Illum previous editions

ILLUM 8 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1190490

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

għamlitni dak li jien' 31 sport nikkompeti f 'logħob organizzat mill- Kumitat Paralimpiku Internazzjonali. F'Settembru li għadda ġejt magħżula biex nirrappreżenta lil Malta fil- Kampjonati tad-Dinja ġewwa Londra. Kienet l-ewwel darba li kkompetejt f 'kompetizzjoni daqstant kbira u kien ta' unur kbir li rrappreżentajt lil pajjiżi f 'livell daqstant għoli, fost l-aqwa atleti fid-dinja. Taħseb li tista' tikkompeti ma' atleti li m'għandhomx diżabbilità u tikseb riżultati tajbin? Sfortunatament le, hija diffiċli biex persuna bil-kundizzjoni tiegħi tikseb riżultati tajbin meta tikkompeti ma' nies li m'għandhomx diżabbilità u tal- istess età tiegħi minħabba d-differenza fit-tul. Però nemmen li, kif rajna l-ħinijiet tal-għawwiema Maltin mingħajr diżabbilità jitjiebu ħafna matul is-snin, nistgħu naraw l-istess jiġri fl-għawm paralimpiku. Nixtieq li bil-karriera tiegħi tal- għawm inkun qiegħda wkoll inwitti t-triq għal għawwiema oħra b'diżabbilità li jkollhom aktar esperjenzi u jtejbu r-riżultati tagħhom ukoll. L-isport paralimpiku Malti għadu fil-bidu. Nispera li jkompli jikber daqs kemm qiegħed jikber fuq livell dinji. Kif tarak minn hawn u għaxar snin oħra? Għaxar snin oħra nixtieq li nkun nista' nħares lura fuq il-karriera sabiħa tal-għawm b'ħafna esperjenzi indimentikabbli. Nixtieq li l-isport Paralimpiku f 'Malta jkun kiber ħafna, b'ħafna tfal u żgħażagħ involuti u li nkun nista' ngħid li kont parti żgħira minn dak l-iżvilupp. Nemmen li kulħadd għandu jkollu aċċess għall-isport għax huwa importanti kemm fl-iżvilupp tal- individwu, kif ukoll tal-komunità. Meta tħares lejn atleti oħra, ġieli staqsejt il-mistoqsija: "Għaliex jien?" Se nkun gdibt jekk ngħid le, għax iva ġieli kien hemm okkażjonijiet fejn saqsejt din il-mistoqsija, imma nħoss li jien ġejt hekk għal raġuni u dak l-iskop irrid inwettqu u nużah tajjeb. Nemmen ukoll li kieku ġejt 'normali' ma kienx ikolli l-opportunitajiet li kelli u li għad ikolli. Id-diżabbilità tiegħi hija dik li għamlitni llum. Tispikka fik id-determinazzjoni. Minn fejn ġibtha din id-determinazzjoni? Id-determinazzjoni minn dejjem kienet fija u nħoss li hija dik li tagħmilni Maja. Meta nidħol għal xi ħaġa, inkun irrid nagħmilha u nagħmilha bl-aħjar mod possibbli. Is-sodisfazzjon ta' wara jħeġġiġni biex nagħmel aktar u akbar. Issibu għajnuna minn Sport Malta u mill-Kummissjoni Nazzjonali ta' Persuni b'Diżabbilità? Kif diġà għidt, l-isport Paralimpiku f 'Malta għadu fl-istadji bikrin tiegħu. Atleti li jikkompetu f ' livell 'elite' huma ftit u għalhekk, fadal ħafna xi jsir biex nilħqu l-livell li għandhom pajjiżi oħra. Però naf biċ-ċert li l-Membri tal-Kumitat Paralimpiku Malti qegħdin jaħdmu biex jagħtu l-oppurtunità meħtieġa lili u lill-atleti oħrajn b'diżabbilità, flimkien ma' SportMalta u l-Kummissjoni Nazzjonali ta' Persuni b'Diżabbilità. Infatti, diġà bħala atleti, flimkien mal-kowċis tagħna, qegħdin insibu aktar għajnuna fil-preparazzjonijiet tagħna għall-Paralimpjadi, u għal dan nirringrazzjahom tax-xogħol li jagħmlu fuq bażi volontarja. Għaddi l-aħħar messaġġ lil dawk il- ġenituri li forsi qed jaqtgħu qalb it-tfal tagħhom għax uliedhom għandhom xi tip ta' diżabbilità u jgħidulhom li huma mhumiex se jaslu. Bħalma dejjem ngħid, xejn mhu impossibbli u qatt m'għandek taqta' qalbek. Illum jeżistu ħafna opportunitajiet għal nies b'diżabbilità. Barra li l-isport huwa importanti għas-saħħa, l-isport jgħinek f 'ħafna affarijiet oħra. Wieħed dejjem għandu jinsa l-kelma diżabbilità u jiffoka fuq l-abbiltà. Kulħadd għandu xi abbiltà, u għalhekk bl-għajnuna tal-professjonisti u l-inkoraġġiment tal-ġenituri, tfal b'diżabbilità jkunu jistgħu jipprattikaw sport li jkun għal qalbhom. Ir-rieda u d-determinazzjoni tagħhom huma ċ-ċwievet għas-suċċess tagħhom. illum • IL-ĦADD 8 TA' DIĊEMBRU 2019 Kulħadd għandu xi abbiltà, u għalhekk bl-għajnuna tal-professjonisti u l-inkoraġġiment tal-ġenituri, tfal b'diżabbilità jkunu jistgħu jipprattikaw sport li jkun għal qalbhom

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 December 2019