Illum previous editions

ILLUM 8 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1190490

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

08 aħbarijiet IL-ĦADD 8 DIĊEMBRU 2019 • illum ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Chris Fearne, kandidat għat- tmexxija tal-Partit Laburista, issa ma' Robert Abela, li ħabbar illi se jikkontesta lbieraħ, ilu sew jikkampanja minn taħt mal-kabinett ta' Muscat biex jibni l-kabinett tiegħu u jirbaħ l-appoġġ tal-istess grupp ta' nies li huma kruċjali għal kwalunkwe Prim Ministru. Fil-fatt diversi membri tal- kabinett żvelaw ma' din il-gazzetta illi huma, jew xi ħadd li jafu fil- kabinett, tkellmu ma' Fearne wara li dan bagħat għalihom fil- Ministeru tas-Saħħa. Wieħed mis-sorsi li tkellmu mal-ILLUM qal illi Fearne ilu jiltaqa' ma' Deputati u membri tal-Kabinett, minn it qabel ħabbar ir-riżenja Muscat, sal- Ġimgħa filgħaxija żgur, meta kellu laqgħa ma' Robert Abela u s-Segretarju Parlamentari Clion Grima. Għalkemm mhux ċar xi ntqal f 'din il-laqgħa partikolari huwa mium li kien diskuss il-fatt illi Robert Abela huwa wieħed minn dawk li għandhom interess jitfgħu isimhom għat-tiġrija tat- tmexxija tal-Partit Laburista. Fil-fatt m'għaddewx wisq sigħat qabel Abela ħabbar li se jkun qed jikkontesta l-elezzjoni biex isir Mexxej Laburista u Prim Ministru. Fearne huwa mium ukoll li ltaqa' ma' diversi membri oħrajn tal-kabinett, fosthom ukoll Aaron Farrugia, li kien qiegħed jappoġġja lil Miriam Dalli, li iżda ddeċidiet li ma toħroġx għal din l-elezzjoni u anke l-Ministru Owen Bonnici, fost oħrajn. Fearne ltaqa' wkoll ma' Ian Borg li s-sorsi ta' din il-gazzetta qalu illi jista' jkun id-Deputat PM li jmiss wara Fearne, li bħalissa jokkupa din il-kariga. Din il-pożizzjoni kienet, probabbilment, ir-raġuni għalfejn Ian Borg, sa issa, jidher illi mhux se jkun qed jikkontesta din l-elezzjoni interna. Dawn il-laqgħat mal-Kabinett jidher li taw il-frott hekk kif il- maġġoranza tal-Ministri ħarġu jagħtu appoġġ lilu u jappellaw għall-għaqda f 'messaġġ sottili biex ikun hu biss il-kandidat għal din l-elezzjoni f 'isem l-għaqda. Dan mhux neċessarjament intlaqa' tajjeb minn numru ta' attivisti li stennew illi l-Ministri joqogħdu lura jew jagħtu l-appoġġ lil kull kandidat u mhux. Robert jitfa' ismu għat-tiġrija... Intant, minkejja li nhar il- Ġimgħa filgħaxija kienet qed tinxtered l-idea li Fearne se jikkontesta waħdu, ilbieraħ filgħodu Robert Abela ħabbar li se jkun qed jikkonesta din l-elezzjoni. Huwa qal li "b'umiltà nwieġeb iva għas-sejħa qawwija tan-nies li nitfa' n-nomina tiegħi għall-ħatra ta' Mexxej tal-Partit Laburista." "Flimkien se nżommu ħajja l-amma li tagħmilna kburin b'pajjiżna u bil-Partit Laburista," temm jgħid Abela. Il-Ministru Chris Fearne din il- ġimgħa ngħata l-appoġġ minn kważi l-kabinett kollu. Dan wara ġranet ta' ħidma, li bdew qabel ma rreżenja Muscat u li matulhom l-istess Fearne ltaqa' ma' ħafna membri tal-Kabinett preżenti biex dawn jappoġġjaw lilu Fearne b'lobbying qawwi mal- Ministri fl-aħħar ġimagħtejn ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Deffsuli ismi f 'din l-istorja. Irrabjat, imdejjaq u nħossni użat." Hekk qal ma' din il-gazzetta Sandro Craus, Kap tad-Dipartiment tal-Customer Care f 'Kastilja li it qabel kien qed jiffaċċja mistoqsijiet dwar allegazzjonijiet li hu għamel pressjoni biex Melvin euma jingħata impjieg mill-Gvern. F'kuntatt telefoniku, emozzjonat għall-aħħar, Craus qal illi hu qatt, qatt u qatt m'għamel pressjoni biex euma jingħata dan l-impjieg mal-Gvern. euma, fil-fatt, qatt ma mar għal dan ix-xogħol partikolari. Craus, li ntalab imur id-Depot, fejn iffaċċja mistoqsijiet tal-Pulizija għal madwar siegħa, fakkar illi hu jara eluf ta' nies kuljum u kellu quddiemu eluf kbar ta' każijiet mill-elezzjoni ġenerali lil hawn. Ħafna minn dawn il-każi trattaw kwistjonijiet ta' akkomodazzjoni soċjali, faqar u xogħol. Mal-ILLUM Craus sostna li "jiena qatt ma għamilt pressjoni u biex inkun onest ma niakarx li qatt saret xi tip ta' pressjoni fuqi minħabba dan il- persuna. U biex inkun għidt kollox lanqas biss niakaru sew lil dan għax ma kienx xi każ soċjali ta' xi ħadd li vera kien fil-bżonn." "Jiena dejjem għamilt xogħli skont il- liġi. Jiena qatt m'għamilt appuntament miegħu," sostna Craus li indika illi ma jiakarx illi Melvin euma qatt reġa' mar Kastilja. Ifakkar ukoll li l-uffiċċju tiegħu mhux maġenb dak ta' Keith Schembri tant li qiegħed żewġ sulari fuqu. "Jiena ma kellix is-saħħa nimpjega lin-nies jien jew niffirma kuntratti jien," fakkar Craus lil din il-gazzetta. "Inħossni ġejt użat u żeffnuli ismi f 'din il-ħaġa," reġa' qal imnikket. Din il-kwistjoni kollha qamet hekk kif fix-xhieda tiegħu din il-ġimgħa Melvin euma, is-sensar fil-qtil ta' Daphne Caruana Galzia, qal illi ngħata impjieg mal-Gvern, li għalih qatt ma mar. Fil- Qorti qal kif qabel l-elezzjoni tal-2017 Keith Schembri kien tah dawra ma' Kastilja u mbagħad ħadu għand Craus li infurmah bl-impjieg tiegħu. Minn hawnhekk huwa mar il- Ministeru ta' Michael Farrugia, dak iż- żmien tas-Soledarjetà Soċjali u Familja, fejn kien mistoqsi jekk jafx jibgħat email u għar-risposta fil-pożittiv ingħata l-impjieg mal-kumpanija Housing Maintenance and Embellishment. euma kien qed jirċievi ċekkijiet għall-impjieg fantażma sa it żmien wara l-elezzjoni ġenerali tal-2017 meta mbagħad waqaf jirċevihom. Ilbieraħ Keith Schembri reġa' kien id-Depot fuq materji relatati ma' dan l-impjieg li ngħata lil euma fl-istess żmien li kien qed jaħdem fuq il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. 'Qatt m'għamilt pressjoni jew kelli pressjoni biex Theuma jingħata impjieg mal-Gvern' Wara siegħa d-Depot Craus, emozzjonat, jinsisti li kien użat u li deffsuh fil- biċċa ta' Theuma meta hu ma jistax jagħti impjieg jew jiffirma kuntratti...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 December 2019