Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1174216
Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 6 ta' Ottubru 2019 'Aħna l-esperti tal-baħar ' – Is-sajjieda Herrera qatt ma kkonsultahom dwar Is-Segretarju tal-Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd jisħaq mal-ILLUM li ma jagħmilx sens li l-Kabinett jiddiskuti r-reklamazzjoni qabel ma tinstema' l-opinjoni tas-sajjieda Minn Yendrick Cioffi IS-SEGRETARJU tal- Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd, Jason Grixti, ilmenta mal-gazzetta ILLUM kif minkejja li l-Ministru għall-Ambjent, l-Iżvilupp Sostenibbli u t-Tibdil fil-Klima, José Herrera, qal li l-Kabinett dalwaqt se jkun qed jiddiskuti r-reklamazzjoni, is-sajjieda għadhom qatt ma ġew ikkonsultati. 'Ilhom tliet snin jitkellmu fuq ir-reklamazzjoni u sa issa ħadd qatt ma tkellem magħna biex jisma' x'għandna xi ngħidu," saħaq is-Segretarju tal-Koperattiva. Fis-16 ta' Settembru li għadda, meta kien mistoqsi mill-ġurnalisti, il-Ministru Herrera saħaq kif fil- jiem ta' wara, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi kellha tgħaddilu l-aħħar preżentazzjoni dwar is-siti indikati li fihom tista' ssir ir- reklamazzjoni tal-art. Herrera kien saħaq li "fil-ġimgħat li ġejjin," dan is-suġġett kellu jkun diskuss waqt il-laqgħa tal-Kabinett. Grixti insista mal-gazzetta ILLUM li minkejja li s-sajjieda huma l-istakeholders prinċipali f 'din il-kwistjoni, il- Ministru Herrera qed jinjora s-sejħa biex jiltaqa' magħhom biex mhux biss jispjegawlu t-tħassib tagħhom, iżda anke joffrulu proposti. "Bgħatna email lill-Ministru Herrera. Weġibna biss li qed jagħmlu diskussjonijiet. X'diskussjonijiet? Lilna ħadd ma kellimna," insista magħna s-sajjied. Qalilna wkoll kif sa din il-ġimgħa stess kellhom żewġ laqgħat skedati, waħda mal-Bord tas-Sajd u oħra mad-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura, liema żewġ laqgħat tħassru fl-aħħar ħin. L-ILLUM staqsiet minnufih lil Grixti x'inhi l-pożizzjoni tal-Koperattiva Nazzjonali tas- Sajd dwar ir-reklamazzjoni. It- tweġiba tiegħu kienet diretta u ċara. "Aħna kontra r-reklamazzjoni mal-kosta kollha," insista s-Segretarju. "Il-kosta tagħna hija kollha kemm hi sinjura, aktar u aktar fejn qed jgħidu li jridu jordmu." 'L-għajxien tagħna mill- baħar' Iżda s-sajjieda professjonali mhux 'il barra jistadu? Ir-reklamazzjoni tal- art x'differenza tista' tagħmlilhom? Jason Grixti saħaq li dan mhux minnu. Is-sajjieda professjonali jistadu anke mal-kosta u fil-baxx, ma hemmx għalfejn joħorġu bejn sema u ilma. Fil-fatt, huwa wera t-tħassib tiegħu li r-reklamazzjoni mal-kosta jista' jkollha impatt negattiv ħafna fuq is-sajd tradizzjonali, li ma jseħħx aktar minn 30 metru 'l barra mill-kosta. Dan jinkludi sajd bil-parit, li jintuża fost oħrajn għall-qarnit. Fi kliem Grixti, hemm ħut li huwa importanti u li ma ssibux aktar minn 30 metru 'l barra mill-kosta. "Din is-sena kellna staġun ħażin tal-lampuki. L-għajxien tagħna mill-baħar. Jiena qbadt 110 kilo sargi minn fejn iridu jordmu, jiġifieri fl-inħawi tax- Xgħajra," saħaq is-sajjied waqt li insista li r-reklamazzjoni kif qed tkun proposta se jkollha impatt soċjo-ekonomiku qawwi. 'Fejn iridu jordmu huwa l-aqwa post għat- trobbija tal-ħut' Apparti minn hekk, Jason Grixti, kompla jinsisti mal- ILLUM li ħadd, jew inkella ftit qed jitkellmu fuq il- kwistjoni ambjentali u ta' sostennibbilità minkejja li huma marbuta intrinsikament mar-reklamazzjoni tal-art mal-kosta. Fi kliem Grixti, il-kosta, partikolarment l-inħawi li qed jissemmew għar- reklamazzjoni, huma mimli posidonja (alka), li hija importanti ħafna biex il-ħut ikun jista' jbid. "Fejn iridu jordmu huwa Is-Segretarju tal- Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd Jason Grixti Jason Grixti jisħaq li r-reklamazzjoni tista' taffettwa ħażin is-sajd tradizzjonali