Illum previous editions

ILLUM 8 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1190490

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 analiżi illum • IL-ĦADD 8 TA' DIĊEMBRU 2019 minnhom qed niġġieldu biex ma jitnaqqrux u jmorru x'imkien ieħor, u mhux ser jiħu ġodda. Hemm bżonn li ekonomisti u politiċi jistaqsu u jitrattaw mistoqsijiet bħal dawn li huma fundamentali. Din l-ekonomija wkoll, li ilna li ħaddana għall-anqas l-aħħar 25 sena, ħeġġet u sostniet kultura fejn is-suċċess - meqjus f 'termini finanzjarji jew ta' popolarità - hu l-għan aħħari, jiġi minn fejn jiġi. Ħa nsemmi it il-qasam li involut fih jien, l-edukazzjoni post-sekondarja. Bosta edukaturi x'jagħtu bħala motivazzjoni lill-istudenti? Li t-tagħlim għandu valur minnu nnifsu jew li jagħmlu 'suċċess'? U jekk inħarsu lejn id-diskors tal-gruppi 'politiċi' tal-istudenti fl-università u l-arterji tagħha fuqiex hu bbażat dan? Fuq l-ideoloġija u l-ġid komuni, jew fuq kif wieħed ser igawdi jekk jindiehes ma' grupp jew ma' ieħor? Issa xi ħadd li hu prodott ta' dawn is-sistemi kif taħseb li ser jimxi jekk ikollu pożizzjoni ta' setgħa? U l-marda, kuntrarju hawnhekk għal dak li ssuġġerew xi wħud anke xellugin, mhix biss frott in-neo-liberaliżmu, kelma importanti imma li spiss tintlagħab bħall-ass li jolqot kollox. Għandna kultura ta' klijentaliżmu u ta' aġevolazzjoni tal-ħbieb li hi wisq eqdem, u li taffettwa kemm lil dak li jieħu ħsieb il-latrina, sal-ħruġ ta' sejħa għal impjieg għal kariga importanti li tkun imsejsa fuq il-kwalifiki ta' persuna li ġa jkun hemm il-ħsieb li ser tintgħażel. Din tal-klijentaliżmu wkoll ma twilditx mal-Gvern ta' Muscat, minkejja li taħtu jista' jkun li laħqet qċaċet mill-aktar għolja. Ovvjament dan ma jnaqqas xejn la mill-valur tal-protesti u lanqas mit-talbiet li saru. Madankollu, kien ikun interessanti li kieku, wara kull protesta, min jindirizza lill- miġegħma jistieden li kull wieħed/waħda f 'din tagħmel eżami żgħir tal-kuxjenza fejn dak li jkun jistaqsi 'Kien hemm każ fejn il-ġid tiegħi ġie qabel dak komuni, anke akkost li ngħawweġ xi regola?' U dan isir mhux biex wieħed joqgħod isawwat lilu nnifsu, imma biex neqirdu mill-qiegħ l-art li twelled ċerti affarijiet. L-ekonomija u d-demokrazija m'għandhomx x'jaqsmu Li nagħmlu analiżi serja imma, donnha mhijiex fuq l-aġenda ta' wħud, kif jidher minn ċerti argumenti li saru. Kien hemm min sostna li hawn xi theddida għad-demokrazija minħabba x-xamma ta' korruzzjoni. Dan hu argument mill-aktar banali għax demokrazija hi marbuta ma li l-poplu jkollu s-setgħa aħħarija fit-tmexxija (illum suppost din jeżerċitaha billi jtella' lil min imexxi) u, f 'demokrazija bħal tagħna, ma' ċerti drittijiet. Mhix marbuta ma' kemm ikollok politikanti onesti. Jista' jkollok soċjetà demokratika u korrotta, oħra li hi onesta u mhix demokratika, soċjetà li la hi demokratika u lanqas onesta, u waħda li tkun onesta u demokratika fl-istess ħin. Imma forsi l-aktar argument banali f 'dan kollu kien l-argument li din il-biċċa qed tagħmel ħsara lill-ekonomija. L-ewwel nett hu argument li jagħti x'jiem li hemm min jemmen li għandna nħaddnu l-onestà u t-trasparenza mhux għax dawn huma valuri li nemmnu fihom imma 'għax hekk jaqblilna' f 'termini ta' flus; l-istess raġunar, fl-aħħar mill- aħħar, ta' xi ħadd li jiaħ kont barra minn pajjiżu għax f 'dak li għandu x'jaqsam ma' flus jaqbillu jagħmel hekk. It-tieni, minn mindu faqqgħet din il-kriżi ma jidhirli li naqas ebda investiment barrani jew għalqet xi kumpanija ta' betting anke għax, kif ġa għidt, dawn ma jiġux hawn għax qaddisin huma jew jaraw qaddisin fina. L-argument bħal tal-Kap tal- Oppiżizzjoni, imbagħad, li l-protesti affettwaw ħażin il- bejgħ ta' Black Friday jista' faċilment jiddawwar biex jiġi użat kontra dawn, u tiġi mkebbsa l-ħrafa li kull min qed jipprotesta qed jagħmel dan għax irid ħsara lin-nazzjon. Li tista' tagħmel ħażin lill- ekonomija (ma jfissirx li din hi tkun bilfors ħaġa ħażina, għax hawn min bl-ekonomija tikber bla rażan bata u kif ) hi l-possibiltà, kif ġie nnutat f 'xi ġurnali barranin imma minn ħadd kważi Malta, l-Unjoni Ewropea tista' tuża din il-biċċa bħala skuża biex il-kundizzjonjiet favorevoli li l-Gvern Malti jagħti għall- investiment f 'ċerti oqsma jiġu mrażżana. Dan imma - min għax jinsab mitluf f 'dagħdigħa u min għax ma tantx jaqbillu - ħadd jew kważi ma jsemmih jew jaħseb fuqu. Fuq skala lokali wkoll, kif inuttat is-soċjologa Anna Zammit, li jista' jkun interessanti hu kif din il-biċċa ser taffettwa r-rabta tal-Partit Laburista u n-negozjanti u l-kuntratturi. Muscat irnexxielu jiġbed bosta minn dawn lejn il-partit. Issa, almenu jekk toqgħod fuq dak li jgħidu bosta għaqdiet tas-sidien, iriduh iwarrab mill-aktar fis. Xi jfisser dan? Ser jibqgħu qrib il-Partit Laburista imma sempliċement iridu mexxej ieħor? Ser tikkonvinċihom li l-PL ma jistgħux jafdawh biex imexxi l-interessi tagħhom, u allura ser imorru lura għand il-partit li tradizzjonalment kien tagħhom? Militanza borgiża Il-ġrajjiet reċenti wrew ukoll kemm għandu raġun sieħbi Sammy Meilaq meta jsostni li l-politika trid issir ukoll mit-toroq. Il-borgeżija, li spiss ikkundannat kliemu, dan donnha fehmitu. U meta qed ngħid li l-militanza fuq il- kwestjoni tal-governanza kienet/ hi primarjament borgiża, mhux qed ngħaddi ġudizzju morali. Qed sempliċiment ninnota fatt. In-natura primarjament borgiża tal-protesti u l-inizjattivi ta' dan l-aħħar toħroġ minn numru ta' fatturi. L-ewwel nett, l-impressjoni li għandi hi li dawk li huma involuti huma primarjament ġejjin minn membri ta' sezzjonijiet ta' din il- klassi, inkluż dik akkademika. (Ovvjament kien hemm eċċezzjonijiet.) Il-protesta tal- Ħadd l-1 ta' Diċembru fejn, għall- ewwel darba kien hemm l-eluf ma tgħoddx, għax kienet meeting Nazzjonalista taħt isem ieħor. Fi mkejjen li m'għandhomx kultura borgiża u li fihom immur, l-impressjoni li nieħu hi li aktar minn indinjazzjoni dwar il-biċċa, il-Laburisti huma maħruqa għax iħossu li xi ħadd se jfottilhom il-logħba, waqt li n-Nazzjonalisti kuntenti għax donnu sabu x-xoqqa f 'moxtha biex il-partit tagħhom iqum mill-imwiet. (Survey f 'gazzetta oħra donnu jsostni li l-indinjazzjoni hi primarjament xi ħaġa ta' parti mill-klassi tan-nofs u mhux tal-'poplu', għax wera li jekk issir elezzjoni għada, fundamentalment mhu ser jinbidel xejn minn dak li seħħ sentejn ilu. Li kien hemm indinjazzjoni ppopolata, il-Partit Laburista kien imur ħażin.) Ħaġa oħra li turi li l-militanza hi primarjament borgiża hu l-fatt li meta fid-diskors fejn fih ħabbar li ser jitlaq Muscat semma l-kisbiet fil-qasam soċjali f 'dak li għandu x'jaqsam ma' pagi u ma' faqar, ir-risposta ta' bosta flok ma kienet; 'Isma', dawn il-kisbiet huma fil-verità ħafna anqas milli qed tgħid'; kienet donnha aktar risposta li aċċettat l-esaġerazzjoniet ta' Muscat fuq il-miżien tan-nies 'l isfel fis-soċjetà. Li għamlu bosta (mhux kulħadd) imkien li qalu li hemm affarijiet aktar importanti mill- faqar materjali; risposta ta' xi ħadd li x'jiġifieri tkun tgħix fil- faqar ma jafx xi tfisser għax qatt ma ġarrbu! Barra minn hekk in-natura borgiża tal-militanza toħroġ mill-fatt li ma kienx hemm l-istess entużjasmu, inkluż minn ċerti akkademiċi li jgħidu li huma fuq ix-xellug, fuq kwistjonijiet li jinteressaw klassijiet u setturi oħra fis-soċjetà bħal kien hemm, għal din tal-governanza. L-appoġġ għal kampanji bħal dik fuq il-paga minima jew biex titrażżan il-kera, li huma marbuta ma' interessi ta' nies li jinsabu aktar 'l isfel fis-soċjetà, kienu minimi. Ovvjament kien hemm akkademiċi li ħadu sehem, appoġġjaw u taw kontribut ewlieni f 'dawn il- kampanji. In-numru imma, kont tgħoddu fuq subgħajk. Biex ma nsemmux imbagħad l-Ewro-ċentriżmu u n-Neo- kolonjaliżmu tal-istqarrija maħruġa mill-akkademiċi (raġuni ewlenija għalfejn din, bil-kontra ta' dik tal-Graffitti, ma ffirmajthiex). Dejjaqni, fost l-oħrajn, ir- riferiment għall-komunità internazzjonali; komunità li suppost tinvoli l-pajjiżi kollha tad-dinja, imma li normalment tinvolvi biss (meta nitħaddtu fuq affarijiet bħal 'Kuba kienet imbarrija mill-komunità internazzjonali') il-pajjiżi tal- Punent u l-laqgħa tagħhom, kif jargumenta tajjeb Noah Chomsky.' Dan ir-raġunar hu kemm Neo- kolonjali (irridu validazzjoni minn barra, u minn ċerti pajjiżi li nqisu superjuri), u kemm kontradittorju. Għax anke jekk Muscat għandu demm fuq idejh, kif kien hemm min allega qabel il-verdett tal-qrati, hu abbati meta mqabbel mad-delitti ta' nies bħal Blair, Bush, Sarkozy, Cameron u Obama. Kif għidt, meta ddeskrivejt il-militanza bħala borgiża ma kontx qed nagħmel ġudizzju. Id- dnub li nara imma, hu li l-klassi tal-ħaddiema u min suppost jirrappreżentaha (xi darba kien hemm il-unions) donnhom aċċettaw li, kontra ta' dak li jaħsbu dawn il-borgiżi, it-toroq u l-militanza mhux fl-interess tal-ħaddiema. Michael Grech huwa lettur u opinjonista tal-gazzetta ILLUM

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 December 2019