Illum previous editions

ILLUM 8 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1190490

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 analiżi IL-ĦADD 8 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum Tax-xellug, tal-lemin, opinjonisti, idroloġista u trejd unjonista ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Din il-ġimgħa, nhar il-Ħadd biex inkunu preċiżi, kienet il-ġimgħa li fiha l-aktar persuna diskussa kienet il-Prim Ministru Joseph Muscat, li l-Ħadd filgħaxija stess, eżatt qabel l-aħbarijiet, ħabbar illi se jkun qed jirriżenja fil-bidu ta' Jannar. F'analiżi f 'paġni 3, 4 u 5, din il-gazzetta analizzat il-legat ta' Muscat u fakkret fil-fatt illi bħal mexxejja oħrajn, primarjament Eddie Fenech Adami u Dom Mintoff, Muscat jattira u jinvoka reazzjonijiet assoluti u estremi. Min iħobbu b'passjoni tant li laqqmu l-'king' u 'alla' u min jobogħdu u jarah bħala l-agħar ħaġa li qatt ġrat lil Malta. Naturalment minn mindu faqqgħet il- kriżi li qed tara lill-Gvern jiġġieled għall- eżistenza tiegħu u tefgħet lil-Labour 10 snin lura, ħafna nies qed ikollhom dubji serji fuq Muscat. Din il-gazzetta kellmet diversi nies, minn oqsma differenti tal-ħajja u b'opinjonijiet diversi. Talbithom jirrispondu mistoqsija sempliċi. Min huwa Joseph Muscat għalik? "Jiena ġej minn familji mħalltin, il- politika ma tagħmilx parti kbira minn ħajjitna. Però jiddispjaċini ngħid li meta tkun riesqa l-elezzjoni qalbi kienet tkun imkissra għaliex il-mibegħda li kont tara kienet wisq kbira. Meta Joseph tela' mexxej kien wiegħed li din il-mibegħda trid tispiċċa. Inti m'għandekx tkun blu jew aħmar imma Malti taħt l-stess bandiera, fil-fatt hekk ġara. Joseph għalija wera kemm jinteressah miż-żgħir meta daħħal diversi liġijiet li f 'Malta kienu tabù. Waħda minnhom fil-fatt kienet li jien sirt ugwali bħal ċittadini oħrajn. Kien bniedem ta' integrità kbira, bniedem li ħadem u stinka biex kulħadd ikollu vuċi. Illum jien qed ngħix ġo pajjiżi kuntent li ġejt aċċettat, kuntent li nsib l-għajnuna li għandi bżonn, kuntent li għandi xogħol. L-aktar ħaġa li impressjonatni kienet il- fatt li dejjem sema' mill-kelma tal-poplu u dejjem baxxa rasu għas-sejħa Maltija. Grazzi talli għamiltni kburi b'pajjiżi." "Dik il-persuna li f 'bosta aspetti ġabet il-Partit Laburista, Nazzjonalist aktar mill-Partit Nazzjonalista." "Joseph Muscat għalija komunikatur eċċellenti li biddel lill-Partit Laburista minn partit li qatt ma jirbaħ elezzjoni għal partit bla oppożizzjoni. Sfortunatament, bħal ħafna oħrajn li kisbu suċċess, spiċċa mdawwar f 'torri tal-avorju, jisma' minn nies li kellhom interessi oħra lil hinn mill-ġid tal- pajjiż. Il-ġid li sar taħt it-tmexxija tiegħu jista' jintesa u jibqa' magħruf għal dak li jidher li huwa l-ikbar skandlu politiku li qatt esperjenzajna." "Irrid nemmen lil Joseph. Irrid nemmen li Egrant mhix tiegħu u gidba kollha kemm hi. Nixtieq inkun naf għalfejn żamm lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi għal tant żmien meta kien ovvju, minn kmieni, li dawn kellhom l-intenzjoni li jittrasferixxu ammont kbir ta' flus (fil- kumpaniji fil-Panama). Nixtieq jerġa' jkolli fiduċja li xi darba kelli fih, bħala Prim Ministru u bħala persuna. Għamel ftit wisq biex jipprova l-innoċenza tiegħu u jaf li tilef il- fiduċja fost eluf ta' nies, Nazzjonalisti u Laburisti li jixtiequ jemmnu li mhuwiex PM li jaqa' għall-korruzzjoni imma ma jistgħux. Il-ħsara saret u għandna pajjiż mifrud, xettiku dwar il-politiċi, istituzzjonijiet u l-media u ħafna nies tilfu l-fiduċja f 'kollox u kulħadd." "Muscat se jibqa' mfakkar bħala l-iktar Prim Ministru li qatt għamel ħsara lil Malta. Ħa l-poter f 'idu bil-gidba tal-pushback tal- immigranti u wara, mhux talli m'għamilx pushback, imma qed iġib eluf ta' immigranti biċ-cheap labour li jkomplu jtellfu lill-Malti milli jaqla' pagi aħjar. Rebaħ it-tieni elezzjoni bil-gidba li hu Gvern nadif, li Daphne Caruana Galizia giddieba. Illum kulħadd qed jara x'kienet il-verità, inkluż dawk l-eluf ta' Laburisti ġenwini. Bil-politika tiegħu ta' lagħqiżmu lejn l-UE bit-tama li kien se jieħu xi top job, u l-eluf ta' barranin li ġew pajjiżna, inħolqu problemi ġodda ta' traffiku, bini esaġerat, stress fuq l-isptar, u biex tixtri appartament trid kwart ta' miljun ewro. Kisser ukoll ir-reputazzjoni ta' Malta mad-dinja u llum kuljum qegħdin fl-aħbarijiet bħala pajjiż mimli b'ħasil ta' flus, qtil ta' ġurnalista, kriminalità tikber, eċċ. Dan huwa Muscat għalija u għal ħafna Maltin, inkluż Laburisti ġenwini li llum qed jistaqsu għaliex tradiena hekk. Ir- risposta hi sempliċi. Għax għalih mhux Malta tiġi l-ewwel u qabel kollox, imma hu u ta' madwaru biss." L-ILLUM titkellem ma' numru ta' nies u tistqasihom. Min hu Joseph Muscat għalik? Hawn huma r-risposti... Nicholas John Borg Michael Grech Jeremy J Camilleri Marco Cremona Malcolm Seychell L-ikbar timbru tiegħu, li bil-kbir jisboq dak pożittiv, negattiv ta' korruzzjoni lampanti li mhux biex sfaċċat tat-taxxi tagħna imma wkoll għall-qtil

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 December 2019