Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1174216
istess sede. Iżda l-festa tar- Rużarju kienet ilha tiġi ċċelebrata... La ċ-Circolo Musicala La Stella kien twaqqaf biex idoqq fil-festa tal-Madonna tar- Rużarju, ifisser li din il-festa ma bdietx mitt sena ilu, iżda kienet diġà stabbilita sew fil- Gudja. Fil-fatt, il-fratellanza tal- Madonna tar-Rużarju tal- Gudja hija waħda mill-eqdem fratellanzi tar-Rużarju f 'Malta, hekk kif taf il-bidu tagħha lis- sena 1588. Sa mill-bidu tat-twaqqif tagħha, il-fratellanza tal- Madonna tar-Rużarju kienet taħdem mhux biss biex tiċċelebra l-festa tal-Madonna tar-Rużarju iżda anke biex tkabbar id-devozzjoni lejn it- talba tar-Rużarju. Il-fratellanza għandha artal li jinsab fil-kappellun li huwa ddedikat lil Madonna tar- Rużarju, fil-Knisja Arċipretali u Arċimatriċi tal-Gudja. Fuq dan l-artal wieħed isib pittura ta' Ġużeppi Salerno li turi lill-Madonna tar-Rużarju ma' San Duminku, Santa Katarina, San Nikola u anke San Ġorġ. Il-fratellanza hija propretarja ta' diversi ornamenti sagri li jintramaw fil-ġranet tal-festa, fosthom lampier tal-fidda, lanterni, gandlieri u anke ventartali li jintramaw mhux biss fil-festa tar-Rużarju, iżda anke fil-festa titulari ta' Santa Marija. Dan biex ma nsemmux is- sopradvalja u anke l-istandard imżejna b'disinn tar-rakkmu mill-ifjen. Mit-tħawwil tas-siġar, sa statwa tal-ġebel u bandiera ġdida... Din is-sena ma stajniex ma nitkellmux mal-President tas- Soċjetà Filarmonika La Stella, Michele Mifsud li tkellem magħna dwar id-diversi impenji li s-Soċjetà organizzat matul l-aħħar sena. Iżda għamlet dan mhux biss permezz ta' opri artistiċi ġodda jew programmi mużikali, iżda anke ħadet inizjattivi ambjentali. Fil-fatt, Michele Mifsud spega kif matul l-aħħar sena, is-Soċjetà organizzat attività ta' tħawwil ta' siġar taż-żebbuġ fi Ġnien il-Qari, fil-limiti ta' Bir Miftuħ. Iżda l-attivitajiet mużikali u kulturali ma naqsux. Fi żmien il-Ġimgħa l-Kbira, fil-Knisja Arċipretali, ittella' programm ta' mużika sagra fejn ġie mistieden is-Surmast Taljan Pasquale Aiezza. Ittella' wkoll programm Vokali u Strumentali li kien taħt il-patroċinju tal-President George Vella fejn kixef ukoll plakka kommemorattiva. Biex jitfakkar dan l-anniversarju, saret bandalora ġdida, Madonna tar-Rużarju maħduma fil-ġebla Maltija, arblu ġdid ta' 60 pied li ġie rregalat mis-Sezzjoni Żgħażagħ u bandiera ġdida tas-Soċjetà. 15 Festi Il-Ħadd 6 ta' Ottubru 2019 | illum l-ewwel La Stella X'se jsir illum fil- Gudja? 9:15am: Quddiesa solenni tal-festa bil-paniġierku 11:00: Marċ tradizzjonali ta' filgħodu 7:00pm: Purċissjoni bil-vara tal-Madonna tar-Rużarju akkumpanjata bit-talba tar-Rużarju Diversi purċissjonijiet oħra u avveniment speċjali f 'Bormla Matul il-ġurnata tal-lum, jiġu organizzati diversi purċissjonjiet u pelegrinaġġi bix-xbihat tal-Madonna tar-Rużarju li jinsabu f 'għadd ta' knejjes madwar Malta u Għawdex. Intant, għada, f 'jum il-festa tal-Madonna tar-Rużarju, se ssir ċelebrazzjoni speċjali f 'Bormla. Il-vara tal-Madonna tar-Rużarju, xogħol mill-isbaħ ta' Pietru Pawl Azzopardi, se tħalli s-Santwarju Kolleġġjata tal- Immakulata Kunċizzjoni fis-6:00pm. Il-pellegrinaġġ jibqa' sejjer sal-Knisja ta' Santa Tereża f 'Bormla stess, fejn bħalissa qed tiġi ċċelebrata l-festa ta' Santa Tereża ta' Ġesù, Duttur tal-Knisja. Il-vara tal-Madonna tar-Rużarju se tiddaħħal fil-Knisja ta' Santa Tereża fejn se tiġi ċċelebrata quddiesa. Il-pellegrinaġġ ikompli wara lejn il-Kolleġġjata. L-istatwa minquxa fil-ġebel imżanżna din is-sena Il-vestizzjoni tal-fratelli fuq l-artal tal-Madonna tar-Rużarju Il-bandiera u l-arblu l-ġdid tal-każin