Illum previous editions

ILLUM 8 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1190490

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 analiżi IL-ĦADD 8 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum IR-RIŻENJI U L-PROTESTI... XI TĦAMMIM MICHAEL GRECH Wara li l-investigazzjoni fuq il-mewt ta' Daphne Caruana Galizia ħadet spinta sew 'il quddiem, l-indinjazzjoni u l-militanza, primarjament ta' setturi tal-borgeżija, wasslu għar-riżenji ta' Keith Schembri, Konrad Mizzi u tal- Prim Ministru nnifsu. Dan kien sewwa u xieraq. Il-Prim Ministru żbalja snin ilu meta ma talabx lil dawn it- tnejn jirriżenjaw wara li ħarġet il-biċċa tal-kontijiet tal-Panama. Ni akarni nsostni f 'wieħed mill-ewwel artikli li kont ktibt - ILLUM li anke jekk il-kontijiet hom us li ġew mill-għaraq ta' xbin is-sidien tagħhom, il- fatt li persuni tant għolja - amminstrazzjoni ta' pajjiż ji ħu kontijiet sigrieti f 'pajjiż ieħor hi ħaġa inaċċettabli u kellhom iwarrbu. L-avvinementi li ġraw wara, u x-xenarji possibbli li dawn jinvolvu għamlu mhux biss il- pożizzjoni tas-sidien ta' dawn il-kontijiet, imma anke tal-Prim Ministru nnifsu li ma talabhomx jagħmlu dak li kellhom jagħmlu snin ilu, insostenibbli. (Użajt il- kelma possibbli għax hu xogħol il-Qorti tara x'ġara u ma ġarax l-każ tal-qtil tal-ġurnalista. Hu importanti li kull persuna tibqa' meqjusa bħala innoċenti sakemm misjuba ħatja, kif ukoll li l-proċċessi jsiru u l-verdetti jingħataw l-Qrati u mhux l- pjazez jew l-media, kif hemm min donnu jixtieq jagħmel minkejja l-paroli kollu favur is- saltna tad-dritt.) Il-fatt li l-persuna akkużata bid-delitt kien tant qrib ta' nies Kastilja, u l-akkuża serja li għamel il-Ministru Cardona fuq nies oħra t-tmexxija żiedu l-bżonn ta' bidla t-treġija. Fost dawk li għajtu għall-bidla kien hemm min kien imħeġġeġ minn opportuniżmu politiku, elitiżmu u mibegħda għall- Partit Laburista. L-agħar imma, jekk ser nitkellmu fuq nies li l-preżenza tagħhom tqallgħak, kienu nies li ħadu ħatriet imħallsa bl-eluf taħt dan il- Gvern, mhux għax huma kapaċi imma għax l-amministrazzjoni t'issa tarahom ħelwin u servewha ta' forċina, u li issa ħarġu jilagħbuha tal-indinjati kontra min tahom dak li riedu. Kien hemm ukoll imma, min ried ġenwinament bidla ħdan il-Partit Laburista li -aħħar mill-aħħar lil din tagħmillu aktar ġid. Dawn m'għandhomx jiġu mistmerra u mgħajra, kif kien hemm min b'mod baxx għamel, inkluż min sa it ilu kien jiġi attakkat bl-istess mod għax tkellem u kkritika l-pubbliku istituzzjonijiet oħra bħall- Knisja, u llum spiċċa jgħajjar lil min ipprotesta. L-istqarrija mill-Gra tti li saret is-Sibt 30 ta' Novembru u li għamlet ri essjoni fuq fejn sejjer il- Partit Laburista, kienet tagħmel mill-aktar sens u bi pjaċir issottoskrivejtha. Li forsi setgħu għamlu kien li jitolbu wkoll għal miżuri aktar konkreti bħal ngħidu aħna Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-Partit Laburista li ma tiddiskutix biss it-tmexxija (Muscat solva l-kwistjoni billi qal li ser jirriżenja) imma r-rotta li ħa l-partit -aħħar snin, u numru ta' kwistjonijiet oħra. Tistaqsi mistoqsijiet bħal: Il- partit tqarreb wisq lejn individwi u gruppi li huma b'saħħithom nanzjarjament? Għandu jkun hemm klawsoli -istatut li jillimitaw dan it- tqarrib (ngħidu aħna, tiġi limitata b'mod statutorju kemm tkun l-akbar donazzjoni li kumpanija jew grupp jistgħu jagħtu lill-partit, kemm direttament u kemm taħt forom oħra bħal reklami l-media Laburista)? Hawn l-pajjiż attitudni ta' 'Alla tana l-papat, mela ejja ngawdu,' li żgur ma sseddaqx il-ġid komuni (in-nies iħufu madwar il-Gvern biex jaraw x'ser jieħdu u l-Gvern jaġevolahom huma a arijiet li kienu minn dejjem, imma issa żdiedu bil- kif )? Hemm kult esaġerat tal- mexxej? Jagħmel sens jerġa' jitwaqqaf il-bord tal-viġilanza u d-dixxiplina li jara min jista' jew ma jistax ikun kandidat jew ikollu kariga bil-partit d-dawl tal-imġiba jew interessi tiegħu? Dawn imkien ma' numru ta' mistoqsijiet simili. Mhux il-pjanta biss imma l-art Bosta minn dawk li kienu u għadhom jipprotestaw irriduċew il-kwistjoni kollha għal individwi b'dellijiet maħmuġa. Aktar minn hekk, kien hemm min ta x'ji em li aħna bħala poplu ma jistħoqqilniex dan. Dawn huma ħrejjef li, jekk emmnuti, iwasslu biex l-a arijiet jinbidlu d- deher, imma fundamentalment jibqgħu dawk li huma. Individwu li jiżbalja għandu jħallas. Imma tajjeb wieħed jistaqsi jekk is-sistema ekonomika tagħna, il-kultura li għandna fejn jidħol il-Gvern, dak li hu pubbliku u s-soċjetà (b'kultura hawn qed ni em mod ta' kif wieħed jaħseb u jaġixxi), kif ukoll il-mikro-politika li kull wieħed minnha hu involut ha, jgħinux biex ikollna nies t- tmexxija li ma jkollhomx il-ġid komuni bħala l-ewwel u l-aqwa għan. Ibda biex l-ekonomija tagħna hi msejsa fuq liġijiet laxki f 'a arijiet bħal-logħob tal-azzard u l-possibilità li xi ħadd ipoġġi usu hawn għax iħallas lill-komunità mill-anqas (f 'forma ta' taxxi) u għax it nistaqsu mistoqsijiet. Ekonomija bħal din, li ma vvintawhiex Muscat, Schembri jew Mizzi, mhux ser tiġbed lejha qaddisin li jħobbu l-ġid komuni. Bosta mill-indinjati imma (mhux kollha) m'għaddilhomx minn moħħhom jistaqsu jekk hix etika jew le li pajjiżna jħaddan din it-tip t'ekonomija? U anke jekk wieħed jasal biex jaċċetta li din l-ekonomija hi fundamentalment immorali, wieħed irid jistaqsi x'ekonomija oħra jista' jkollha Malta li hi art bla riżorsi u żikament maqtugħa minn kull art oħra? Xi darba kellna l-industriji u l-fabbriki, imma dawk li baqa` EOI - Malta AgriFair 2020 - MFCC It-Taqsima għall-Kommunikazzjoni Strateġika fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u t-Tibdil fil-Klima qed tistieden lil negozji, koperattivi, entitajiet u individwi involuti fis-settur Agrikolu u tas-Sajd sabiex jissottomettu l-interess tagħhom biex jipparteċipaw bħala esibituri waqt il-Malta AgriFair 2020. Din il-fiera ser issir fuq skala nazzjonali fil-Malta Fairs and Convention Centre Ta' Qali, mill-24 sas-26 t'April 2020. Esebituri interessati li jipparteċipaw għandhom jissottomettu l-proposta tagħhom sa mhux iktar tard mid-19 ta' Diċembru 2019 fuq dan l-email: agrifair.mesdc@gov.mt L-għan tal- Malta AgriFair 2020 huwa li toffri pjattaforma lill-partijiet interessati fis- settur agrikolu, filwaqt li tinforma lill-pubbliku rigward l-iżviluppi, teknoloġiji moderni, prodotti u servizzi disponibbli kemm fis-settur agrikolu, bħal-biedja u t-trobbija tal- annimali, kif ukoll fis-settur tas-sajd u l-qasam tal-akkwakultura. It-tema ewlenija tal- Fiera ser tkun il-kunċett ta' Farm-to-Fork, fejn dan ser jiġi attwalizzat bl-iktar mod innovattiv permezz ta' tliet taqsimiet differenti, ibbażati fuq il-kultivazzjoni tal-art, prodotti tal-bhejjem u s-sajd u l-akkwakultura. Għal iktar informazzjoni l-esibituri li huma interesati li jieħdu sehem huma mħeġġin iniżżlu l-Exhibitor's Information Booklet u l-Expression of Interest Form minn dan is-sit: https://msdec.gov.mt/en/esdw/Pages/Agrifair/agrifairExhibitors Iktar informazzjoni tista' tinkiseb ukoll permezz ta' telefonata fuq in-numru (+356) 2292 6209.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 December 2019