Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1174216
5 Aħbarijiet Il-Ħadd 6 ta' Ottubru 2019 | illum użat ... il-PN xi jrid mill-Baġit? Edukazzjoni 4/10 Fil-qasam tal-edukazzjoni wieħed isib numru ta' proposti baġitarji, li iżda ma jimpressjonawx wisq u li mill-ġdid huma xi ftit jew wisq vagi. Pereżempju, u b'rispons għall-garr li hemm fost l-għalliema, il-PN qal li l-professjoni tal-għalliema għandha tingħata iktar assistenza. Kif u x'tip ta' assistenza għandha tingħata lill-għalliema iżda, il-PN ma jsemmix. L-istess partit fil-proposti jgħid li hemm bżonn ta' aktar riżorsi u li għandu jkun hemm iktar konċentrazzjoni fuq l-istudenti tal- kinder u tal-iskola primarja. L-unika proposta iktar konkreta, għalkemm xejn ġdid, hija l-proposta li l-Gvern jerġa' joħroġ sejħa għal għotjiet post-doc, jiġifieri għal studju u riċerka wara d-dottorat. Il-PN ifakkar li l-aħħar sejħa li saret mill- Gvern kien fl-2015. Minħabba li l-proposti f 'dan il- qasam huma wisq vagi, il-punteġġ f 'dan is-settur huwa baxx. L-ambjent 9/10 Fl-ambjent dan ir-rapport imur tajjeb ħafna, b'diversi proposti interessanti, ħafna minnhom pjuttost innovattivi. Interessanti l-proposta biex ikunu diskussi u jinstabu soluzzjonijiet għal sitwazzjoni fejn bini li jogħla jgħatti l-installazzjonijiet tal- ġirien. "Aħna nipproponu miżuri li jkunu diskussi bħal pereżempju kumpens lil dawk affettwati," jgħid ir-rapport. Il-PN qed jipproponi li jingħataw inċentivi għal ġonna fuq bjut u li ssir konsultazzjoni dwar il-politika tal-iskyline ta' Malta. L-oppożizzjoni qed titlob lill- Awtorità tal-Ippjanar biex meta tkun qed tagħti permess ta' żvilupp, tagħti wkoll żmien stipulat sa meta dan ix-xogħol għandu jitlesta biex jitnaqqas l-inkonvenjent. Qed issir proposta biex isiru aktar inċentivi ta' restawr, mhux biss ta' djar antiki ħafna imma wkoll ta' proprjetajiet li għandhom bżonn dawra tajba f 'Buġibba u l-Qawra. Il-PN qed jgħid illi l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsa għandha tingħata poter tal-veto fuq applikazzjonijiet f 'lokalitajiet ambjentalment sensittivi. Proposta bħal din tagħti aktar saħħa lill-ERA fuq kwistjonijiet ambjentali. Il-PN mhux qed jagħmel proposti biss fir-rigward tal-art imma anke tal-istorbju u tal-ilma. Fuq l-istorbju, il-PN qed jisħaq illi għandu jitwaqqaf Bord tal-Kontroll tal-istorbju u qed jitlob li l-istorbju jkun regolat biex ikun determinat x'inhu storbju raġonevoli u x'mhux, skont l-attività. Finalment qed jitolbu li tkun infurzata l-liġi li kull dar ikollha bir u ċisterni, għall-ħażna tal-ilma. Dawn il-proposti u oħrajn tal-PN dwar l-ambjent huma ġeneralment tajbin u innovattivi, ir-raġuni għaliex qed nagħtu punti għolja. It-trasport pubbliku 7/10 U finalment il-PN għamel ukoll proposti dwar il-trasport pubbliku. L-aqwa proposta tal-PN tibqa' dik li titratta t-trasportazzjoni tal-massa. Proġett li ilu diskuss iżda ftit li xejn għadu sar li huwa tanġibbli dwaru sa issa. Il-PN fil-fatt kien ippropona din is-sistema lura waqt l-aħħar kampanja tal-elezzjoni ġenerali, meta kien saħansitra ppubblika ktieb f 'dan ir- rigward. Sfortunatament din il-proposta ma ngħatatx l-importanza mistħoqqa waqt kampanja elettorali li kienet prattikament kollha ffukata fuq il- korruzzjoni. Punti oħrajn proposti mill-PN jittrattaw il-bżonn li l-Gvern jintroduċi trasport carbon neutral u jgħid ukoll li għandhom jiżdiedu iktar ir-rotot ta' tal- linja lejn lokalitajiet iffrekwentati ħafna. Kollox ma' kollox, il-punteġġ pożittiv tal-PN fuq dan is-settur jibqa' jserraħ l-aktar fuq il-proġett ta' trasport tal- massa, li jiswa miljuni kbar imma li jista' jsir mill-privat kif sar f 'postijiet oħrajn b'ħidma konġunta mal-privat. Naturalment maż-żmien il-PN se jkollu juri ħafna iktar x'juri fuq dan il-proġett. Il-PN jidher li għal darb'oħra qed jitqanżaħ biex isemmi kemm sirna ffullati u li n-numru ta' barranin qed isir problema, imma min- naħa l-oħra qed jibqa' lura milli jipproponi miżuri drastiċi li ħafna, tajjeb jew ħażin, qed jistennew