Illum previous editions

ILLUM 8 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1190490

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

27 sport 'Il-Lawn Bowl jgħinek tikkonċentra aktar fil-biċċa tax-xogħol li tkun qed tagħmel' CHRISTIAN ANTONY MUSCAT Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-lawn bowl? Kienet xi ħaġa li bdejna bħala esperiment. Xi ħaġa li fil-verità rnexxieli għax dan l-isport huwa ferm sabiħ u nieħu gost nilagħbu. Is-sodisfazzjon tiegħi jikber meta fl-aħħar logħob tal- Commonwealth li kien sar f 'Gold Coast matul is-sena li għaddiet kienu pparteċipaw miegħi t-tfal tiegħi Connie u Rebecca. B'hekk huwa sport li lilna bħala familja jiġborna u jgħaqqadna ferm. Kemm huwa popolari dan l-isport fl- Awstralja? Dan l-isport huwa popolari mmens fil-kontinent Awstraljan speċjalment mal-ġenerazzjoni żagħżugħa. Dan il-fatt hija xi ħaġa pożittiva minħabba li dawn l-istess żgħażagħ ser ikomplu jxerrdu din il-logħba tradizzjonali. Ħaġ'oħra sabiħa hi li fil-klabbs tal- Lawn Bowl, in-nies jitkellmu dwar l-isport u jiddiskutu x'seta' mar tajjeb u x'mar ħażin. Kif jgħinek mentalment dan l-isport? Din hija logħba u mentalment trid tkun b'saħħtek biex ikollok wirja tajba kontra l-avversarju tiegħek. Meta tkun waħdek huwa importanti li tikkonċentra u għalhekk ma tridx tkun għajjien biex tikkompeti. Meta tkun qed tilgħab ma' xi ħaddieħor, trid tikkordina psikoloġikament mal-kollega tiegħek sabiex jirnexxilek iġġib il-punti. Imbagħad trid tirregola l-kolp li tagħti sabiex tagħżel l-aħjar veloċità u preċiżjoni. Kif tipprepara għal xi logħba? M'hemmx dubju li trid tipprattika ferm u jekk ikollok kowċ iktar jista' jgħinek. Xi kultant meta tkun ġejja xi kompetizzjoni trid twarrab mal-ġenb ċerti affarijiet u tagħmel ċerti sagrifiċċji għax il-preparazzjoni hi kruċjali. Kemm huwa importanti li tkun fiżikament b'saħħtek? Mhux biss importanti iżda anke kruċjali. Ikun hemm mumenti fejn it- temp ikun sħun ħafna speċjalment jekk ix-xemx tkun taħraq. U meta int ma tilgħabx ġewwa għalhekk trid tara kif tagħmel u l-preparazzjoni fiżika tgħinek biex tagħti wirja tajba minkejja l-elementi kollha li jistgħu jinqalgħu. Int għandek familjari jgħixu Malta? Iva jien twelidt hawn. Ommi kienet twieldet il-Mosta filwaqt li għandi qraba oħrajn twieldu l-Mellieħa. B'hekk għandi konnessjoni Maltija. Int irrappreżentajt lil Malta fil-logħob tal-Commonwealth li sar f 'Gold Coast. Tirrakkuntali ftit x'ġara? Kif għedtlek aktar qabel jien flimkien maż-żewġt itfal tiegħi Connie u Rebecca għamilna xi ħaġa unika fejn bħala familja ħadna sehem f 'dan il-logħob. Magħna kien hemm Sharon Callus minn Victoria li ngħaqdet magħna fl- iskwadra Maltija. Ħadna sehem fil-pairs u fil-fours event. Tajna wirja tajba u konna sodisfatti bir-riżultati li ġibna. Nixtieqek tgħaddi messaġġ lil dawk li jixtiequ jibdew dan l-isport. Dan l-isport qed isir dejjem aktar popolari. Fl-aħħar kampjonati tal-Atlantiku kompliet tiżdied il- parteċipazzjoni. Ejja u pprova din il-logħba li nistgħu nsejħulha bħala waħda soċjali minħabba li wara li ssir il-partita tmur tieħu xarba mal-avversarji tiegħek f 'atmosfera ta' ħbieb. B'hekk nistgħu nsejħulu bħala sport soċjali fejn barra l-aspett kompetittiv, tinħoloq atmosfera ta' ħbiberija minkejja kull riżultat li wieħed iġib. Finalment dan l-isport jgħinek tikkonċentra aktar u tiffoka fil-biċċa tax-xogħol li tkun qed tagħmel. illum • IL-ĦADD 8 TA' DIĊEMBRU 2019 Rose Rixon - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-isport tal-lawn bowl f'pajjiżna f'kull żmien waqt li għamlet suċċess għal pajjiżna speċjalment fil-Logħob tal- Commonwealth li sar f'Gold Coast fl-Awstralja matul is-sena li għaddiet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 December 2019