Illum previous editions

ILLUM 6 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1174216

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 l-ħidma fuq 22 proposta, biex jitressqu u jsiru bye laws. Fost dawn il-proposti hemm dik illi permezz tagħha kull ħanut irid jipprovdi landa tal-iskart, filwaqt li ristoranti u ħwienet oħrajn tad- divertiment jeħtieġ jibdew ikollhom ash tray. Hu qal illi l-bye law li qiegħda tiġi ffurmata se tkun qed tobbliga lill-ħwienet tal-ikel biex joħorġu l-ikel fil-landa tal-iskart u mhux f 'borża mal-art. Semma l-problema tal-ħġieġ hekk kif il-bring-in sites tneħħew u allura dak li jkun m'għadux jista' jaqbad u jieħu l-ħġieġ f 'dawn il-kontenituri, imma jrid jistenna l-ġbir, li issa f 'San Pawl qed isir darbtejn f 'xahar minflok darba. 'Ma jistax ikollna free for all ...' Imma akbar mill-problema tal- iskart, għall-inqas fl-opinjoni ta' bosta, huma l-barranin. Il-barranin u speċjalment il-kwistjoni tal- immigranti ilha tiddomina x-xenarju politiku lokali fl-aħħar snin. Imkien daqs din il-lokalità ma jidher dan il-fattur. "Ma jistax ikollna libertinaġġ ..." jibda jispjega Grima. "Jien mhux razzist. Sal-ġimgħa l-oħra kont mistieden u mort attività tal-komunità Niġerjana hawnhekk stess. Ħadt gost u nnutajt is-serjetà u kemm qed jagħtu lura lis-soċjetà." Kollox sew u hekk hu. Imma n-nies fit-toroq u speċjalment fuq il-midja soċjali, mhux hekk qed jgħidu, tfakkru din il-gazzetta. Qed jgħidu li Buġibba spiċċat u li m'għadux sigur li tgħix hawn. "Ma nħobbx nidentifika problema ma' sezzjoni jew oħra. Imma li ndaħħlu l-barranin u qisna free for all ..." jgħid Grima. "Jiena dejjem għidt li aħna għandna nkunu barra t-Trattat ta' Shengen. Il-bieb tad-dar qiegħed hemm biex niddeċiedi jiena min jidħol u joħroġ, mhux ħadd ma jaf min dieħel u x'inhu dieħel." Grima ammetta illi jaf li l-Partit Laburista li hu jirrappreżenta ma jaqbilx mal-opinjoni tiegħu, imma jibqa' jinsisti. "Kemm-il persuna, insiru nafu wara ħafna snin, li kienu għamlu atti f 'pajjiżhom? Skużi ta', għalfejn m'għandix inserraħ rasi li nkun naf min dieħel f 'pajjiżi?" Grima iżda ma jiqafx hemm u jasserixxi li "jiena kontra mija fil- mija dawk li jiġu pajjiżna mingħajr dokumenti. Sewwa mela jekk jidħol xi ħadd bl-ajruplan b'dokument falz inwaqqfuh, imma min jidħol bla passaport indaħħluh." 'L-integrazzjoni ma rnexxietx' Nistaqsih direttament: Kieku San Pawl il-Baħar kellha sservi ta' proġett pilota għall-integrazzjoni f 'pajjiżna, taħseb li dik l-integrazzjoni rnexxiet jew falliet? "Onestament ma naħsibx li rnexxiet. Nemmen li meta barrani jmur f 'pajjiż ieħor jeħtieġ isegwi l-liġijiet. Meta mort barra jiena hekk għamilt." Is-Sindku ta' San Pawl il-Baħar jemmen illi l-pajjiż ma kienx lest għad-dħul ta' tant immigranti f 'qasir żmien. Jammetti li dan huwa primarjament ir-riżultat ta' ekonomija li qed tikber b'mod mgħaġġel. "Nistgħu nimxu 'l quddiem imma għandna bżonn l-infurzar. Inutli jkollok il-liġijiet jekk ma jkollokx l-infurzar," jisħaq Grima. 'Nippretendi li wasal iż-żmien għall- proġett ...' Finalment nistaqsih dwar il- kostruzzjoni u anke l-infrastruttura. Ċerti żoni f 'Buġibba taħsibhom qishom il-qamar; kollha trabijiet, krejnijiet u ħofor. Hu jgħid li fuq it-toroq il-Gvern qed jinvesti, "però iva, nippretendi li wasal iż-żmien li jsir proġett li jixraq lil din l-akbar lokalità tal-pajjiż. Il- proġett tad-90ijiet," qal f 'referenza għal proġett li wettaq Gvern Laburista f 'Buġibba, "ma kienx ta' barra minn hawn, imma kien effettiv." Hu jgħid illi bħala Kunsill Lokali qed jevalwaw il-possibilità ta' proġetti għal spazji rikreattivi ta' tfal, li Grima jgħid illi l-lokalità tant għandha bżonn. Dwar il-kostruzzjoni s-Sindku jinsisti li hemm bżonn ta' aktar infurzar, speċjalment ukoll fejn ikun qed jittieħed spazju ta' parkeġġ minħabba sit ta' kostruzzjoni. Biex juri kemm fil-fatt mhux qed isir l-infurzar, Grima jisħaq li fl-ewwel sitt xhur tas-sena l-Kunsill ġabar €4 biss minn kuntratturi li jieħdu spazji ta' parking, meta l-ħlas huwa ta' €2.33 kull metru kwadru ta' parkeġġ meħud. "Ejja ninfurzaw. Aħjar 10 liġijiet u ninfurzawhom milli 100 u ninfurzaw tlieta biss." Intervista Il-Ħadd 6 ta' Ottubru 2019 | illum niddeċiedi jien min jidħol, l-istess pajjiżna' Fuq il-ħmieġ kellna biżilbilju ilmenti fuq Facebook, fuq il-gazzetti, kullimkien. Aħna biddilna l-istrateġija u l-ilmenti naqsu Ritratt: Zak Farrugia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 October 2019