Illum previous editions

ILLUM 6 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1174216

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Sports 31 Naf ukoll li qabel il-kompetizzjonijiet jew photoshoots ma tieklu u tixorbu kważi xejn fejn kważi tiġu 'dehydrated'. Huwa minnu dan? L-aħħar ftit ġranet qabel avveniment importanti huwa vera li d-dieta u l-eżerċizzju jsiru aktar intensivi. Jien dejjem nagħti l-parir li ħadd ma jipprova dieta waħdu iżda jmur għand persuni b'esperjenza fuq nutrizzjoni biex jipprepara għal dan it-tip ta' avvenimenti. In-nuqqas ta' ilma fl-aħħar sigħat jintuża biex toħroġ iktar id- definizzjoni tal-muskoli. Għal dieta regolari l-ilma huwa importanti ħafna. Hemm biżżejjed konkorrenza minn persuni żgħażagħ għal dan l-isport? Naħseb li f 'dawn l-aħħar snin żdiedu l-persuni li jinterressahom dan l-isport iżda nemmen li hawn ħafna aktar potenzjal fejn jista' jkollna aktar żgħażagħ li jirnexxu f 'dan l-isport, kieku jkun hawn iktar exposure ta' dan l-isport. Kif tqabbel ir-riżorsi li fihom titħarrġu f 'Malta meta kkumparati ma' dawk li nsibu barra minn Malta? Hawn ħafna gyms li huma ta' kwalità tajba ħafna u għandhom apparat vera modern. Jibqa' wkoll il-problema li aħna hawn Malta m'għandniex daqstant kobor. Nixtieq kieku Malta jkollna outdoor gyms fuq il-livell ta' barra minn xtutna - ħafna aktar nies kieku jitħajru jesperjenzaw dan l-isport. It-taħriġ tagħkom il-bodybuilders nisa fiex jikkonsisti u jagħmel differenza t-taħriġ tagħkom meta kkumparat ma' dak tal-irġiel? Jiena personali nitħarreġ bejn erba' jew ħames darbiet fil-ġimgħa. Darbtejn upper body u darbtejn lower body. Inħobb indaħħal ukoll xi ftit cardio bħall-ġiri jew qdif ukoll. It- taħriġ huwa simili kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel, iktar jiddependi minn kemm jiflaħ il-persuna milli jekk hux raġel jew mara. Il-media f 'pajjiżna tagħtikom biżżejjed pubbliċità? Naħseb li dan l-isport ma jingħatax prominenza bħal sport ieħor u kultant inħoss li għad hawn ftit stigma negattiva lejn dan l-isport. Hawn ħafna persuni f 'dan l-isport li għamlu isem sabiħ għal Malta f 'pajjiżi barranin u ftit li xejn nafu bihom. Il- media tista' toffri aktar spazju lil dan l-isport. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek bħala 'bodybuilder'? Nixtieq ħafna li nkompli ntejjeb il-figura tiegħi u nżomm ruħi fit. Bħala għalliema speċjalment il- fatt li ngħallem tfajliet adoloxxenti nixtieq li nkun ta' eżempju tajjeb biex inħeġġiġhom jersqu lejn dan l-isport. Għaddi messaġġ lil dawk iż- żgħażagħ speċjalment tfajliet li qegħdin jaħsbuha biex jibdew jipprattikaw il-'bodybuilding'. Iva, inħeġġiġhom ħafna biex jippruvaw dan l-isport. Sakemm tibda forsi tħossha diffiċli però malajr tibda tara l-benefiċċji u tibdil fik innifsek. Iktar ma tibda dan l-isport kmieni, iktar se tibbenifika tul ħajtek kollha. il-bodybuilding huwa addattat kemm addattat għal persuna li tip- Il-Ħadd 6 ta' Ottubru 2019 | illum Dan kollu jirrikjedi spejjeż iżda meta tara differenza f 'saħħtek, tinduna li huwa investiment għal ħajtek

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 October 2019