Illum previous editions

ILLUM 6 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1174216

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 6 ta' Ottubru 2019 Minn Albert Gauci Cunningham Mill-metro sas-sick leave mhux IL-BAĠIT issa jinsab wara l-bieb u bħal kull sena, minn qabel jibdew jaslu proposti mill-korpi kostitwiti, għaqdiet diversi kif ukoll mill- Oppożizzjoni. L-Oppożizzjoni fil-fatt ressqet il-proposti tagħha fil-forma ta' dokument imsejjaħ 'Ekonomija bbilanċjata. Soċjetà sostenibbli'. Il-gazzetta ILLUM qed telenka u tikkummenta dwar uħud mill-proposti li ressaq il-Partit Nazzjonalista kif ukoll tgħaddi ġudizzju fil-forma ta' punti lill-PN fuq kull grupp ta' proposti u fuq il-preżentazzjoni tal- istess proposti. Ħaddiema barranin 3/10 Il-PN issa ilu ftit jitkellem dwar il-barranin u l-fatt illi Malta qiegħda dejjem aktar issir iffullata hekk kif qed jiġu tant u tant barranin jgħixu u jaħdmu f 'pajjiżna. Dan is-sens ta' dwejjaq għal dan il-fatt huwa mifrux ġeografikament, politikament u anke soċjalment. Id-dokument tal-PN ma jindirizzax din il-problema bil-miżuri drastiċi li hawn min iħoss li għandhom ikunu attwati. Lanqas jipproponi xi forma ta' tibdiliet jew diskussjonijiet dwar is- sħubija ta' pajjiżna fix-Shengen. Id-dokument iżda jipproponi miżuri f 'oqsma differenti illi kieku jkunu implimentati jħarsu aktar id-dinjità tal-immigrant bħala ħaddiem. L-aċċenn kontinwu fir-rapport tal-PN f 'dan il-qasam jidher illi qed jittratta l-punt ta' pajjiż li jattira aktar ħaddiema ta' ħiliet għoljin, minflok dawk baxxi. Din il-proposta hija 'vaga' u miftuħa għal ħafna interpretazzjoni ta' x'qed infissru biha meta ngħidu ħiliet baxxi jew għolja. U min se jagħmel dawk ix-xogħlijiet b'ħiliet baxxi. Min se jnaddaf it-toroq? Min se jservi ta' fattiga fil-lukandi u binjiet? Min se jservi l-ikel fir-ristoranti? Min se jibni? Min se jiġbor iż-żibel? Il-PN jidher li għal darb'oħra qed jitqanżaħ biex isemmi kemm sirna ffullati u li n-numru ta' barranin qed isir problema, imma min-naħa l-oħra qed jibqa' lura milli jipproponi miżuri drastiċi li ħafna, tajjeb jew ħażin, qed jistennew. Għaldaqstant, fuq il-ħaddiema barranin il-punti għall-PN huma baxxi ferm. Ix-xogħol u drittijiet tal-ħaddiema 8/10 Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista addotta lingwaġġ li jipproġettah bħala persuna li qed tifhem lill-ħaddiem, li ngħiduha kif inhi, minkejja li ilu ma jara inizjattivi fiskali favuru mill- Gvern daqs bħalissa, xorta għadu qed jara l-ispejjeż (speċjalment tal-ikel) telgħin. Dan ir-rapport fih proposti li jagħmlu ħafna sens, uħud minnhom ilhom jissemmew waqt li oħrajn huma aktar innovattivi. Il-PN qed jipproponi li ħaddiema ma' kumpanija privata li tingħata tender tal-Gvern għandhom ikollhom l-istess kundizzjonijiet tal-ħaddiema tal-Gvern. Fi kliem sempliċi jekk il- Gvern jagħti tender għall-ħaddiema ta' sigurtà, dawn għandhom jitħallsu daqs il-grad li jitħallas ħaddiem tas-sigurtà mal-Gvern. Naturalment is-sistema biex taħdem inizjattiva bħal din trid tiġi evalwata sew u tagħmel tajjeb għall- eċċezzjonijiet u differenzi. Minkejja dan, din il-proposta hija waħda pożittiva ħafna u tneħħi mill-abbuż li jsir ta' ħlas miżeru lill-ħaddiema tal- kuntrattur, ġeneralment bl-iskuża illi t-tender kien irħis u allura ma jistax ikopri pagi ogħla. Il-PN qed jgħid li hu jaqbel ma' miżuri 'li jonkoraġġixxi lill-ħaddiema kollha jissieħbu ma' unjin.' Dan huwa issa iswed fuq l-abjad l-appoġġ tal- PN lill-miżura li l-Gvern kien qal li għandha ssir diskussjoni dwarha, li iżda dwarha ftit li xejn ġie diskuss. Il-kuntratti tax-xogħol jeħtieġ juru d-drittijiet kollha tal-ħaddiem waqt li dawk kollha li jħaddmu jeħtieġu jippreżentaw kuntratt tax-xogħol u jassiguraw li l-kundizzjonijiet u d-drittijiet kollha, fosthom li l-ġranet frank, qed jingħataw. Finalment, proposta ferm interessanti tal-PN hija dik marbuta mas-sick leave. Il-PN qed jipproponi li dak is-sick leave ta' ħaddiem li ma ntużax fl-aħħar sitt snin, jista' mbagħad jiġġemma' biex jituża f 'każ ta' mard serju. Is-sick leave ta' ġenituri li ma jintużax fl-aħħar sitt snin jista' mbagħad jintuża biex dawn jieħdu ħsieb it-tfal, id-dar. Dawn il-miżuri huma verament tajbin, b'mod speċjali dawk relatati mal-mard u allura qed nagħtu punti għolja lill-proposti tal-PN f 'dan il- qasam. Il-fqar u l-vulnerabbli 6/10 Il-PN jagħmel numru ta' proposti, uħud minnhom tajbin u oħrajn li kienu diġà proposti mill-Partit Laburista iżda li għadhom ma ġewx attwati. Il-PN qed jipproponi 'pensjonijiet adegwati'. Għalkemm żgur li għad irid isir ħafna, f 'dan il-qasam wieħed ma jistax ma jiħux kont tal-fatt illi dan il-Gvern, qiegħed Baġit wara l-ieħor, iżid il-pensjonijiet. Dan ma jfissirx li huma 'adegwati' imma jfisser li kien hemm titjib. Il-PN qed jgħid ukoll li l-pensjoni għandha ssir dritt soċjali. Il-PN qed jgħid li għandha tkun eliminata d-diskriminazzjoni fil-ħlas fuq bażi tal-ġeneru, għalkemm jieqaf hemm u ftit li xejn jgħid kif dan għandu jsir, kif ma kienx b'saħħtu biżżejjed fuq l-akkomodazzjoni soċjali, suġġett li l-Kap tal-PN qajjem tant drabi. Iktar pożittivi kienu l-proposti li jittrattaw il-bolla. Il-PN qed jipproponi li l-bolla mħallsa minn dawn li għandhom bejn 16 u 18-il sena tista' tagħmel tajjeb għall-bolla nieqsa fis-snin ta' qabel. Il-PN qed jisħaq illi kull xogħol li jaqbeż l-40 siegħa għandu jkun meqjus bħala sahra, filwaqt illi simili għall-proposta tal-PL fl-aħħar elezzjoni (il-proposta għadha ma kinitx implimentata) qed jipproponi li t-taxxa fuq is-sahra tonqos, minn 15% għal 10%. Proposta oħra hija dwar tnaqqis fit- taxxa minn spejjeż magħmula minn ġenituri waħedhom. Bi proposti tajbin, oħrajn ikkupjati u oħrajn vagi f 'dan is-settur il-PN jikseb ftit iktar minn nofs il-punti. Wasal il-Baġit u allura jibdew il-proposti. Il-PN ippreżenta rapport b'numru ta' proposti f'oqsma differenti. Ir-rapport, ippreżentat b'mod sabiħ u professjonali, fih diversi proposti tajbin, oħrajn innovattivi, uħud irriċiklati u bosta oħrajn vagi Il-Ministru tal- Finanzi u l-kaxxa ta' Malta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 October 2019