Illum previous editions

ILLUM 8 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1190490

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

25 sport Christian 'Ċoqqos' Schembri jtemm is-sena bil-kbir illum • IL-ĦADD 8 TA' DIĊEMBRU 2019 Kyle Micallef CRISTIAN ANTONY MUSCAT Nhar is-27 ta' Novembru li għadda, il-boxer ewlieni Malti Christian 'Ċoqqos' Schembri rritorna fir-ring kontra l-avversarju b'saħħtu u validu mir-Repubblika Ċeka, Tomas Bezvoda. Dan seħħ f 'lejla ta' boxing professjonali li ġiet organizzata minn Prizeboxing Promotions fejn għall-ewwel darba f 'Malta twettqet ukoll taqbida għall-Kampjonat Mondjali tad-WBC tan-nisa. Kien hemm livell għoli ta' boxing li seħħ għall-ewwel darba f 'Malta. Iċ-Ċoqqos kellu preparazzjoni tajba ħafna f 'din it-taqbida. Huwa reġa' beda jitħarreġ mal-ewwel kowċ tiegħu Steve Martin wara li ħass li kellu jagħmel bidla wara l-aħħar taqbida li spiċċat f 'telfa bil- punti vera viċin. Barra minn hekk, huwa ħatar ukoll lill-boxer Franċiż Jose Gomez, iċ-champion ta' Franza u tal-Mediterran fil-kategorija 67kg, biex jiġi jitħarreġ u jagħmel sparring miegħu u jgħinu jipprepara għal din il- ġlieda. Kollox kien sejjer ħarir imma ftit jiem qabel it-taqbida, iċ- Ċoqqos inbidillu l-avversarju tiegħu, fejn flok jagħmel re-match ma' Marsalek kif kien ippjanat fil-bidu, huwa kellu jitqabad ma' Bezvoda minħabba li Marsalek kien għadu ma rkuprax minn injury f 'idejh. Iċ-Ċoqqos ma ħasibhiex darbtejn biex jaċċetta lil dan l-avversarju iebes, għax huwa ma riedx li jkun ħela tmien ġimgħat ta' taħriġ. Dakinhar tal-ġlieda, iċ- Ċoqqos wera dak kollu li kien tgħallem fit-taħriġ u li l-bidla li għamel ma kinitx għal xejn. Huwa ħareġ mill-ewwel b'pass għoli u jitfa' pressjoni fuq l-avversarju tiegħu, li min- naħa tiegħu rrisponda bid- daqqiet u l-attakki tiegħu. L-ewwel ħames rawnds kienu bilanċjati, fejn iċ-Ċoqqos beda jimxi 'l quddiem, jieħu n-nofs tar-ring u jattakka lil Bezvoda b'attakk għall-istonku u jvarja għal rasu wkoll, u Bezvoda jirrispondi b'daqqiet b'saħħithom fil-ħin opportun, fejn anke kien hemm mumenti li ġiegħel liċ-Ċoqqos jieħu breaks żgħar fl-azzjonijiet tiegħu għax intlaqat b'żewġ daqqiet tajbin ferm. Fl-aħħar tliet rawnds, iżda, iċ-Ċoqqos ħa kontroll komplet tal-ġlieda u, aqta' left hook li ntlaqat bih fis-seba' rawnd, tefa' pressjoni intelliġenti fuq l-avversarju tiegħu, skiva l-maġġoranza tad-daqqiet u kkontrattakka lura b'daqqiet ċari. B'din ir-rebħa, iċ-Ċoqqos irnexxielu jagħlaq is-sena b'mod pożittiv u spiċċa b'rekord ta' tliet rebħiet minn ħames ġlidiet. Huwa xtaq jirringrazzja lill- isponsors tiegħu Fort Fitness, Remax Alliance, Virgata Holdings, Printart, Doma Korean Restaurant u Foam and Fork tas-sapport kontinwu li jtuh fil-karriera tiegħu. Xtaq jirringrazzja wkoll lil-partitarji tiegħu li kull taqbida jixtru l-biljetti biex imorru jagħtuh l-appoġġ tagħhom, u stqarr ukoll li ser jibqa' jistinka biex is-sena d-dieħla jġib riżultati tajbin u jkompli jġib unur lil pajjiżna.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 December 2019