Illum previous editions

ILLUM 8 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1190490

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

14 kultura IL-ĦADD 8 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum IL-BORMLIŻI JAGĦMLU DISAT IJIEM IBAKKRU KMIENI BIEX ILLUM JIĊĊELEBRAW BIL-KBIR LILL- IMMAKULATA YENDRICK CIOFFI Bormla u l-Immakulata Kunċizzjoni. Tifridhom ma tistax. Din ir-rabta toħroġ aktar fil-beraħ illum hekk kif il-Knisja Universali, iżda Bormla b'mod partikolari, qed tiċċelebra s-solennità tat-Tnissil bla Tebgħa tal-Verġni Marija. Għall-Bormliżi, din is-sena, il-festa ilha għaddejja aktar minn xahar, hekk kif fit-3 ta' Novembru l-vara tal-Immakulata Kunċizzjoni ttieħdet Birkirkara biex ikun imfakkar il-pellegrinaġġ nazzjonali li kien sar 75 sena ilu, nhar id-19 ta' Novembru 1944. Il-vara tal-Immakulata Kunċizzjoni u l-kwadru titulari inkurunat kienu ttieħdu għall- kenn fil-Kolleġġjata ta' Santa Elena fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija u kienet saret wiegħda mill-Kapitlu Bormliż li jekk il-Kolleġġjata tal- Bormliżi tibqa' fuq saqajha, kienu se jġibu lil dawn iż-żewġ xbihat f 'pellegrinaġġ minn Birkirkara sa Bormla. Il-gwerra ġiet u ħalliet ħerba fil- Kottonera iżda l-Kolleġġjata tal- Immakulata, li tinsab it metri 'l bogħod mill-Baċir Numru 1, mira ewlenija għall-attakki tal-għadu, baqgħet wieqfa u l-Bormliżi żammew il-wegħda tagħhom. Anke jekk ilhom xahar jiċċelebraw, fejn tidħol l-Immakulata, il-Bormliżi ma jgħajjewx u llum qed jiċċelebraw bi kbir u bl-akbar solennità din il- festa tant għażiża għalihom. Kif għamilna tul l-istaġun tas- sajf, il-gazzetta ILLUM se żżur il- festa tal-Immakulata Kunċizzjoni f 'Bormla u tesplora dawk il- karatteristiċi li jagħmluha unika. Kif bdiet id-devozzjoni Marjana f'Bormla? Id-devozzjoni lejn l-Immakulata f 'Bormla tmur lura mijiet ta' snin u marbuta magħha hija leġġenda antika magħrufa bħala tal-Madonna tal-Marżappa. Jingħad li kien il-Kaptan Sqalli Rokku li beda d-devozzjoni Marjana f 'Bormla. Il-Kaptan kien ta' sikwit ibaħħar lejn Malta u darba meta kien fl-inħawi ta' Bur Mula, sema tarbija tibki u tolfoq. Mar ifittex u sab tarbija tissawwat bla ħniena mix-xitan. Inxteħet jitlob u dehret il- Madonna li b'Marżappa f 'idha ddefendiet it-tarbija u rebħet lix- xitan. Il-Kaptan ħa għandu lit-tarbija u meta rritorna lura Sqallija sab lil martu tibki u tolfoq għax ma kinitx taf x'sar mit-tarbija tagħhom. Irrakkontatlu kif darba minnhom it-tifla tagħha, għax kienet imqarba ħafna, qaltilha: "Jirra x-xitan iġorrok." Id sewda faħma ħatfet lit-tarbija. Il-Kaptan Rokku nduna, it-tarbija li salva ma kienet ħadd ħlief bintu. B'ringrazzjament lill-Madonna, fuq l-istess għolja fejn kellu dik id-dehra, il-Kaptan Rokku bena knisja ddedikata lil Santa Marija tas-Sokkors. Id-devozzjoni tkompli tikber... Ftit it Bormla bdiet tikber u magħha d-devozzjoni lejn il- Madonna. Bormla saret parroċċa għaliha fl-1586. Fl-1602, meta għamel żjara pastorali l-Isqof Gargallo, isemmi kif il-knisja parrokjali tkabbret u nbniet mill-ġdid aktar minn darba. Fl-1732 ġiet ikkonsagrata l-knisja li għadha wieqfa sal-lum. Tista' tgħid li d-devozzjoni u r-rabta bejn l-Immakulata Kunċizzjoni u Bormla kienet issiġġilata fl-1905, meta l-kwadru titulari mill-isbaħ ġie inkurunat solennament b'digriet tal-Papa Piju X minn id id-delegat tiegħu l-Kardinal Domenico Ferrata. Ir-rabta bejn Bormla u Lourdes ... kwadru profetiku Ta' min isemmi li l-kwadru titulari mill-isbaħ li jsaħħar lil kull min jidħol fis-Santwarju Kolleġġjata ta' Bormla huwa t-tielet wieħed. L-ewwel wieħed kien magħmul fuq stil Grieg u kien tal-injam. Madwar l-1775, dan il-kwadru nbidel ma' ieħor akbar impitter minn Karlu Gimack, liema kwadru belezza għadu jista' jitgawda sal-lum fis-sagristija. Kien il-Kanonku Ludovic Mifsud Tommasi, teologu u poeta li ħolom il-kwadru titulari li għadna naraw sal-lum, kwadru teoloġiku li tista' tiddeskrivih bħala ktieb tal-Marjoloġija. Il-pittur magħruf Pietru Pawl Caruana ħadem fuq l-istruzzjonijiet tal-kanonku u lesta l-kwadru fl-1828. Il-kwadru jitbiegħed ħafna mix-xbihat tal-Immakulata li wieħed kien imdorri bihom, anke għax il- Madonna tpittret liebsa libsa bajda b'faxxa kaħla. Din kienet waħda mir- raġunijiet għaliex il-kwadru ma tantx intlaqa' tajjeb mill-Kapitlu tant li dam kważi 25 sena moħbi qabel sab postu fil-knisja. Raġuni oħra kien li l-mudella li fuqha tpittret il-Madonna ma kienet ħadd għajr oħt Dun Ludovic li kienet tiffrekwenta l-knisja u kulħadd kien jaa. Il-kwadru tpoġġa f 'postu fid-19 ta' Novembru 1850 u d-devozzjoni lejh kibbret ħafna aktar kemm wara l-proklamazzjoni tad- domma tal-Immakulata Kunċizzjoni mill-Beatu Papa Piju IX fit-8 ta' Diċembru 1854 u anke erba' snin wara meta l-Madonna dehret f 'Lourdes. F'Lourdes, il-Madonna mhux biss ikkonfermat id-domma tal- Immakulata Kunċizzjoni, iżda Bernardette Soubirou tgħid li l-Madonna dehret liebsa libsa bajda b'faxxa kaħla, l-istess kif tpittret 30 sena qabel f 'dan il- kwadru. Il-Bormliżi jbakkru kmieni filgħodu qabel titla' x-xemx Jekk fil-maġġoranza tal- festi Maltin iċ-ċelebrazzjonijiet esterni huma l-qofol, f 'Bormla ċ-ċelebrazzjonijiet interni għadhom iċ-ċentru tal-festa tal- Immakulata Kunċizzjoni. Mhux qed ngħidu li festi esterni ma jsirux. Altru minn hekk. Iżda l-festa interna hija wisq għal qalb il-Bormliżi. Waħda mill-isbaħ karatteristiċi ta' din il-festa hija n-Novena. Min L-artal maġġur armat għall-festa (Ronald Falzon) Il-Bormliżi miġbura quddiem il-vara tal-Immakulata Kunċizzjoni (Ronald Falzon)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 December 2019