Illum previous editions

ILLUM 8 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1190490

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

03 analiżi illum • IL-ĦADD 8 TA' DIĊEMBRU 2019 It-tmiem ta' Muscat. It-tmiem tal-Moviment? ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Fit-12 ta' Jannar is-separju fuq il-Gvern ta' Muscat se jinżel. Min issa jibda jinkiteb il-legat ta' Muscat, bil-kuluri kollha li jfissru u jispjegaw bl-aħjar mod possibbli lil dan ir-raġel u l-grupp ta' rġiel u nisa li fl- aħħar sitt snin iggvernaw lil dan il-pajjiż. Minkejja li d-destin politiku ta' Muscat għad irid ikun issiġillat, huwa ċar illi nistgħu nikkonkludu, f 'dan l-istadju illi l-legat ta' Muscat jinqasam fl- estrem. X'jiġifieri? Mhux biss dak li wettaq bħala fatt imma anke l-emozzjonijiet li jipprovoka Muscat huma estremi, viċin ħafna l-emozzjonijiet li qajmu mexxejja ta' portata kbira mill-Indipendenza lil hawn, b'mod speċjali Dom Mintoff u Eddie Fenech Adami. Muscat iqajjem sens ta' kważi adorazzjoni ta' nies li jarawh bħala re u alla u l-aqwa ħaġa li ġrat lil-Labour minn Mintoff lil hawn. Is-sens ta' 'mħabba lejn il-mexxej' u l-kult tal-personalità li daret mal-figura ta' Muscat, kienet iktar minn sempliċiment xi ħaġa superfiċjali u momentarja. Ħafna Laburisti u anke switchers raw f 'Muscat is- salvazzjoni tal-Partit Laburista li kien tilef serje ta' elezzjoniijiet, l-1998, ir-referendum u l-elezzjoni sussegwenti fl-2003 u reġa', minkejja kull aspettattiva differenti tilef l-elezzjoni 2008. Ta' min niakru illi l-Labour tilef l-1998 wara li Dom Mintoff ivvota kontra mozzjoni dwar proġett fil-Kottonera u li magħha kien hemm marbut vot ta' fiduċja fil-Gvern ta' Alfred Sant. Qabel din l-elezzjoni l-Partit Nazzjonalista kien kiseb maġġoranza ta' voti fl-1981, imma ggvernax għax ma rebaħx biżżejjed siġġijiet Parlamentari, l-1987 u rebaħ ukoll l-elezzjoni tal-1992. Dan ifisser li Muscat ġie fil- partit wara, prattikament 25 sena ta' Gvern Nazzjonalista, bl-attivisti Laburisti qalbhom maqtugħa u b'partit li kien kważi qed jitlef ir-raġuni tal-eżistenza tiegħu. Il-poplu kien qed jistenna Kap tal-Oppożizzjoni ... Suċċess politiku jorbot ħafna maż-żmien. Jekk politiku qed jinnaviga fi żmien mhux opportun, għalxejn ikollu l-aqwa u l-aħjar intenzjonijiet. Eżempju ta' dan bħalissa huwa Adrian Delia u qablu Simon Busuttil li minkejja l-intenzjonijiet kollha qed imexxu (jew kien imexxi) fi żmien meta l-poplu qajla jixtieq ibiddel il-Gvern. Muscat daħal f 'mument li ma setax ikun aktar opportun għall- Partit Laburista, meta l-poplu kien imxebba' minn Gvern Nazzjonalista u wara li fl-2008 litteralment ivvutalu, kif jgħidu bl-Ingliż, b'imnieħru magħluq. Dan il-fatt huwa kkonfermat mill-fatt illi lanqas kien ilu sena sewwa Muscat fil-kariga ta' Mexxej, li ma rebaħx l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew (2009) b'maġġoranza ta' 33,000 vot. In-Nazzjonalisti ħasbu li dan ir-riżultat kien xi ħaġa ta' darba, meta fil-fatt kien it-twelid ta' moviment, l-istess moviment li qatt ma kien mhedded fl- eżistenza tiegħu daqs illum. L-iżbalji, skandli u miżuri awsteri tal-Gvern ta' Lawrence Gonzi servew biss biex jissaħħaħ l-istess moviment politiku. 'Tagħna Lkoll...' - ħolqien ta' moviment li llum qed jiffaċċja l-akbar theddida Il-messaġġ rebbieħ tal-Partit Laburista kien il-pern tal- moviment Laburista u r-raġuni tal-eżistenza tiegħu u kien miġbur f 'espressjoni waħda; 'Tagħna Lkoll'. Din hija l-idea illi Malta mhux tal-it imma tal-ħafna, viżjoni li tant nies emmnu fiha għax kien il-mument opportun li tkun indirizzata. Din kienet viżjoni illi mhux min int u ma' min iżżomm, imma x'taf u x'ħaqqek. Ma' dan tingħaqad allura l-wegħda ta' meritokrazija, jiġifieri li kulħadd jieħu li ħaqqu inkwantu mill- partit li jappoġġja. Dan il-moviment kien jinkludi negozjanti kbar li ngħaqdu flimkien taħt il-kappa tal-Gvern Laburista, nies li xtaqu favur jew pjaċir jew xi permess u ma ħaduhx taħt Gvern Nazzjonalista, nies li kienu mxebbgħin bl-eċċessi tal- Gvern fil-governanza, l-ambjent u affarijiet oħrajn kif ukoll sezzjonijiet tal-popolazzjoni li kienu mwiegħda bidliet kbar, b'mod speċjali eluf ta' persuni LGBTIQ. Il-moviment politiku li ħoloq Muscat qed jiffaċċja l-akbar test tiegħu. L-akbar għedewwa tiegħu huma, min-naħa d-diżillużjoni u rabja kbira għall-episodju tal- Panama u aktar minn hekk għall- implikazzjoni illi Keith Schembri kien jaf jew saħnsitra parti mill-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Dan apparti rabja li ilha tinġema' fuq perċezzjoni jew realtà ta' eċċessi, xi kultant gravi, fl-ambjent, fin-nuqqas ta' meritokrazija, fil-kostruzzjoni u aktar. Tkompli f 'paġni 4 u 5... Joseph Muscat dejjem tkellem fuq il-Moviment bħala xi ħaġa ikbar mill-Partit Laburista u l-legat tiegħu. L-ILLUM tagħti ħarsa lejn is-suċċessi u l-kriżijiet ta' dan il-moviment u tevalwa jekk dak li ġara dawn l-aħħar ġimgħat jimmarkax il-bidu tat-tmiem tiegħu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 December 2019