Illum previous editions

ILLUM 6 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1174216

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 31

Kif mistenni, ir-rapport tal-KPMG dwar l-industrija tal-kostruzzjoni jpinġi stampa sabiħa tal-industrija. Dan minkejja li l-awturi tar-rapport jikkonċedu li l-informazzjoni fir-rapport faċli tintuża biex biha tasal għal konklużjonijiet ferm differenti minn tagħhom. Jiena eżaminajt ir-rapport biex nara kemm dan jitkellem dwar numru ta' affarijiet importanti bħall-iżvilupp esaġerat (over-development), ir-riċiklaġġ tal-iskart tal- kostruzzjoni, l-ambjent u l-klima. Kien ikun importanti kieku konna infurmati dwar il-veduti tal-industrija tal- kostruzzjoni dwar dawn il-materji u oħrajn. Imma ftit li xejn hemm kummenti dwarhom, skont l-awturi tar- rapport. Ma jiena bl-ebda mod sorpriż li l-KPMG ma qalulna xejn fir-rapport dwar l-iżvilupp esaġerat jew ir-riċiklaġġ tal- iskart tal-kostruzzjoni. Dan ovvjament juri, għal min għadu ma ndunax, li l-industrija la jidhrilha li hemm żvilupp esaġerat u lanqas ma għandha ebda interess fir-riċiklaġġ tal-iskart tal-kostruzzjoni. Kif diġà spjegat f 'artiklu riċenti tiegħi (ILLUM 22 ta' Settembru 2019: Sħab ma' min iħammeġ), l-industrija tal-kostruzzjoni ma għandha l-ebda interess li tirriċikla l-iskart li tiġġenera hi stess, meta dan ikun possibbli: interessata biss li jkollha fejn tarmi l-iskart tagħha b'mod issussidjat. Hi tħammeġ u int tħallas. KPMG jaqblu ma' dan? Fir-rapport tal-KPMG hemm żewġ referenzi għall-ambjent. L-ewwel referenza hi dwar in-nuqqas ta' użu ta' materjal sensittiv ambjentalment fil- bini u jenfasizza li dan ma jsirx ħtija tal-konsumaturi li ma jinteressahomx! It-tieni referenza hi dwar l-għaqdiet ambjentali u tisfidhom biex il-proposti li jagħmlu jkunu realistiċi! L-awturi tar-rapport jinsistu li dawn is-suġġerimenti mhux biss għandhom ikunu realistiċi imma għandhom jirrikonoxxu li mhuwiex realistiku li twaqqaf il-kostruzzjoni u l-iżvilupp. KPMG qed jgħixu fis- sħab għax kieku forsi kienu jirrealizzaw li l-ambjentalisti ilhom żmien twil iressqu proposti li l-gvernijiet kontinwament jinjoraw għax il-gvernijiet moħħhom biss f 'kif jinkoraġixxu iktar bini a spejjeż tal-kwalità tal- ħajja tagħna. Ikkunsidraw pereżempju l-eżerċizzju tar- razzjonalizzazzjoni, approvat fl-2006 imma li l-impatti tiegħu għadna nħossuhom kuljum f 'kull rokna ta' dawn il-gżejjer. Il-ħsara li saret, u li għadha qed issir, mill-Gvern id f 'id mal-iżviluppaturi, hi waħda enormi. Imma, dwar dan, skiet komplet mingħand KPMG. It-tibdil fil-klima, skont ir-rapport ta' KPMG, qisha ma teżistix, għax fir-rapport ma hemm l-ebda referenza għaliha. Dan ovvjament ifisser li l-industrija tal-kostruzzjoni mhix interessata fil-materja. M'aħniex qed nistennew lill- awturi tar-rapport ta' KPMG jispjegawlna kif l-industrija tal- kostruzzjoni ħarbtet pajjiż bi żvilupp esaġerat u l-pretensjoni tagħhom li aħna, il-bqija, inħallsu d-djun ambjentali tagħhom. Il-ġungla tal-konkos li qed tiżviluppa madwarna qed tifgana. L-industrija tal- kostruzzjoni kontinwament trid iktar art għal żvilupp li donnu ma jintemm qatt. L-industrija tal-kostruzzjoni hemm bżonn li tiġi f 'sensiha. Ilkoll jeħtieġilna nifhmu, qabel ma jkun tard wisq, li dan il-bini li għaddej kullimkien mhux sostenibbli u li l-progress ma jitkejjilx bil-bini, bit-toroq jew bin-numru ta' karozzi li ma jispiċċaw qatt. Il-kwalità tal-ħajja tagħna għandha titkejjel bl-ispazji miftuħin li jippermettulna li niskopru mill-ġdid l-għeruq naturali tagħna fil-ħajja naturali li l-urbanizzazzjoni bla limitu qed teqred ftit ftit. L-industrija tal-kostruzzjoni hi determinata li tisfrutta dan il-mument fejn qed titħalla tagħmel prattikament dak li trid: tibqa' għaddejja b'bini bla limitu sakemm li jimla kull ċentimetru possibbli, inkluż il-baħar fuq skala li jħabbatha ma' Dubaj! Dik hi l-viżjoni. Imma għada jasal, għal kulħadd mhux biss għal dawk li jridu jisfruttaw is-sitwazzjoni llum li tippermettilhom iħaxxnu bwiethom bi ħsara għall- komunità kollha. Nittama li meta jasal jibqgħalna l-enerġija u l-kapaċità li nsewwu l-ħsara enormi li qed issir lil kulħadd. Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika N har il-Ħadd, 13 t'Ottubru l-Papa Franġisku se jikkanonizza lill-Kardinal Ingliż John Henry Newman, jiġifieri jiddikjarah dixxiplu qaddis li mexa tabilħaqq wara Sidna Ġesù Kristu. Hija ġrajja kbira u storika għall-Ingilterra, għall-Knisja Kattolika u għall-istorja reliġjuża tas-seklu dsatax. Ian Ker kiteb fit-tul dwar il-ħajja u l-ħsieb tal-Kardinal Newman fi ktieb ta' 745 paġna. Fih jistqarr li kemm bħala Anglikan kif ukoll wara li sar Kattoliku, Newman għandu post ċentrali fl-istorja reliġjuża tas-seklu dsatax. Għalih Newman kien ukoll profeta li f 'kitbietu saħaq fuq ħafna mis-suġġetti li fuqhom iċċentra l-Konċilju Vatikan it- Tieni li seħħ fi żmienna. Duttur tal-Knisja Ker jasal biex iqabbel l-importanza ta' Newman ma' dik ta' Santu Wistin u l-kitba tiegħu wasslet lil dan il-bijografu ta'Newman biex jistqarr il-konvinzjoni tiegħu li Newman għandu jkun magħdud fost id-Dutturi jew l-Għorrief tal-Knisja. Fi żmienu Newman tant kien rispettat li l-Knisja Kattolika fl-Ingilterra gawdiet il-lussu ta' żewġ kardinali preżenti fi ħdana fl-istess ħin! Newman kien profond fir-riflessjoni tiegħu dwar it-tagħlim tal- Knisja. Baqa' msemmi sal-lum għall-ħsibijiet tiegħu dwar is-sovranità tal-kuxjenza bħala bażi tat-twemmin reliġjuż. It-tagħlim tiegħu dwar il-kuxjenza jinsab miġbur fil-pubblikazzjoni tiegħu Ittra lid-Duka ta' Norfolk. Fiha jiddiskuti l-kuxjenza ta' min jemmen f 'rabta bejn il-kuxjenza ta' min jemmen u l-awtorità Ekkleżjastika leġittma. Newman jistqarr ċar u tond li "l-kuxjenza hija l-Vigarju aboriġinali ta' Kristu, hija profeta fit-tagħrif tagħha, hija sultana fil-kmandi tagħha, hija saċerdot fil-barkiet u l-iskomuniki tagħha u anke jekk is-saċerdot etern fil-Knisja jista' ma jibqax sejjer, fiha l-prinċipju saċerdotali jibqa' jsaltan... Minkejja l-fraġilità vulnerabbli tagħha, il-kuxjenza għandha ħajja starmba li ma tinqeridx. Il-kuxjenza tal-Papa U Newman hawn jagħmel stqarrija famuża: "Inżid kumment wieħed. Ċertament, jekk inkun obbligat indaħħal ir-reliġjon meta ngħolli t-tazza wara xi ikla (li tabilħaqq ma tantx tidher ħaġa flokha) jiena ngħolli t-tazza lill-Papa, jekk jogħġbok, però l-ewwel ngħolliha lill-kuxjenza u mbagħad il-Papa". Tajjeb li wieħed jiftakar li dan il-kliem intqal minn Newman fi żmien il-konċilju Vatikan 1 li fiha saret id-dikjarazzjoni dwar l-infallibilità tal-Papa! 20,000 ittra Ma ninswex li Newman kiteb ħafna u kiteb fil-wisgħa. Kiteb il-ktieb Apologia Pro Vita Sua, kiteb ħafna kitbiet awtobijografiċi... u kiteb iżjed minn 20,000 ittra li għadhom jeżistu. B'kollox il-kitba pubblika tiegħu tesa' iżjed minn erbgħin volum. Hemm x'tagħżel u minn fejn tagħżel! Il-kitba ta' Newman hija marbuta b'mod speċjali mal-iżvilupp u l-oriġinalità tal-ħsieb reliġjuż b'tali mod li wieħed jasal għall-konklużjoni mhux li fil-kitba tiegħu hemm il-kontradizzjoni imma hemm il-komplimentarjetà, tant li tista' tidher daqqa konservattiva u liberali, daqqa progressiva tradizzjonali, daqqa prudenti u radikali, daqqa dommatika u fl-istess ħin pragmatika, daqqa idealistika u fl-istess ħin realistika. Jekk wieħed irid jifhem lil Newman għandu jiftakar li hu kien ħsiebu fir-realtà u mhux fil-maqlub tar-realtà. Ħafna tbatijiet Meta Newman sar Kattoliku, il-ħajja tiegħu għaddiet minn ħafna tbatijiet u mhux kulħadd fehmu u apprezzah. Ruma u l-Papa apprezzawh, tant li wrew l-apprezzament tagħhom billi għollewh għall- ġieħ ta' Kardinal. Imnalla kien spiritwali ħafna u sens umoristiku qawwi għax b'hekk irnexxielu ma għamilx kompromessi u fl-istess ħin ikun prattiku fil-ħajja ta' kuljum u man-nies li għexu qribu. Fl-ambjent tiegħu Mhux ta' min iħalli barra l-ideat edukattivi tiegħu, speċjalment l-idea tiegħu ta' kif għandha tkun università, ideat li kienu studjati u pprattikati fl-Irlanda u wara anke fl- Ingilterra. Il-kanonizzazzjoni tiegħu għandha sservi biex ix- xhieda ta' ħajtu u l-għerf u l-qdusija li hemm fil-kitbiet u fit-talbiet tiegħu jilħqu iżjed nies li jemmnu u oħrajn li ma jemmnux u jiswew biex jiżdiedu dawk in-nies li jesponu rwieħhom għall- profondità tal-ħsieb u tar- riflessjonijiet tiegħu. Dun Anġ Seychell huwa l-fundatur ta' Dar Nazareth 17 illum | Il-Ħadd 6 ta' Ottubru 2019 Opinjoni DUN ANG SEYCHELL Lil hinn mir-rapport tal-KPMG dwar l-industrija tal-kostruzzjoni John Henry Newman L-industrija la jidhrilha li hemm żvilupp esaġerat u lanqas ma għandha ebda interess fir-riċiklaġġ tal-iskart tal- kostruzzjoni CARMEL CACOPARDO

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 October 2019