Illum previous editions

ILLUM 8 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1190490

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

15 kultura illum • IL-ĦADD 8 TA' DIĊEMBRU 2019 f 'dawn il-ġranet jinżel Bormla għall-ħabta tal-5:15am, jinnota attività fit-toroq mhux tas-soltu. Ħafna Bormliżi jħallu darhom kmieni, qabel titla' x-xemx biex imorru n-Novena li fost il-ġimgħa tibda fil-5:45am u s-Sibt u l-Ħadd u l-aħħar waħda fis-7:00am. Minkejja l-ħin, il-kolleġġjata tkun ippakjata bin-nies li jattendu għal dawn id-disat ijiem ta' preparazzjoni għall-festa. Hija tassew esperjenza sabiħa. L-imħabba lejn l-Immakulata tidher qawwija fost il-Bormliżi huma u jkantaw l-innu popolari 'Omm Beltna,' l-innu taċ- ċentinarju 'Fil-Kuruna Dehbiena fuq rasek,' u l-antifona. Kważi kważi, lanqas hemm bżonn kor. Il-Bormliżi jafu kollox bl-amment u jkantaw dawn l-innijiet bid- dmugħ f 'għajnejhom. It-tempju tal-fidda... Jekk it-toroq ta' Bormla f 'dawn il-jiem ma jkun jonqoshom xejn, is-Santwarju Kolleġġjata mhux b'inqas. Bla dubju hija waħda mill-aktar knejjes armati f 'Malta u Għawdex u fost l-aktar li hija mżejna b'opri tal-fidda u mhux l-istatwa biss. Malli tidħol f 'din il-knisja, kull fejn tħares, se tilmaħ opri mill-isbaħ fil-fidda, ibda mill- artal maġġur u kompli bl-iċken ventartal jew gandlier. X'għamlu ġdid il-Bormliżi? Anke jekk it-temp mhux dejjem jippermetti u ħafna drabi jtertaq qalb id-dilettanti, il-Bormliżi jlibbsu lil Bormla b'armar mill- isbaħ. Fil-fatt, il-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni hija magħrufa għax- xogħol fl-injam bħall-kolonni, trofej u pilandri, iżda anke għax- xogħol fid-drapp. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Marco Agius, li mhux biss huwa l-Viċi Sindku ta' din il-lokalità iżda huwa wkoll il-Viċi President tal-Għaqda 19 ta' Novembru 1944, li tieħu ħsieb torganizza l-festa esterna u li hija responsabbli mill- armar. Se nsemmu it mill-affarijiet, għax din is-sena, il-Bormliżi xammru sew il-kmiem. Marco Agius spjega magħna li jekk it-temp jippermetti se jżanżnu żewġ anġli ġodda għal Triq il-Pelegrinaġġ. Tkompla wkoll ix-xogħol fuq il-bandalori ta' biswit il-knisja. Din is-sena se tiżżanżan dik li turi lil Pietru Pawl Caruana li pitter il- kwadru titulari. Agius kompla jisħaq li se jiżżanżnu wkoll żewġ pavaljuni kbar u żewġ pitturi kbar li qed ifakkru l-pellegrinaġġ tad-19 ta' Novembru tal-1994. Ta' min isemmi li f 'dawn il-pitturi, l-uċuħ tan-nies fil-folla se jkunu Bormliżi tal-lum. Se jiżżanżnu wkoll żewġ pavaljuni minn sett sħiħ għal Triq Santa Margerita. X'nafu dwar il-vara tal- Immakulata Kunċizzjoni? Għall-kuntrarju tal- maġġoranza tal-vari titulari f 'Malta u Għawdex l-istatwa tal- Immakulata Kunċizzjoni la hija tal-injam u lanqas tal-kartapesta iżda hija tal-fidda, ħlief għar-ras, l-idejn u s-saqajn li huma tal- injam. Fil-fatt, il-partijiet tal-injam jappartjenu għall-istatwa li kien hemm qabel u li kienet inħadmet minn Sor Maria De Domenici fl- 1680. Dan ifisser li meta fl-1905, fl- istess sena tal-inkurunazzjoni tal- kwadru titulari, l-artist Bormliż Abram Gatt kien inkarigat mid- disinn tal-vara tal-Immakulata Kunċizzjoni, mill-vara oriġinali żamm biss ir-ras, l-idejn u s-saqajn. Fil-fatt, il-bqija tal-vara hija magħmula minn pjanċi tal-fidda u deheb u x-xogħol sar kollu għand id-ditta Antonio Ghezzi ta' Milan. Il-libsa mill-isbaħ tal- Immakulata Kunċizzjoni hija mżejna b'disinji rqaq u fini u anke ħaġar prezzjuż. Ta' min jgħid li l-mantell tal- Immakulata huwa wkoll imżejjen b'xejn inqas minn 164 stilla tad- deheb. Il-figura tal-Madonna tistrieħ fuq pedistall kapulavur u hija mżejna b'raġġiera mill-isbaħ li tissimbolizza x-xemx. Kemm il- pedistall u anke r-raġġiera saru wkoll fuq disinn ta' Abram Gatt u nħadmu mid-ditta Antonio Ghezzi. X'se jsir illum f'Bormla? 9:30am: Quddiesa solenni tal- festa bil-paniġierku 1:00pm: Marċ tradizzjonali tal- festa mill-Banda Cospicuana San Giorgio 6:00pm: Purċissjoni bil-vara tal- Immakulata Kunċizzjoni Pittura ġdida li żżanżnet din is-sena li turi lill-pittur Pietru Pawl Caruana Wieħed mill-pavaljuni li żżanżnu fl-aħħar snin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 December 2019