Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1174216
I l-ġimgħa flimkien mal-kollega Silvio Parnis, kelli konferenza tal- aħbarijiet li matulha tajt dettalji dwar miżura mill-ħafna li saru f 'dan il- ministeru u li kollha flimkien jirriflettu t-twettiq tal-miżuri tal-Baġit 2019 min-naħa tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali. Il-konferenza tal-aħbarijiet kienet waħda minn sensiela li saru issa li ninsabu lejlet il- Baġit, u li permezz tagħhom bħala Gvern, qed nuru li dak li aħna nwiegħdu – inwettquh. Bħala ministeru wettaqna ħafna. Tkellimt dwar il-Passaport ta' Heritage Malta – kemm dak immirat lejn l-istudenti u wkoll dak immirat għall- adulti. Bi pjaċir ngħid li dan il-passaport kien suċċess u juri kif aħna qed inwettqu x-xogħol tagħna fil-kultura. Meta nsemmu prijoritajiet, ma nkunux qed insemmuhom biss, imma nkunu qed naraw li naħdmu għalihom u wkoll minn fuq il-karta npoġġuhom fil- prattika. Dan il-passaport huwa biss wieħed minn sensiela ta' miżuri li wettaqna li jaqa' taħt il-prijorità li nagħmlu l-kultura aċċessibbli għal kulħadd. Statistika li ħabbart turi li diġà saru 107,000 żjara bla ħlas fil-mużewijiet u s-siti ta' Heritage Malta mit-tnedija ta' dawn l-iskemi, li kienet inqas minn sena ilu. Dan il-Gvern qed jaħdem bis-sħiħ biex jibqa' jżid l-aċċessibbiltà u l-inklużjoni fis-settur permezz ta' inizjattivi varji. Il-wirt tagħna jifforma parti intrinsika tal-identità tagħna, u grazzi għall- implimentazzjoni ta' numru ta' miżuri, nistgħu nibqgħu naħdmu biex nagħmlu dan is-settur aktar disponibbli għas-soċjetà. Is-suċċessi li ġabet magħha l-iskema tal-passaporti ta' Heritage Malta hija eżempju ċar li n-nies qegħdin isiru aktar konxji u qed japprezzaw aktar il-wirt tagħhom, filwaqt li nkomplu ninkoraġixxu ż-żgħar tagħna biex iżuru u jitgħallmu dwar l-istorja u l-kultura tagħna. L-istrateġija tagħna tiffoka fuq it-trawwim tal-aħjar ekoloġija għall-arti u l-kultura biex jimirħu u jsiru aktar aċċessibbli għaċ- ċittadini tagħna u t-turisti. L-għan ta' inizjattivi ta' din is-sura mhumiex biss li jinkoraġixxu lill-komunità lokali biex iżuru s-siti imma wkoll mod kif insaħħu l-għarfien u l-apprezzament tal-identità tagħna. Huwa billi nkunu nafu l-passat tagħna li nistgħu napprezzaw il-preżent, u nibnu lejn futur aħjar. Għalhekk qed naħdmu biex nagħtu dimensjoni oħra lill-qasam tal-kultura. Il-kultura m'għadhiex biss li jkollok mużew u toqgħod bilqiegħda tistenna biex jidħlu l-viżitaturi. Hija dimensjoni li nkunu aħna li nixprunaw l-interess f 'dak kollu li għandna fil- mużewijiet tagħna b'modi innovattivi, bħal din tal- passaport tal-Heritage Malta. U dawn qed ikunu milqugħa ferm. Inkomplu naħdmu ħalli dan il-qasam tant importanti għal pajjiżna, għalina bħala poplu, għal pajjiżna u dak kollu li għadda minnu, jibqa' dejjem fuq quddiem nett fil- prijoritajiet tagħna. Magħduda mal-miżuri l-oħra li twettqu minn dan il-ministeru, din tkompli turi kif il-poplu qed jgħix is-suċċess, biex il-ħajja tiegħu tkun aħjar anki permezz tal- qasam kulturali. *** Din il-ġimgħa wkoll, flimkien maċ-Chairperson tal-Marigold Foundation is- Sa Michelle Muscat ħabbret il-Malta Concert Orchestra Pink October Concert, li se jittella' fil-11 ta' Ottubru fit- 20:00, fi Pjazza Teatru Rjal, il-Belt. Flimkien mal-Malta Concert Orchestra taħt id-direzzjoni tas-Surmast Joe Brown, se jieħdu sehem ukoll Ozzy Lino, Ritienne, Neville Refalo, Laura Bruno u Jasmine Abela. L-intenzjoni tagħna hija biex inżidu l-għarfien u nagħtu l-appoġġ tagħna lil dawn l-inizjattivi permezz tal-arti u l-kultura. Filwaqt li fis-snin ta' qabel il-Ministeru flimkien mal- Kunsill Malti għall-Arti kienu jorganizzaw avvenimenti għall-persunal tagħhom, din is-sena ħassejna li kien opportun li nkabbru din l-inizjattiva, nilħqu aktar nies, u norganizzaw kunċert għall-pubbliku. Nirringrazzja lill-Marigold Foundation tax-xogħol kollu li jagħmlu u nżid li nixtieq nara aktar avvenimenti ta' din is-sura, li jġibu flimkien il-kultura u s-soċjetà tagħna għal kawża ġusta. Il-kunċert, li d-dħul kollu minnu se jmur għall- Marigold Foundation, huwa bħala parti mill- kampanja tal-Pink October u qiegħed jiġi organizzat mill-Kunsill Malti għall-Arti b'kollaborazzjoni ma' Pjazza Teatru Rjal u l-Malta Concert Orchestra, li lkoll jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali. *** Meta niltaqa' ma' voluntiera li jaħdmu fis-settur tal- kultura, dejjem nammira x-xogħol tagħhom biex ikomplu jsostnu dan il-qasam tant għal qalbna lkoll. Huwa għalhekk li bħala gvern u ministeru dejjem naraw kif nappoġġjaw lil dawn l-għaqdiet. Fil-fatt bħala ministeru tajna, għat-tielet sena konsekuttiva, €150,000 bħala total, lil 29 soċjetà mużikali, grazzi għall-fond li jsaħħaħ ix-xogħol kulturali li jsir minn dawn is-soċjetajiet. Dawn is-soċjetajiet għandhom irwol essenzjali fi ħdan il-komunità tagħna, speċjalment fejn jidħlu tradizzjonijiet u t-tagħlim tal-mużika, xogħol li ħafna drabi jsir b'mod volontarju. Il-viżjoni ta' dan il-Gvern dwar is-settur kulturali hija li aktar nies għandhom jibbenefikaw minnu. Dawn is-soċjetajiet mużikali huma katalisti biex jattiraw aktar udjenzi lejn is-settur kulturali, u permezz ta' opportunitajiet ta' din is-sura, qegħdin ninvestu aktar lejn prodott kulturali u artistiku aħjar. Is-soċjetajiet mużikali jservu bħala l-ewwel punt ta' involviment fl-arti u l-attivitajiet tagħhom ma jaqtgħu xejn. Filwaqt li jiffokaw fuq it-tagħlim tal-mużika għat- tfal u ż-żgħażagħ, huma jorganizzaw ukoll attivitajiet kulturali u tradizzjonali, li jilħqu l-qofol tagħhom matul l-attività ewlenija tagħhom – il-festa tar-raħal. Il-binjiet li jinsabu fihom ħafna drabi wkoll ikun fihom oġġetti ta' valur storiku filwaqt li huma ta' importanza storika fihom infushom. Il-fond li huwa amministrat mill-Għaqda Każini tal- Banda u l-Kunsill Malti għall-Arti fi ħdan il- Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, jibni fuq is-suċċessi tal- edizzjonijiet ta' qabel u huwa ta' appoġġ għal numru ta' inizjattivi proposti mis- soċjetajiet innifishom. *** Ilbieraħ assistejna għal attività oħra li bħas-snin ta' qabel, ġibdet l-eluf. Notte Bianca kienet suċċess ieħor u mal-ewwel nirringrazzja kemm lill- mijiet li kien hemm jaħdmu għaliha minn wara l-kwinti, lill-artisti mill-oqsma varji tal-kultura li ħadu sehem u wkoll lilkom kollha li għal sena oħra attendejtu bi ħġarkom għal dan l-avveniment. Din is-sena rajna tibdil. Mhux biss fl-attivitajiet li kien hemm, mhux biss f 'aktar postijiet li fetħu biebhom għall-pubbliku – fosthom għall-ewwel darba l-qrati tagħna – imma wkoll rajna l-professjonalità dejjem tiżdied, sena wara oħra. Din hija l-kultura. Din hija dik li rridu, l-artisti jitħalltu mal-poplu, mat- turist biex jgħoxew kemm bl-ispettakli tagħhom imma wisq aktar bl-appoġġ tal- udjenzi lejn it-talenti varji li għandna f 'dan il-pajjiż. Aħna se nkomplu nibnu fuq dawn – biex flimkien ngħixu s-suċċessi – f 'kull settur, anki f 'dak tal-kultura. Owen Bonnici huwa l-Ministru tal-Ġustizzja, Kultura, u Gvern Lokali OWEN BONNICI illum | Il-Ħadd 6 ta' Ottubru 2019 18 Opinjoni Ngħixu s-suċċess