Illum previous editions

ILLUM 8 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1190490

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

06 analiżi IL-ĦADD 8 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum L-EWWEL DISKORS TA' ... JIŻRA' ŻERRIEGĦA TAJBA LI ĦANAQHA X-XEWK L-ILLUM tfakkar fl-ewwel kelmiet ta' Joseph Muscat bħala Mexxej Laburista. X'kien qal? X'kien wiegħed? Żamm kelmtu? YENDRICK CIOFFI "Inħobbkom." Din kienet l-ewwel kelma ta' Joseph Muscat fl-ewwel diskors tiegħu bħala Mexxej tal-Partit Laburista (dak iż-żmien il- Malta Labour Party) f 'Ġunju tal-2008. Forsi ma kienx għadu jitkellem tajjeb daqskemm hu kapaċi jwassal messaġġ illum, iżda dakinhar Muscat deher bħala dak il-mexxej li kien se jħeġġeġ mill-ġdid il-amma tat-torċa li xi it jew wisq kienet bdiet tnemnem, forsi frott l-apatija, riżultat tad-disfatti elettorali li l-Partit kien ġarrab. Il-gazzetta ILLUM se terġa' tagħti ħarsa lejn dan id-diskors qasir iżda mimli tama għall- futur. Muscat kien għad għandu biss 34 sena, xi it jew wisq imbaċċaċ u bil-goatee. Bħala l-aktar mexxej żagħżugħ li qatt kellu l-Partit Laburista, mill- ewwel ta l-impressjoni li se jagħmel l-affarijiet differenti. Tefa' fil-ġenb il-podium, qabad il-mikrofonu u tkellem mal- partitarji daqslikieku qed jitkellem mal-ħbieb. Kos hux! X'differenza mill- messaġġ ta' nhar il-Ħadd li għadda? Bilqiegħda fuq pultruna, f 'kamra mudlama mimlija dellijiet, kważi kważi tirrifletti dak li għaddiet minnu t-tmexxija ta' Joseph Muscat fl-aħħar ġimgħat. Ftaħar b'dak li rnexxielu jwettaq, forsi biex iżomm ħajja t-tama li saħħaħ meta ħa f 'idu t-tmexxija tal- Partit Laburista u jnaqqas mid- disfatta li ġarrab. Iżda jgħid x'jgħid u jagħmel x'jagħmel, dan żgur mhuwiex it-tluq li Joseph Muscat kien qed jippjana. Żgur li ma kienx fir-roadmap. Iżda ejjew nerġgħu mmorru lura għal Ġunju tal-2008 biex niakkru f 'dak li kien qal Muscat. Messaġġ ta' għaqda u nostalġija... L-ewwel u qabel kollox kien messaġġ ta' għaqda, xi ħaġa li Joseph Muscat żgur irnexxielu jagħmel fil-Partit Laburista u lil hinn għax huwa fatt li ma dak li hu jsejjaħlu "moviment" ingħaqdu nies li qatt qabel ma basru li se jivvotaw lill-Partit Laburista. Kif għidna, dawn raw f 'Joseph tama u forsi wieħed għalhekk jiem għaliex diversi huma dawk li afdawh, iżda li f 'dawn il-jiem qed iħossuhom imweġġa' u forsi rrabjati wkoll. Semma lill-preduċessuri tiegħu, inkluż lil Alfred Sant, iżda miss verament qalb il-Laburisti 'ta' minn ġuf ommhom,' meta semma lil Dom Mintoff li it wara laqgħu u dawru fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. "Inħoss unur, piż u responsabbilità għax naf li ġej wara dak li kien għadu u se jibqa' missier il-Partit Laburista. Dom Mintoff," kien qal Muscat. "Isem il-Perit Mintoff mhu se jħassru qatt minn qalbna." Hawnhekk Muscat jagħmel messaġġ importanti ta' għaqda u jidher bħala l-mexxej li se jibni l-pontijiet, proġett li rnexxielu jwettaq: "Iż-żmien, jekk qatt kien hemm, fejn xi ħadd minnha kellu jagħmel l-għażla jekk huwiex ta' Mintoff jew ta' Sant jew ta' ħaddieħor, issa spiċċa. Aħna kollha tal-Labour. Kollha." Fil-fatt, għall-ewwel diskors tiegħu, Joseph Muscat kien stieden b'mod personali lil dawk li xi darba jew oħra kienu Deputati Laburisti. "Intom postkom magħna." L-istess messaġġ għaddieh lil dawk li kienu ħadmu għall- kandidati l-oħra għall-kariga tal- mexxej. "Mil-lum 'il quddiem ma hemmx ta' kandidat jew ieħor. Aħna kollha tal-Partit Laburista." Ngħiduha kif inhi, irnexxielu u kif! Ma hemmx għalfejn inqablu ma' dak li qed jiġri it passi 'l isfel miċ-ĊNL. Kulħadd jaf x'inhu għaddej. Iwiegħed staġun politiku ġdid... Iżda l-aktar wegħda importanti li jagħmel Joseph Muscat f 'dan id-diskors hija dik għal "staġun politiku ġdid." "Irridu nkunu onesti mal-poplu Malti. Iva, fejn fil-passat żbaljajna jiddispjaċina. Imma fil-passat għamilna ħafna affarijiet tajbin u se nfakkruhom ukoll." Hawn nieqfu u nirriflettu it. Ngħiduha kif inhi. Il-Gvern ta' Muscat għamel ħafna tajjeb u dan rajnieh f 'artikli oħra li qed tippubblika llum din il-gazzetta. Iżda meta jgħaddu s-snin, il-Gvern ta' Joseph Muscat għal xiex se jibqa' mfakkar? Se niakru fit-tajjeb? Jew se niakru biss f 'dawn l-aħħar ġimgħat? X'aktarx, li l-aħħar żviluppi tefgħu f 'dell perpetwu kull ħaġa li rnexxielu jwettaq. Hawnhekk Muscat jibda jqawwi l-qlub, anke jekk il-PL kien għadu kemm tilef elezzjoni oħra. "Il-Partit li għandu lil dawn in-nies fi ħdanu huwa partit b'saħħtu u partit li se jimxi 'l quddiem." Jirrakkonta storja u jqawwi l-qlub... Jippassiġġa min-naħa għall-oħra tal-palk, Muscat jgħidilna storja. Jirrakkonta l-istorja ta' tifel li kiber f 'familja sempliċi. Ħafna minn qrabatu kienu bdiewa. It-tifel kien jikkomprometti fl-iskola. "Kieku ma kienx hemm partit partikolari ma setax jidħol l-Università. Dan it-tifel kiber, iżżewweġ (iħares lejn Michelle u jidħak) u għadda disa' xhur ta' tertiq ta' qalb fejn li kieku ma kienx hemm sistema ta' saħħa li, ikkontribwixxa għaliha kulħadd, imma li bdieha partit partikolari, uliedu ma kinux isalvaw, kienu jmutu." "Dan il-bniedem meta jħares lejn il-ġenituri u lejn in-nanniet tiegħu, jaf li kieku l-ġrajja tiegħu seħħet 50 sena qabel, kien ikollu jinkwieta li ommu u missieru kienu se jmutu bil-ġuħ meta jieqfu jaħdmu, imma għax kien hemm partit partikolari se jkollhom dinjità ta' pensjoni biex jgħixu ... dak il-bniedem huwa jien. Dak il-partit huwa intom," qal Muscat. "Tajtuni ħafna u rrid inroddulkom lura kollu kemm hu." Hawn Muscat jindirizza tliet persuni partikolari li għenuh u mbuttawh 'il quddiem. L-ewwel wieħed kien George Vella, illum President tar-Repubblika, it- tieni lil Marlene Farrugia (dak iż-żmien Pullicino) u fl-aħħar lil JOSEPH MUSCAT

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 December 2019