewlieni ta' din il- kompetizzjoni huwa sabiex tkompli tiġi ffaċilitata l-anzjanità attiva, kif ukoll imħeġġa r-relazzjoni bejn il- ġenerazzjonijiet. "Din ir-relazzjoni għandha l-kapaċità li tgħaddi valuri sbieħ, esperjenzi varji, kif ukoll tagħlim tal-ħajja lill-ġenerazzjoni ta' għada," qal is-Segretarju Parlamentari. Hu mifhum li Bord tal-Għażla se jiġi maħtur sabiex jiddetermina r-rebbieħa ta' din il-kompetizzjoni skont il-preżentazzjoni, il-kreattività u t-togħma tal-ħelu, liema ħelu għandu jiġi magħmul mill-anzjani flimkien m'individwi taħt it-18-il sena fir-residenzi tagħhom. Il-prodott finali mbagħad għandu jiġi ppreżentat fil-Faċilità għal Kura fit-Tul ta' San Vinċenz de Paul, fis-7 ta' Diċembru 2019. Fl-ewwel fażi dakinhar se jintgħażlu selezzjonijiet ta' ħelu skont il-preżentazzjoni. Imbagħad fit-tieni fażi ser jintgħażlu selezzjonijiet ta' ħelu skont il- kreattività. Fit-tielet u fl-aħħar fażi, il-Bord tal-Għażla ser iduq is- selezzjoni ta' ħelu li tkun intgħażlet wara t-tieni fażi, u jiddetermina l-ewwel tliet rebbieħa tal-kategorija tat-tisjir tal-kejk tal-Milied kif ukoll l-ewwel tliet rebbieħa tal-kategorija tat-tisjir tal-Christmas log. L-individwi li ser jipparteċipaw f 'din il-kompetizzjoni ser jiġu mħeġġa jitfgħu r-ritratti waqt li jkunu qegħdin isajru l-ħelu tagħhom, fuq il-paġna ta' Facebook 'Tan-Nanna Ħelu Manna'. Id-data tal-għeluq tal-applikazzjoni hija d-19 ta' Novembru 2019. L-applikazzjoni tista' tintbagħat bil- posta lis-Segretarjat Parlamentari għal Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva, Palazzo Ferreria, Triq ir- Repubblika, Valletta jew b'email nannahelumanna.psdaa@gov.mt. F'każ ta' diffikultà wieħed jista' wkoll iċempel fuq 25903115. Kompetizzjoni għall-aqwa kejk tal-Milied magħmul mill-anzjani u n-neputijiet The Informer Din il-kompetizzjoni tinvolvi t-tisjir ta' kejk tal-Milied jew Christmas log li jrid ikollu dijametru ta' bejn 30 u 40 ċentimetru Minn Liam Carter

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 October 2019