Illum previous editions

ILLUM 8 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1190490

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

05 analiżi illum • IL-ĦADD 8 TA' DIĊEMBRU 2019 Muscat jimmarkaw tal-Moviment Din il-qrubija li kkulminat fl-akkuża ta' Yorgen Fenech illi Schembri huwa l-mandant, kif ukoll l-arrest tiegħu għal bosta sigħat għamlet lil ħafna u ħafna nies skomdi, irrabjati jew inkwetati. Il-ħelsien ta' Schembri mingħajr spjegazzjoni iktar u iktar qajmet furur. Biex tgħaxxaq ħarġet l-istorja, qatt miċħuda sa issa, li ittra tefgħet it-tort fuq il-Ministru Chris Cardona. Minkejja li l-akkuża kienet li Schembri kiteb biex jitfa' l-qtil fuq is-suppost kollega tiegħu, Schembri ċaħad. Il-Gvern ma tantx jidher li ta toqol liċ-ċaħda ta' Schembri għax reġa' poġġa lil Cardona f 'postu, li hija kundanna, jekk qatt kien hemm bżonnha tal- ħtija li l-Gvern qed jipprova jpoġġi fuq Schembri. Dawn l-aħħar ġimagħtejn bi protesti dejjem jikbru, deher illi l-Gvern kien fi stat ta' kroll assolut, b'żewġ riżenji ta' tnejn mill-aktar nies qrib Muscat. Din il-borma tbaqbaq fl-aħħar faret u ġabet magħha mewġa ta' protesti, tensjoni politika kbira, ġlied fil-kabinett u qasma, għall- ewwel darba bejn il-vuċi iktar irraġunata u l-vuċi estrema tal- Partit Laburista. Ħruġ xejn glorjuż Fil-Parlament stess nhar it- Tnejn Joseph Muscat qal li dan mhuwiex il-mod kif ried joħroġ. Il-ħin tal-ħruġ huwa mill- aktar ħażin għal diversi raġunijiet. Minkejja li fir-realtà it kellu għażla hu deher li qed iċedi għall-pressjoni kbira li bdiet tikber minn Repubblika, il-PN, xi Korpi Kostitwiti u l-midja indipendenti . Ħafna Laburisti ħadu dan bħala iritrar u telfa u għalhekk ħafna rawha bħala "paxxihom". Minkejja dan Muscat se jibqa' PM sat-12 ta' Jannar u allura sakemm ikun elett mexxej ġdid. Dan ħoloq rabja akbar u wassal għal sitwazzjoni fejn it- temperatura politika għoliet u messet quċċati li kienet ilha ma tmiss żmien twil. Dan il-ħruġ ta' Muscat ma kien glorjuż xejn u probabbilment dan jispjega għalfejn beda din il- kampanja 'Niltaqgħu ma' Joseph Muscat', biex tal-inqas juri li l-poplu għadu warajh. Minkejja li jinsab imbenġel sew Muscat, fl-aħħar diskors tiegħu fil-Parlament, deher seren u kważi, kważi kuntent li se jitlaq. Fil-fatt ħin minnhom qal li issa qed jerħi naqra lsienu u li interesssanti tkun li jara kif inhi l-ħajja fuq il-backbench. Dan id-diskors bħal dawk kollha li għamel Muscat kien wieħed tajjeb u dinjituż, kompletament differenti mill- komportament tal-eks Prim Ministru Alfred Sant li ffaċjat bi kriżi intilef f 'rabja u xi minn daqqiet isterja. Watergate ta' Nixon, Panama ta' Muscat Dan li qed jiġri jixbah xi it dak li ġara fl-Istati Uniti bil-President Richard Nixon. Tgħidilna kif? Għal dawk li forsi ma jafux il- President Nixon kellu riżultati elettorali eċċellenti minn meta tela' fil-Gvern. Fl-1968, il-Partit Repubblikan ta' Nixon kien l-aktar wieħed li kiseb voti b'43.4%. Dan ma kienx xi rekord partikolari imma it biss iktar mid-Demokratiċi li kienu kisbu 42.7%. Dakinhar l-Indipendenti ta' George Wallace kienu kisbu it iktar minn 13%. Wara li Nixon għamel erba' snin u allura t-terminu kollu, fl-elezzjoni tal-1978 il-poplu Amerikan ta mandat b'saħħtu ħafna lil Nixon b'riżultat ta' 60% favur tiegħu. Sena wara din ir-rebħa kolossali, Nixon iffaċċja l-iskandlu ta' Watergate. Dan l-iskandlu maġġuri li heżżeż lill-Gvern Amerikan kien jitratta serqa nhar is-17 ta' Ġunju 1972 fil-Watergate Office Building, li kien il-kwartieri tad- Demokratiċi. Jirriżulta li l-amministrazzjoni ppruvat twettaq cover up ta' dan l-att filwaqt li wara l-arrest instabet konnessjoni bejn flus kontanti li sabu fuq il-ħallelin u l-fond li kien juża Nixon għal kampanja tiegħu. Nixon irriżenja, sentejn wara li rebaħ rebħa kolossali. Forsi l-każi huma differenti u f 'ta' Malta qed nitkellmu fuq każi agħar sa issa, għax l-implikazzjoni f 'pajjiżna huwa qtil. Imma hemm tixbih fis- sekwenza u anke l-effett. Illum isem Nixon huwa instrinsikament marbut ma' Watergate u viċi versa, anke jekk Nixon għamel diversi affarijiet nobbli bħala President (ma rebaħx b'60% ta' xejn). Dan jista' jiġri lil Muscat. Mhux issa li s-seprarju għadu m'għalaqx u għadu frisk, imma snin, Prim Ministri, deċiżjonijiet u kriżijiet mil-lum. Dan jista' jispjega għalfejn Muscat jixtieq illi min ġej warajh jassigura narrattiva li tħallilu post tajjeb fil-futur imbiegħed. Joseph Muscat ftit wara li rebaħ l-elezzjoni tal-2013 fuq il-fosos

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 December 2019