Illum previous editions

ILLUM 6 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1174216

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

Aħbarijiet 10 illum | Il-Ħadd 6 ta' Ottubru 2019 Minn Yendrick Cioffi "GĦALL-KUNTRARJU ta' dak li qed jingħad, il-festi qed jikbru u l-marċi qed jiżdiedu, iżda fl-istess waqt il-bandisti qed jonqsu." Hekk saħaq mal-gazzetta ILLUM il- Viċi President tal-Għaqda Każini tal-Banda, Omar Xuereb meta ltqajna miegħu biex niddiskutu r-regolamenti l-ġodda li l-Għaqda se ddaħħal fis-seħħ mis-sena d-dieħla. Vera li l-istaġun sajfi tal-festi għadu kemm għalaq, iżda diversi baned u persuni involuti fil-festi, talbuna nispjegaw aħjar dawn ir-regolamenti u għalhekk l-ILLUM se tipprova tispjega pass pass u bi kliem sempliċi, dan id- dokument. Bdejna billi staqsejna lil Xuereb għalfejn inħasset il-ħtieġa li jsiru dawn ir-regolamenti ġodda, bi Xuereb jispjega kif dawn se jkunu qed jindirizzaw sfida li qed tinħoloq b'mod partikolari minħabba l-fatt li filwaqt li l-marċijiet qed jiżdiedu, in-numru ta' bandisti huwa dak li hu. Dan wassal biex ċertu bandisti bdew jitolbu prezzijiet esaġerati. "Fil- Ġimgħa l-Kbira, għax fl-istess ġurnata jkun hawn xi 14-il banda ddoqq, ikun hemm bandisti li jitolbuk €300 jew €400 meta s-soltu dawn iżommu €40 jew €50 ewro." Kien hawn li l-Viċi President saħaq kif kienet ilha ħafna tinħass il-ħtieġa li jkun hemm forma ta' regolarizzazzjoni u dan id-dokument se jkun qed joħloq bilanċ bejn l-interessi tal-baned u anke dawk tal-bandisti nfushom. Fil-fatt, il-baned kollha, ħlief is- Soċjetà Filarmonika Nazzjonali La Valette li mhijiex membru f 'din l-Għaqda, se jkunu qed jintrabtu b'dawn ir-regolamenti, b'Omar Xuereb jisħaq li madwar 90% tal-baned diġà qablu ma' dan id-dokument. Dawn ir-regoli jorbtu lill-baned b'sett ta' regolamenti meta dawn jiġu mistiedna għal servizz barra mil-lokal. Ħlasijiet ġodda għas-servizz tal-banda Forsi l-aktar ħaġa li tinteressa lil dawk involuti fil-festa huma l-prezzijiet tal-baned. Sal-lum, il- baned kienu qed jitolbu minn tal- inqas €923 għal kull servizz. Madanakollu, mill-1 ta' Jannar li ġej, il-baned se jkunu qed iżommu ħlas minimu ta' €1,200. Għal servizz ta' marċ u programm f 'jum il-festa filgħaxija jew lejlet il- festa, il-ħlas ma għandux ikun inqas minn €1,400. F'każ li dan is-servizz ma jaqbiżx it-tliet sigħat, il-ħlas għandu jkun ta' €1,200. Għall-marċijiet ta' filgħodu, il-ħlas ma għandux ikun inqas minn €2,400. L-istess ħlas għandu jintalab fil- purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira. Fl- Għid, il-ħlas ma għandux ikun inqas minn €1,200. F'każijiet fejn servizz ikun inqas minn tliet sigħat, dan għandu jitħallas pro rata, jiġifieri mhux inqas minn €600 għal servizz ta' siegħa u €900 għal servizz ta' sagħtejn. U l-baned Għawdxin? F'Għawdex is-sitwazzjoni hija xi ftit jew wisq differenti u għalhekk ir- rati se jkunu differenti. Għal servizz f 'Għawdex minn Banda Għawdxija, il-ħlas ma għandux ikun inqas minn €800. Jekk imbagħad din iddoqq f 'Malta, il-ħlas ma għandux ikun inqas minn €1,800. Jekk banda Maltija ddoqq f 'Għawdex għall-marċ ta' filgħodu u viċi-versa, il- ħlas għandu jkun ta' mhux inqas minn €3,000. Database għar-reġistrazzjoni tal-bandisti Wieħed mill-aktar punti innovattivi ta' dan id-dokument u li forsi qajjem l-aktar diskussjoni fost il-bandisti, huwa t-twaqqif ta' database li fih se jkun hemm imniżżla l-bandisti kollha tas-soċjetajiet, kemm jitħallsu, x'livelli ta' mużika għandhom u x'inhuma d-dati disponnibbli ta' kull wieħed u waħda minnhom. Fil-fatt, kull banda trid iżżomm reġistru aġġornat tal-mużiċisti u l-aljevi tagħha u tirreġistrahom mal-Għaqda Każini tal-Banda. Kull mużiċist li joħroġ idoqq mal-banda jrid ikun irreġistrat u kklasifikat, anke jekk jista' jagħżel li d-dettalji tiegħu ma jkunux għad-dispożizzjoni ta' soċjetajiet oħra. L-għan ta' din id-database se jkun li l-ħlas tal-bandist ikun iggarantit u mħares (ibbażat fuq l-edukazzjoni tiegħu) u anke biex jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn bandist jispiċċa jdoqq ma' banda oħra, fl-istess ġurnata li l-banda li magħha jkun irreġistrat ikollha servizz. Omar Xuereb semma sitwazzjonijiet, fejn saħansitra ġieli nqala' l-inkwiet għax banda tinduna li fil-banda l-oħra mistiedna għall-istess festa, ikun hemm erbgħa mill-bandisti tagħha. "Jekk inti rreġistrat ma' banda li 'Il-festi qed jikbru iżda l-bandisti L-Għaqda tal-każini kif se tindirizza L-ILLUM tagħti ħarsa lejn ir-regolamenti ġodda li l-Għaqda Każini tal-Banda se ddaħħal fis-seħħ. Kemm se jiswew il-baned? Kif se jiggwadanjaw? Il-bandisti se jmorru minn taħt? Kemm jista' jdum marċ? L-ILLUM titkellem mal-Viċi President Omar Xuereb.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 October 2019