Illum previous editions

ILLUM 8 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1190490

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 31

Issa, li waslet forsi l-isbaħ festa tas-sena u aktarx l-iżjed waħda popolari, il-poplu jiftaħ idejh biex jikkontribwixxi u jgħin lill-batuti, morda, emarġinati u anki dawk li jinsabu waħedhom minsijin. Dawn l-affarijiet karitattivi kollha nsibuhom fil-film Last Christmas, bi storja miktuba minn Emma Thompson (li taħdem il-parti ta' omm il- protagonista) u żewġha Greg Wise, ispirat minn kanzunetta tal-istess isem. Kate (Clarke), tfajla grazzjuża u simpatika li taħdem f 'ħanut li jbigħ affarijiet konnessi mal-Milied tul is-sena kollha, minħabba deċiżjonijiet ta' malajr u ħżiena li għamlet, tinsab tħuf madwar Londra, mingħajr post fiss fejn toqgħod. Meta tiltaqa' ma' Tom (Golding) l-affarijiet jidhru li se jirranġaw ruħhom sewwa għaliha. Dejjem riekeb ir-rota, anki fil-qalba tat-traffiku ta' din il- belt, Tom jidher li mhux deċiż fil-futur tiegħu, lanqas ma jrid relazzjoni soda magħha. L-avvenimenti tal-aħħar sena, li jiżviluppaw anki b'mod mistiku, jispjegaw l-għaliex din l-affari sseħħ. Min-naħa tagħha Kate tibda tinteressa ruħha tgħin lil dawk bla dar b'tali mod li anki tibdillhom ħajjithom għall-aħjar. Ambjentat f 'Londra tal- 2017, qrib il-festa tal-Milied, Last Christmas fih il-mużika ta' George Michael u Wham! Film romantiku, pjuttost melodrammatiku, dan ix- xogħol jieħu l-ħajja kull meta Kate u Tom jiltaqgħu flimkien permezz ta' kif jirreaġixxu ma' xulxin. L-atmosfera kollha dwal u tiżjin għal din il-festa hi tassew maestuża. Knives Out hu thriller tal- misterju tal-ġeneru who dunnit? (min għamel id-delitt?) li jirfes sewwa t-territorju ta' diversi xogħlijiet tal-brava kittieba Agatha Christie. Ix-xenarju hu wieħed li aħna familjari miegħu sewwa - l-patrijarka ta' familja numeruża jmut u kull membru jaqa' taħt suspett. Aktar minn hekk, jinqala' ħafna inkwiet bejn il-membri ta' din il-familja li mhux tiffunzjona sewwa meta, qabel jinstab il-ħati jew ħatja jew il-ħatjin, jinqara t-testment. Meta diversi minnhom jibqgħu b'xejn, iduru għal xulxin b'tgħajjir, theddid, argumenti u għira meta l-iffurtunat/i jiġi/u mħabbra. It- titlu ta' din il-produzzjoni tirreferi għal dan l-aġir. Harlan rombey (Plummer), kittieb ta' kotba tal- kriminalità, jinstab mejjet fid- dar statali tiegħu fil-kampanja dakinhar li għalaq il-85 sena, meta kien stieden lil kulħadd għandu biex jipprova jagħmilhom paċi ma' xulxin. Malajr fuq il-post jiġi Detective Lieutenant Elliott (Stanfield), uffiċjal lokali. Però, xi ħadd bil-moħbi jsejjaħ lil Detective Benoit Blanc (Craig), raġel pulit, edukat, ċajtier, effiċjenti f 'dan l-istħarriġ li ma jaħrablu xejn. Dan minnufih jibda jinnota kif id-diversi membri u anki l-istaff jirreaġixxu għal xulxin u anki jinvestiga l-problemi personali tagħhom biex isib min hu l-ħati. Knives Out hu speċi ta' thriller old-fashioned, mogħti xeħta moderna li jiżvolġi b'eċitament u tensjoni, kif ukoll b'manjiera umoristika u pjuttost friska grazzi għal Daniel Craig. Id-direttur irnexxielu jiġbor cast imponenti li kollha jagħtu sehemhom b'manjiera sodisfaċenti. 23 films illum • IL-ĦADD 8 TA' DIĊEMBRU 2019 LAST CHRISTMAS KNIVES OUT Films ġodda fis-swali taċ- ċinema minn din il-ġimgħa Carmel Bonnici Atturi Ewlenin: Jamie Lee Curtis; Daniel Craig; Chris Evans; Ana De Armas; Michael Shannon; Don Johnson; Toni Collette; Christopher Plummer; LaKeith Stanfield. Direttur: Rian Johnson. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 130 min. Ċert. 12A. Atturi Ewlenin: Emilia Clarke; Henry Golding; Michelle Yeoh; Emma Thompson; Lydia Leonard. Direttur: Paul Feig. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 102 min. Ċert. 12A

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 December 2019