Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1190490
32 aħbarijiet IL-ĦADD 8 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum Transport Malta (TM) ħabbret li se tibda l-kampanja annwali tal-Mi- lied. TM qalet li l-kampanja, bl- isem: 'Se tixrob? Issuqx' se tiffoka dwar ix-xorb, u kif madwar żmien il-Milied, jiżdied l-ammont ta' nies li jsuqu taħt l-influwenza tal-alkoħol. Barra minn hekk, sar enfasi li huwa inaċċettabli li n-nies jixorbu u li għandhom jaħsbu fihom infush- om, fil-familji tagħhom u f 'dawk ta' madwarhom. 'Illum hemm diversi alternattivi għall-karozzi privati tan- nies, u jista' jintuża t-trasport pubbli- ku, taxis, jew sistema ta' 'designated driver', fejn ikun hemm persuna li ma tixrobx u wara, twassal in-nies id-dar. Biex tniedi l-kampanja, TM ip- preparat tliet filmati animati, kif ukoll avviż fuq ir-rajdu biex iqajmu kuxjenza fuq il-konsegwenzi tas- sewqan taħt l-influwenza. Bħala par- ti mill-kampanja 'Se tixrob? Issuqx', l-uffiċjali ta' Transport Malta se jkunu qegħdin iqassmu għadd ta' air fresh- ners għall-karozzi bit-tema relevanti. Il-Malta Road Safety Council se jqa- ssmu wkoll disposable breathalysers biex dak li jiċċekkja l-livell tal-alkoħol fis-sistema. Transport Malta tniedi kampanja ġdida għas-sigurtà fit-toroq fi żmien il-festi NADER KABAR Kevin Aquilina, Dekan tal-Fakultà tal-Liġi qal li "fl-2013, il-Prim Min- istru kien qal li se jimplimenta l-we- għda tiegħu biex jaħtar uffiċjali pub- bliċi, iżda din qatt ma saret. Meta l-Kap taċ-Ċivil ġie maħtur, kien hemm sejħa għal applikazzjoniji- et? Meta s-Segretarji Permanenti kienu nħatru, kien hemm sejħa għal applika- zzjonijiet? Le." Essenzjalment, Aquilina qal li l-Prim Ministru "għandu poter ta' dittatur". Kompla jgħid li l-ebda wieħed mir-rapporti, jekk hux ir-Rap- port Bonello fl-2013, jew ir-rapport tal-Kummissjoni Venezja fl-2018, ma ġew implimentati. Skontu, l-istqarrija tal-Gvern li fil-fatt implimenta dawn ir-rapporti huma foloz. Spjega wkoll kif id-diretturi tal-Aw- torità tax-Xandir, tal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku, tal-Kummissjoni Elettorali u tal-Kummissjoni tal-Imp- jieg huma kollha magħżula miż-żewġ partiti. Semma wkoll li l-PBS huwa kkontrollat direttament mill-Gvern, "dan għaliex jaqgħu taħt ir-responsab- biltà ta' ministru fil-Gvern." Barra minn hekk, fl-artiklu tiegħu fuq e Times ilbieraħ Aqulina sem- ma wkoll li s-separazzjoni tal-poteri hi ineżistenti f 'Malta u skontu, kun- trarjament għal kif is-sistema taħdem fir-Renju Unit, membri parlamentari jsiru ministri sempliċiment biex jiġu msikkta u ma jkunux jistgħu jinżammu responsabbli għall-azzjonijiet tagħhom wara li jlestu xogħolhom. "Problema kbira" qal Aquilina, li "l-indipendenza tal-ġudikatura wisq dgħajfa u barra minn hekk, qegħdin jingħataw direct orders mingħajr sor- veljenza u l-finanzi tal-Gvern huma wisq ikkontrollati skont ir-rapporti tal-Awditur Ġenerali." Prinċipalment, Aquilina ffoka wkoll fuq kif, skontu, dan kollu jwassal biex il-ministri jkunu jistgħu jindaħlu fix-xogħol tas-segretarji tagħhom u li s-segretarji jieħdu x-xogħol tagħhom bin-nepotiżmu u l-favuritiżmu. Bar- ra minn hekk, Aquilina semma wkoll li l-Att tal-Whistleblowers għadu ma jipproteġix lil dawk in-nies li qegħdin fil-Forzi Armati ta' Malta. F'aħħar mill-aħħar, Aquilina ddik- jara li "l-Parlament tradixxa lill-poplu meta ddeċieda li jieqaf għall-vaganzi tal-Milied, se jirritorna biss lura wara li l-kriżi tispiċċa ssolvi lilha nnifisha." 'Id-duttrina tas-separazzjoni tal-poteri ineżistenti' – Kevin Aquilina