Illum previous editions

ILLUM 6 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1174216

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

3 Il-Ħadd 6 ta' Ottubru 2019 | illum Aħbarijiet PROĠETT PARZJALMENT IFFINANZJAT MILLFOND TA' KOEŻJONI Programm Operattiv l – Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014 – 2020 "It-trawwim ta' ekonomija kompetittiva u sostenibbli li tilqa' l-isfidi tagħna" Proġett parzjalment iffinanzjat mill-Fond ta' Koeżjoni Rata ta' ko-finanzjament: 85% Fondi mill-Unjoni Ewropea; 15% Fondi Nazzjonali Għandek tarmi l-iskart mediċinali fl-ispiżerija 8007 2200 MINISTERU GĦALLAMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL KLIMA SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALLFONDI EWROPEJ U DJALOGU SOĊJALI Tkompli minn paġna 1 Djar tal-anzjani f 'Malta sar hawn ħafna. Imma kollha qegħdin iżommu mar-regoli? Komplejna nistaqsu lill- Ministru dwar kif il-Gvern qiegħed jevalwa l-istandards bażiċi fid-djar tal-anzjani. Huwa saħaq kif din is-sena l-Awtorità tal-Istandards tal-Ħarsien Soċjali għamlet mal-260 spezzjoni fid-djar tal-anzjani. Mal-ILLUM huwa saħaq, "irridu nagħmluha ċara li din mhix lukanda iżda post fejn l-anzjanità attiva tiġi enfasizzata inkluż bir- rikreazzjoni u bil-kumdità tal-anzjani tagħna." Apparti minn dan huwa tkellem dwar il-ftehim li ġie ffirmat din il-ġimgħa bejn il-Gvern u l-Knisja li se jerġa' jġedded il-ftehim bejn iż-żewġ partijiet għall-provedimenti tas-servizzi. B'dan il-ftehim li mistenni jdum għall-perjodu ta' tliet snin il-Gvern se jixtri 181 sodda, li minnhom 167 sodda ser jintużaw għall-kura residenzjali fit-tul, filwaqt li 14-il sodda ser jintużaw għal servizzi ta' respite għal anzjani b'dipendenza għolja u medja. Il-ftehim ġie ffirmat mill- Vigarju Episkopali għad- Djakonija, Monsinjur Charles Cordina, u mid-Direttur tad-Djar tal-Knisja għall- Anzjani, André Vassallo Grant, u mill-Kap Eżekuttiv tal-Anzjanità Attiva, Dr Renzo De Gabriele, fil-preżenza tas- Segretarju Amministrattiv tal- Arċidjocesi ta' Malta, Michael Pace Ross, u s-Segretarju Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis. Kif isiru l-ispezzjonijiet? L-Awtorità tal-Istandards tal-Ħarsien Soċjali ġiet imwaqqfa f 'Mejju tas-sena 2018 bl-għan li tħares is- settur tal-anzjani u tara li l-istandards stabbiliti jiġu milħuqa. Hu mifhum li għal kull żjara l-Awtorità tibgħat żewġ assessuri biex jassiguraw li jkun hemm trasparenza fil- proċess ta' stħarriġ. Apparti minn hekk, għal kull spezzjoni l-Awtorità tal-Istandards ta' Ħarsien Soċjali tiżviluppa numru ta' rakkomandazzjonijiet lil min jipprovdi s-servizz. Apparti minn hekk dawn ir-rakkomandazzjonijiet jiġu ppreżentati bil-miktub lid-djar ikkonċernati waqt li jkompli jsir monitoraġġ tas- servizzi mgħotija u jiġi żgurat li s-servizz ikun ta' kwalità għolja. Din is-sena saru 260 spezzjoni fid-djar tal-anzjani Djar tal-anzjani hawn ħafna. Imma qed isiru spezzjonijiet? Is-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis L-ewwel darba li saru l-istandards għad-djar tal-anzjani kien fl-2015

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 October 2019