Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1174216
23 WAĦDA min-nisa atturi maħbubin u stmati ta' kull żmien hija Judy Garland. Kien għalhekk verament xieraq li jinħadem film bijografiku dwar aspetti tal-karriera tagħha. Judy jiffoka l-aktar fuq din l-ikona lejn l-aħħar ta' ħajjitha meta l-popolarità tagħha fl- Amerika bdiet tmajna ġmielha, trid tħallas miljuni dollari ta' taxxi u b'hekk timbarka fuq numru ta' kunċerti, tul ħames ġimgħat, f 'Londra fit-Talk Of The Town kollha mibjugħin minn qabel. Il-film jiftaħ fl- 1939, meta t-tfajla ta' 16-il sena mwielda bl-isem ta' Frances Ethel Gumm ibbrillat bil-kbir f 'The Wiżard Of Oz. Tfajla li dejjem sabet ruħha taħt pressjoni, Judy (Darci Shaw) bdiet taqta' qalbha mill-iffilmjar kontinwu u bla waqfien li l-istudjo MGM kien jirrikjedi minnha. Ikun Louis B. Mayer (Cordery), il-kap tal-kumpanija, li jipperswadiha li jagħmilha stilla u anki kantanta brava. Tletin sena wara, din l-attriċi (Zellweger), imdorrija biss fix- show business, mimlija tensjoni, mhux żgura minnha nnifisha, dipendenti fuq il-mediċini, tkun kostretta taċċetta li tkanta f 'Londra fejn il-pubbliku baqa' dejjem miġbud lejha. Hi tiftakar fil-ħabib tat-tfulija Mickey Rooney li flimkien dehra f 'ruxxmata ta' films u f 'Mickey ieħor, Mickey Deans (Wittrock) li jieħu grazzja magħha, jimliha kuraġġ u anki jaċċetta l-proposta taż-żwieġ. Eżawrita minn ġewwa, beżgħana li mhix se tlaħħaq, pjuttost alkoħolika, dejjem taħseb fiż-żewġt itfal żgħar tagħha li ħalliet warajha fl-Amerika, Judy tazzarda fuq il-palk ta' Londra meta hi konxja li mhix konsistenti u li l-vuċi tagħha se tfalli. Dan ix-xogħol hu bbażat minn fuq ir-reċta tal-palk End Of The Rainbow ta' Peter Quilter. Il-protagonista Rennee Zellweger reġgħet uriet kemm hi attriċi dipendabbli bi bravura ta' parti ta' waħda li mhix f 'sikkitha u li qed tbati bi pressjoni ta' xogħol, nuqqas ta' rqad, familja u dejn. Tassew tikkonvinċi meta tkun iffilmjata mill-qrib, b'wiċċ esspressiv u mixrub u xufftejn jitriegħdu. illum | Il-Ħadd 6 ta' Ottubru 2019 TV/Ċinema Carmel Bonnici Films ġodda li se joffru s-swali taċ-ċinema JUDY Atturi Ewlenin: Reneè Zellweger; Finn Wittrock; Rufus Sewell; Michael Gambon; Jessie Buckley; Richard Cordery. Direttur: Rupert Goold. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 118 min. Ċert. 12A. JOHN Rambo (Stallone), veteran tal-gwerra tal- Vjetnam, li ġġieled ukoll fl-Afganistan u anki għen missjunarji maqbuda f 'Burma (Myanmar) jaħarbu, hu karattru maħluq minn David Morell. Wara erba' films, Rambo: Last Blood jew Rambo V jiżvolġi b'mod ġeneriku differenti mill-oħrajn. Rambo, issa pjuttost anzjan qed jieħu ħsieb ir-razzett tiegħu, biż-żwiemel b'kollox, flimkien ma' Maria Beltran (Barraza) u li jħobbha u jistmaha bħal oħtu. Magħhom tiġi n-neputija Yvette (Monreal) li kontra l-pariri taz-ziju u Maria trid tmur il-Messiku biex tara lil missierha li ma jridx jaf biha. Waqt disco tinħataf minn Hugo Martinez (Peris- Mencheta) il-kap ta' kartell tad-droga, biex tinbiegħ bħall-ilsiera. Naturalment, il-furja ta' qabel ta' Rambo għadha ġo fih u jitlaq biex iġibha lura. Mitluq għal mejjet mill-paladini ta' Hugo u mdewwi minn Carmen Delgado (Vega), li wkoll ħatfu lil oħtha tar-rispett, dan il-gwerrier jibda l-vendetta personali tiegħu ta' bla ħniena biex isalva lil Yvette li jsibha mitlufa minn sensieha ddrogata. Il-kumplament tal-kartell iħejju biex jattakkaw ir- razzett tiegħu, waqt li hu qed ilesti pjanijiet u nases kontrihom. Rambo: Last Blood, li seta' ssemma Rambo: Taken 4, naraw lil dan l-eroj tal-Green Berets jaġixxi qisu Liam Neeson. Din il-produzzjoni tistħajjilha Western modern! Atturi Ewlenin: Sylvester Stallone; Paz Vega; Sergio Peris-Mencheta; Adriana Barraza; Yvette Monreal. Direttur: Adrian Grunberg. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 89 min. Ċert. 18 RAMBO: LAST BLOOD