Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1190490
17 opinjoni Mhux kulħadd mafjuż u korrott Julia Farrugia Portelli Julia Farrugia Portelli hija Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni L -aħħar li ktibt f 'din il-gazzetta bħala editur kont qed nisten- na tarbija. U dakinhar, lejlet elezzjoni ġenerali tal-2013 kont għidt minn qabel, li qed nieqaf mir-rwol tiegħi għal dik ir-raġuni. Biex ma jiġix xi għaref jgħid irriżenjat għax tela' l-blu jew għax tela' l-aħmar. Qajla ħsibt li erba' snin wara kont se noħroġ għall-politika. Nistqarr li għalija dan kien vjaġġ sabiħ imma li kien b'test kontinwu msejjes fuq il-prinċipji. Imma fil-jiem li għaddew staqsejt lili nnifsi bħal bosta. Hemm lok għala nibqa' fil-politika wara dak li qed nisimgħu? Staqsejtha lili nnifsi. Kif staqsewha politiċi oħra. Kif naf li staqsewha nisa ħbieb tiegħi li kienu qed jitħajru jagħmlu dan il-pass u issa qed jaraw quddiemhom mandra. Mandra ta' attakki. Mandra ta' stejjer. Aħfruli nitkellem b'dan il-mod. Għaliex hemm element ta' diżappunt – l-għala deċiżjonijiet ta' snin twal ilu meta jien ma kontx irfist l-għatba tal-politika – forsi ma tteħdux u wasalna għal dan l-impass. L-aħħar żviluppi huma xokkanti. Ma jfissirx li kull punt li ħiereġ hu għalkollox veritier. U nixtieq u nemmen li l-unika mod li jista' jibda jiċċara dawn il-punti hu fil-Qorti meta jitilgħu jixhdu l-persuni kollha li qed jissemmew. Għax f 'arena selvaġġa tal-media soċjali, m'hemm l-ebda linja li taqta' bejn dak li hu veru jew li hu fittizju. U kollox qed jippreċipita b'rittmu tant mgħaġġel, li anke l-ġurnalist li għandu rasu fuq għonqu qed isibha diffiċli biex ilaħħaq, jassorbi u jinvestiga. Il-jiem li għaddew kienu jiem li nistqarr li heżżewni internament. Dak l-uniku element li żammni għaddejja kienet frażi waħda: il-kumpass tal-kuxjenza. Li meta nitkellem, inkluż internament fl-istrutturi tal-Gvern, għandi nibqa' nitkellem u nistaqsi b'mod sinċier. U dejjem imsejjes fuq ir-riga dritta u ġusta. U għamilt dan, għaliex ġenwinament irrid li toħroġ il-verità. Għaliex verament mhux ġust jekk qed jitħammġu fil-vojt nies li taw ħin prezzjuż għall-ġid tal-pajjiż. Għal-lum se nieqaf hawn. Inħarbex dawn il-it sentenzi quddiem siġra tal-Milied mitfija. Il-politika hi test kontinwu. Kont għadni fl-ewwel it ġimgħat. Persuna mid-distrett riedet tkellimni. U mort flimkien ma' persuna oħra. Għax ma nafdax. U għax deċiżjoni li ħadt meta dħalt fil-politika kienet li nadotta dejjem il-4 eye principle, li jkolli dejjem persuna oħra miegħi. Qaltli: "Isma'. Għandi dan l-uffiċċju li kien juża deputat partikolari (u semma ismu). Ibda użah int. Ma rrid xejn" u dawwarni maż-żewġt ikmamar. Pawża ċkejkna. Wara it kompla: "Xejn ma rrid ta. Xogħol mal-Gvern fir-raħal stess. Imma nidħol it filgħodu u nitlaq 'l hemm ħalli nibqa' nċekċek fil-ħanut tiegħi." Għidtlu: "Ma tarax jew. Mela dawn affarijiet li nista' qatt nagħmel." Dakinhar tli familja voti. U magħhom probabbilment lil kull min sema' lil dan l-invidvidwu jgħid li ma nqediex. Ftit ġimgħat wara, din il-familja trakkat ma' żiemel ieħor. Dak hu l-prezz reali tal-ħajja politika. Li mhux kull talba tista' tintlaqa'. U meta ma ċċedix fuq kollox se titlef in-nies. Meta l-helpers tiegħi jistaqsu jew jikkummentaw nibqa' nżomm ir-rigni. Nippreferi nibqa' kif jien, li nikri żewġ uffiċċji u noħroġ il-flus jien. U ngħidilhom li meta jpoġġu rashom fuq l-imħadda għandhom dejjem ipoġġuha b'mod tajjeb. U ma jiddispjaċini xejn, verament xejn li meta kelli bżonn insabbat fuq mejda għamiltha. U meta kelli bżonn insabbat saqajja għamiltha wkoll. Li meta kelli nibgħat sinjali b'saħħithom kontra traffikanti għamiltha b'mod feroċi. U se nibqa' nagħmilha. Għaliex hekk nemmen. U hekk jitlob il-kumpass tal-kuxjenza. Fil-politika mhux kulħadd hu maħmuġ. Ma naqbilx li jingħataw it-titli li kulħadd maa, u li kulħadd korrott. Għax mhix il-verità. Hemm nies ġenwini li daħlu fil-politika biex iservu b'mod onest u mingħajr ma jbillu subgħajhom jew idejhom fil-ħmieġ. U dawn qegħdin fuq iż-żewġ naħat tal-kamra. Din il-ġimgħa tellajt status fuq facebook. Iddiskutejt mal-helpers tiegħi għala ma xtaqthomx li nqassmu l-kartolini tal- Milied fid-distrett bħalma nagħmlu f 'dan iż-żmien. Naqsamhom magħkom ukoll: 1. Nixtieq li l-messaġġ jaqrah mhux min eleġġieni fil-Parlament biss – imma Malta u Għawdex kollha. U m'għandix riżorsi biex nagħmel dan. 2. Nixtieq li dan il-perjodu jkun perjodu ta' riflessjoni fuq dan li ġej: - Nixtieq soċjetà b'saħħitha u mhux imnawra mill-għeruq. Qatt staqsejt kif bħala ċittadin ippretendejt affarijiet li ma jagħmlux sens? - Nixtieq li l-politiċi qatt ma jibżgħu jgħidu le. Anke jekk se jitilfu vot jew tnejn. - Nixtieq li ħadd ma jibża' jiġġieled għal dak li jemmen. Iva, hu dritt li wieħed jipprotesta f 'kull fora possibbli. - Nixtieq li jkollna poplu aktar matur kif jiddibatti. Aħfruli imma diżgustanti nara l-attakki oxxeni fuq il-mezzi soċjali. Irrappurtajt lill-Pulizija kemm Nazzjonalisti kif ukoll Laburisti. 3. Nixtieqlek paċi, hena u saħħa. Mhux biss f 'dan il-perjodu imma tul is-sena kollha. Hemm nies ġenwini li daħlu fil-politika biex iservu b'mod onest u mingħajr ma jbillu subgħajhom jew idejhom fil-ħmieġ. U dawn qegħdin fuq iż-żewġ naħat tal-kamra illum • IL-ĦADD 8 TA' DIĊEMBRU 2019