Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1190490
28 sport 'Aħdem għal dak li dejjem xtaqt' Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Missieri ffissat fuq il-futbol u bis- saħħa tiegħu, jien sirt bħalu. Bdejt nilgħab il-futbol minn età żgħira ħafna. Fil-fatt kont bdejt man-nursery ta' Rabat meta lanqas biss kien hemm 'age group' tiegħi u kont nitħarreġ ma' tfal ikbar minni. X'taħseb dwar dak kollu li wrejtu matul l-aħħar staġun? L-aħħar staġun kien daqsxejn diffiċli, kemm għat-tim kif ukoll għalija personali. Is-sena l-oħra kont ma' Mqabba FC fejn kellna staġun inkonsistenti ħafna, però fl-aħħar mill- aħħar ilħaqna t-tragward tagħna. Fuq nota negattiva, f 'Marzu weġġajt il-ligamenti ta' rkoppti (ACL) u ma stajtx inkompli l-istaġun. Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil- Premier? Ngħid il-verità ma tantx idejjaqni l-fatt li hemm 14-il tim. Nemmen li t-timijiet li jkunu għadhom kif jitilgħu, ikollhom iktar ċans li jżommu posthom b'dan il-mod. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet? Fil-Premier nemmen li hemm daqsxejn ta' distakk bejn xi timijiet, però kif urew din is-sena it-tliet timijiet promossi kollha qed jagħtu sfida denja. Min-naħa l-oħra, l-Ewwel Diviżjoni huwa diviżjoni li iktar ma jgħaddi żmien iktar qiegħed iżid fil-kwalità minħabba l-kwistjoni tal-barranin fil- Premier u ħafna żgħażagħ Maltin qed jinżlu hemm u b'hekk nemmen li kważi kulħadd huwa tal-istess livell u kulħadd jagħtik logħba. Niġu issa għall-kwistjoni tal-plejers barranin fil-Kampjonat BOV Premier. Taqbel mal-proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Ma nħossx li aħna pajjiż kbir biżżejjed biex naddattaw għal din il-proposta. Ħafna Maltin qed isibuha diffiċli li jsibu posthom ma' tim tal-Premier u nħoss li anke l-livell tat-tim nazzjonali jonqos. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell meta kkomparati mal-plejers Maltin? Iva nemmen li ċerti barranin li qed jinġiebu mill-klabbs qed jieħdu post it-talent Malti li jkun tajjeb daqsu jekk mhux aħjar minnu f 'ċerti drabi. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-Kampjonat tal- Ewwel Diviżjoni? Nemmen li bħala pajjiż għad fadal ħafna xi jsir rigward grawnds. Għandna żewġ grawnds ta' livell tajjeb ħafna li huma l-Istadium Nazzjonali u s-Centenary Stadium, però l-bqija tal- grawnds l-oħra huma ta' livell pjuttost baxx. X'taħseb dwar il-kontroll tar-referis matul dan l-istaġun? Ifhem, dejjem ħa jkun hemm mumenti fejn ma taqbilx magħhom. Però, irridu niftakru li dawn iridu jieħdu deċiżjonijiet f 'temp ta' sekondi. Dejjem hemm fejn inħarsu lejn pajjiżi aħjar minna u nitjiebu f 'dan il-lat bħala nazzjon. X'inhuma s-sagrificcji li plejers tal- futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? L-istil ta' ħajja li tgħix huwa importanti ħafna. Forsi vera hawn Malta m'għandniex ħafna plejers li huma professjonali, però dejjem tista' tkun professjonali f 'dak li tagħmel. Hemm ħafna sagrifiċċji li plejer ikollu jagħmel, imbagħad skont kemm inti tixtieq timxi 'l quddiem. Trid tkun iddixxiplinat f 'kollox. Trid tara x tiekol u x'tixrob matul il-ġurnata kif ukoll qabel il-logħba. Irid ikollok impenn għat-taħriġ. Trid tagħraf fejn int żbaljat u tkun lest li titjieb. Ħin għall-mistrieħ huwa kruċjali wkoll. Jekk tista' anke ssib ħin fejn tista' tagħmel xi taħriġ il-gym waħdek. Kif jirnexxilek tlaħħaq max-xogħol tiegħek u mal-futbol? Inlaħħaq għaliex inqassam il-ħin ta' kuljum u nippjana l-ġurnata eżatt. Il-ħinijiet tax-xogħol tiegħi huma ta' vantaġġ ukoll. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil- futbol? Nimxi pass pass u dejjem nipprova naħdem biex nitjieb. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u ż-żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. M'għandek qatt taqta' qalbek u tkun paċenzjuż. Ħa jkun hemm mumenti fejn tħossok waħdek, u tħoss li qed taħdem għalxejn. Però dak li tkun qed tagħmel isarraf f 'suċċess iktar tard. Dejjem żomm saqajk mal-art u kun umli. Aħdem għal dak li dejjem xtaqt u agħti l-massimu tiegħek dejjem! IL-ĦADD 8 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum Chris Vella - plejer ġentlom ta' Rabat Ajax u li stabbilixxa lilu nnifsu bħala wieħed mill- aqwa plejers li jimmilitaw fil- Kampjonat tal- Ewwel Diviżjoni CRISTIAN ANTONY MUSCAT