Illum previous editions

ILLUM 8 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1190490

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

26 sport 'Fil-basketball it-tul mhux kollox' CRISTIAN ANTONY MUSCAT Kif għażilt il-basketball fost tant sport ieħor? Bdejt nilgħab il-basketball minn meta kelli ħames snin u għalkemm fl-iskola kont nipparteċipa f 'kull sport, il-basketball dejjem kien il- favorit tiegħi. X'tikkummenta fuq l-istaġun li għadda ma' Gżira Athleta? L-istaġun li ghadda kien wieħed ta' suċċess fejn irbaħna t-Tazza Louis Borg u l-Kampjonat. Kien ukoll kampjonat mill-isbaħ għax kellna tliet barranin f 'kull tim u l-livell tal-basketball kien għoli. Dan huwa r-raba' staġun tiegħi ma' Gżira Athleta u qed nistenna li nerġgħu nisfidaw għall-unuri kollha. L-iktar ħaġa diffiċli fil- basketball hi li terġa' tirrepeti s-suċċess tal-kampjonat. Il- wirjiet kienu pożittivi ħafna. X'inhuma l-ħsibijiet tiegħek fuq l-aħħar impenji mat-tim nazzjonali? Konna sfortunati li ma nżilniex lura Malta b'midalja. L-aħħar li ħadna sehem f 'dan il-livell kien għaxar snin ilu. Ma nemminx li morna ħażin meta tikkonsidra ċ-ċirkostanzi li l-kowċ kien ġdid u jitkellem bit-Taljan biss fejn ħafna mill- plejers ma kienux jifhmu bit- Taljan. Konna full team jumejn biss qabel it-tournament minħabba li l-kampjonat tal-plejers li jilagħbu barra minn Malta spiċċalhom tard. Nixtieq inżid li jkun ta' benefiċċju kbir li kieku jiġu organizzati logħbiet ta' ħbiberija qabel nieħdu sehem f 'tournaments barra minn Malta. X'fisser għalik il-fatt li fil-jiem li għaddew ġejt ivvutat bħala l-Aqwa Plejer tas-Sena għall- istaġun 2018/2019? Dan fisser ħafna għalija għax kienet l-ewwel darba li kont finalist għal dan l-unur u rbaħtu. Ovvjament, kont ferm emozzjonat. Wara li miet missieri qabel kelli 18-il sena, għaddejt minn żmien diffiċli ħafna u bħal donnu kont irrabjat għal dawk kollha ta' madwari, ħlief ftit persuni. Kont qed nara kollox negattiv. Ommi tatni s-saħħa u meta ltqajt mal-mara tiegħi Chanelle, komplejt nitjieb u ninfetaħ għall-oħrajn. Dan l-unur li rbaħt ikompli mal-vjaġġ tiegħi li dejjem nipprova nkun pożittiv u nkun f 'paċi miegħi nnifsi. Plejer tal-kalibru tiegħek ġieli kkunsidra li jmur jilgħab barra minn Malta? Kelli opportunità li mmur nilgħab l-Ingilterra għax missieri kien sabli tim imma wara li kellu inċident bil-mutur u miet, komplejt nilgħab hawn Malta. X'tikkummenta fuq il-Malta Basketball Association mmexxija mill-President Pawlu Sultana? Jaħdmu ħafna biex ikomplu jkabbru l-interess fl-isport, u l-frott ta' dik il-ħidma deher fit-tim nazzjonali tal- basketball, li kiseb rekord ta' medalji mirbuħa. Taħseb li għad jiġi żmien f 'Malta meta plejer tal-basketball, kemm fil-kamp maskili kif ukoll f 'dak femminili ikun jista' jgħix esklussivament permezz tal- basketball? Le! Bħala plejer ta' daqstant suċċess fil-basketball lokali u mhux biss, għaddi messaġġ lil dawk li jixtiequ jagħmlu karriera fil-basketball. It-tul mhux kollox fil- basketball! Trid tilgħab bil-qalb, grinta u dejjem issib il-ħin li tagħmel iktar taħriġ. Trid tmur il-gym terfa' l-weights u tibqa' ftit iżjed wara t-taħriġ taħdem fuq shooting, ball handling u affarijiet oħra li tista' tagħmel individwalment. Minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja minn qalbi lill- familjari, ħbieb, il-kowċ Sasa Dimitrijevic hekk kif nieħu gost nilgħab immens fis- sistema tiegħu, lill-kumitat u lil sħabi l-plejers. Inrodd ħajr ukoll lill-Malta Basketball Association kif ukoll lill-Maltapost li hija l-kumpanija li naħdem magħha talli dejjem tappoġġjani billi tagħtini leave speċjali għall-impenji tiegħi mat-tim nazzjonali, u dan għalkemm hija kumpanija privata. IL-ĦADD 8 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum Peter Shoults – bla dubju wieħed mill-aqwa plejers li pproduċa l-basketball lokali f'dawn l-aħħar snin. Jilgħab ma' Gżira Athleta u fil- jiem li għaddew ġie vvutat bħala l-Aqwa Plejer tas- Sena għall-istaġun 2018/2019

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 December 2019