Illum previous editions

ILLUM 8 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1190490

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

04 analiżi IL-ĦADD 8 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum Id-diżillużjoni, it-tluq ta' Muscat u l-mentalità assedju jimmarkaw il-bidu tat-tmiem tal-Moviment ....tkompli minn paġna 3 Min-naħa l-oħra, l-fatt minnu nnifsu li Muscat se jitlaq hija t-tieni theddida għal dan il-moviment. Muscat, u din għidniha diversi drabi hawnhekk, jibqa' l-kolla li jorbot dawn l-interessi kollha flimkien. Ladarba fit-12 ta' Jannar jinżel Muscat din il-kolla ma tibqax u m'hemm ebda garanzija li tista' terġa' tifforma taħt Mexxej Laburista ieħor. It-tielet u l-aħħar theddida hija l-mentalità ta' assedju li bdiet bil-mod, il-mod terġa' tikber fost ħafna Laburisti. Dan is-sentiment li 'min mhux magħna jista' jaħdem magħna', falliet u ma tistax taħdem. Mhuwiex attivist wieħed biss li qed jippunta subgħajh lejn il- midja, inkluż l-ILLUM, kif ukoll lejn ħafna nies li daħlu fil-partit fl-aħħar snin u kienu kritiċi lejn l-aħħar żviluppi. Apparti li huwa inġust ħafna li jsir attakk frontali fuq il-midja u korpi kostitwiti li sa it ilu kienu qed jappoġġjaw lill-Gvern, dan l-istess attakk juri żewġ affarijiet. Il-Partit Laburista mexa mill- aħħar snin illi fih rari jekk qatt saru attakki diretti fuq il-midja mainstream. Anzi meta sar Mexxej Muscat, kien saħansitra ħeġġeġ lil Lou Bondi jmur mal- Labour. Dan l-attakk juri wkoll livell ta' inaċettazzjoni ta' ħafna nies, probabbilment ġenwini, ta' fejn waslet is-sitwazzjoni speċjalment fuq akkużi li jirrelataw il-Panama Papers. Fil-quċċata tal-listi ekonomiċi u LGBTIQ Il-legat ta' Muscat jinkludi żewġ kisbiet ewlenin li hawn qbil ġenerali dwarhom fil-pajjiż. L-akbar kisba ta' Muscat kienet kif uża t-toqol u s-saħħa politika tiegħu biex ibiddel mentalità, minn dik konfessjonali u konservattiva għal waħda mill- aktar liberali. L-introduzzjoni tal-unjoni ċivili, imbagħad iż-żwieġ ugwali u l-importanza li dawn ingħataw, kif ukoll it-titjib fil-leġiżlazzjoni tal-IVF biex jiżdiedu r-rati ta' suċċess kif ukoll iċ-childcare centres b'xejn, għenu biex eluf ta' persuni rebħu drittijiet jew kellhom ħajjithom magħmula aktar faċli. Il-Gvern ta' Muscat illegalizza wkoll il-kannabis għal fini mediċinali, ta l-vot lil żgħażagħ ta' 16 u 17-il sena, iffaċilità u daħħal miżuri biex jgħinu ġenituri li jaddottaw, beda diskussjoni biex tiġi diskussa l-prostituzzjoni u introduċa u żamm il-miżura li tneħħi t-taxxa tal-boll minn fuq il-first time buyers kif ukoll is-second time buyers. Dawn il-miżuri kollha għenu biex żiedu d-drittijiet filwaqt taw rankatura kbira lill-ekonomija u s-settur tal-bejgħ u kiri tal- proprjetà. Taħt Muscat, Malta marret mill-qiegħ sal-quċċata fil-lista ta' drittijiet ċivili u kienet minn fuq fl-istatistika f 'dak li jirrigwarda t-tkabbir tal-ġid ekonomiku u l-qasam tax-xogħol. Panama u 17 Black. Borma tbaqbaq li fl-aħħar faret u għamlet straġi... Il-legat ta' Muscat, ġeneralment pożittiv, ġie mċappas b'mod permanenti u b'dannu mill-iskandlu tal- Panama Papers u dak kollu marbut miegħu direttament kif ukoll indirettament magħhom. Mhux se nidħlu fil-kwistjoni kollha tal-Panama Papers li ħafna nies, ormaj, issa jafu x'inhi. Se nħarsu minflok lejn l-effett. In-nies ma qabdux u emmnu t-trufijiet u kumbinazzjonijiet diaboliċi mil-lejl għan-nhar imma kien hemm realizzazzjoni maż-żmien illi dawk involuti setgħu kienu qed jigdbu. L-arrest ta' Yorgen Fenech, li apparti illi huwa negozjant kbir, huwa wkoll sid ta' 17 Black qajjem pandemonju. Kien jidher minn dak il-punt li hemm qrubija perikoluża bejn Fenech u l-Gvern. U fil-fatt, mas-sigħat dik il- qrubija żdiedet mhux naqset, kontra l-ħafna aspettattiva ta' ħafna Laburisti li Caruana Galizia nqatlet minn xi ħadd relatat mal-kuntrabandu taż- żejt. Joseph jibqa' l-kolla li jgħaqqad il-moviment Laburista

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 December 2019