Illum previous editions

ILLUM 8 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1190490

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

30 sport 'Id-diżabilità tiegħi hija dik li Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-għawm? L-imħabba tiegħi lejn l-għawm bdiet minn età żgħira meta kont immur mal- papà. Fis-sena 2015, l-eks kowċ tieghi, Isabelle Zarb ġiet fuqi u saqsietni jekk nixtieqx nifforma parti mill-grupp tagħha tal-paraswimming u minn hemm bdejt nipprattika u nħobb l-għawm bħala sport. Wara waqfa ta' sentejn, iddeċidejt li nifforma parti mill-klabb tal-Exiles u flimkien mal-kowċis tiegħi Edward Caruana Dingli u Tim Hartley, bdejt nieħu l-għawm aktar bis-serjetà u nitħarreġ b'mod professjonali. Bħala kompetizzjonijiet tieħu sehem ma' għawwiema apposta jew ma' għawwiema ewlenin Maltin? Sfortunatament, f 'Malta m'hawnx paraswimmers u b' hekk nikkompeti ma' għawwiema ewlenin Maltin. Matul is-sena, insiefru biex inkun nista' nikkompeti fuq livell internazzjonali ma' għawwiema paralimpiċi oħra tal- istess kategorija tiegħi kif ukoll nikseb esperjenzi ġodda. U r-riżultati li tikseb ikunu fl-istess livell ta' għawwiema li m'għandhomx diżabbilità? Le, minħabba d-diżabbilità tiegħi, hemm distakk bejn ir-riżultati li nikseb jien ikkumparat ma' għawwiema oħra Maltin tal-istess età tiegħi. Però jkolli l-opportunità biex nikkompeti ma' atleti iżgħar fl-età ma' min ir-riżultati ikunu iktar simili. Meta nikkompeti barra minn Malta u kontra atleti b'diżabilitajiet simili għal tiegħi, ir-riżultati ikunu iktar tal-istess livell. Is-sabiħ tal-għawm paralimpiku huwa li kulħadd jikkompeti kontra atelti b'abbiltajiet simili u għalhekk il- kompetizzjoni tkun aħjar. F'liema kategorija tal-għawm tieħu sehem? Jiena ġejt ikklassifikata mal-S6. Din il-klassifikazzjoni tinkludi nies ta' statura qasira, major limb impairment jew nuqqas taż-żewġ idejn jew saqajn. Ġieli taqta' qalbek jew ikun hemm nies li jaqtgħulek qalbek? Ġieli jkun hemm sitwazzjonijiet fejn insibha iktar diffiċli minn ħaddieħor imma le ma nħossx li għandi naqta' qalbi, anzi nara kif nista' nagħmel biex niġġildilha u nirbaħ dik l-isfida. Però, inħossni ffortunata li ma nsibx nies li jaqtgħuli qalbi anzi, insib ħafna kuraġġ minn sħabi, qrabati u nies li jafuni kemm fl-għawm kif ukoll f 'ħajti personali. F'liema dixxiplini tieħu sehem? Id-dixxiplini li nispeċjalizza fihom huma dawk tal-Freestyle u Backstroke. Din is-sena ser inkun qed niffoka fuq il-50m Freestyle u l-100m Backstroke minħabba li dawn huma t-tlielaq li fihom nixtieq nikkompeti fil- Paralimpjadi. Il-mira tiegħek hija li tieħu sehem fil- Paralimpjadi? Iva din hija x-xewqa u l-mira tiegħi għal dan l-istaġun tal-għawm. B'hekk qed naħdem u nitħarreġ iktar biex nikseb aktar personal bests biex nikkwalifika għall-Paralympics tal- 2020 f 'Tokjo. Kif jirnexxilek tqassam il-ħin bejn l-istudju u l-isport li tagħmel? Mhijiex faċli. Fil-fatt kont għamilt sentejn wieqfa biex niffoka fuq l-A levels. Bħalissa ninsab fit-tieni sena tiegħi tal-kors BA (Hons) Business Enterprise u rrid nibda naħdem fuq it- teżi. Għalhekk bejn skola, taħriġ, studju u l-ħajja privata tkun diffiċli. Però, nemmen li din m'hijiex impossibli u għalhekk għandi nqassam ħini sew u nipprijoritizza l-affarijiet fil-ħajja. Ir-riżorsi li fihom titħarreġ tarahom tajbin? Għalkemm sfortunatament m'hawnx ħafna minnhom f 'Malta, jiena ma nsibx problemi kbar bir-riżorsi li nitħarreġ fihom. Min-naħa l-oħra, ma nħossx li huma addattati ghal nies b'diżabilità oħra. Pereżempju nies fil-wheelchair isibuha diffiċli biex jinżlu jgħumu għax m'għandhomx il- faċilitajiet neċessarji bħal rampa jew lift apposta. Il-mentalità fis-soċjetà Maltija lejn in- nies b'diżabbilità kif tħares lejha? Ma nħossx li hemm biżżejjed kuxjenza u kulħadd għandu jkun edukat biżżejjed li jkun jaf li hawn tipi differenti ta' diżabilità. Bis-saħħa tas- social media, qed nippruvaw inwasslu dan il-messaġġ. Ħadt sehem f 'kompetizzjonijiet barra minn Malta? L-ewwel kompetizzjoni internazzjonali li jien ħadet tiegħi kienet fl-2015, f 'Istanbul, it-Turkija fejn jiena u tliet għawwiema oħra Maltin ħadna sehem fi training camp u fl-aħħar ġurnata kien hemm kompetizzjonijiet bejn l-atleti li kienu preżenti. F'Mejju ta' din is-sena kkompetejt fil-World Paraswimming World Series ġewwa Lignano Sabbiodoro fl-Italja. F'Lignano ġejt uffiċjalment ikklassifikata taħt il-kategorija S6 għall- ewwel darba u b'hekk ġejt liċenzjata biex Meta nidħol għal xi ħaġa, inkun irrid nagħmilha u nagħmilha bl-aħjar mod possibbli IL-ĦADD 8 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum Maja Theuma - Għawwiema li minkejja d-diżabilità tagħha tikkompeti b'suċċess f'kompetizzjonijiet Paralimpiċi. Għandha determinazzjoni tal-azzar li tixprunaha biex teċċella fl-isport li tant u tant tħobb - l-għawm

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 December 2019