Illum previous editions

ILLUM 8 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1190490

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

09 analiżi illum • IL-ĦADD 8 TA' DIĊEMBRU 2019 YENDRICK CIOFFI Ftit aktar minn xahar ieħor, il-Partit Laburista se jkollu Mexxej ġdid u eventwalment fil-ġranet ta' wara dan jieħu jew tieħu l-ġurament bħala l-Prim Ministru ġdid ta' Malta. Fil-fatt għada, se jibdew jintlaqgħu n-nominazzjonijiet għal dawk li lesti jidħlu għal din il-kariga importanti. Il-gazzetta ILLUM se tkun qed tagħti ħarsa lejn l-istatut tal-Partit Laburista biex tiem aħjar pass pass dan il-proċess. Ta' min isemmi, l-ewwel u qabel kollox, li din se tkun l-ewwel elezzjoni għall-Mexxej tal-Partit Laburista li għaliha jistgħu ma jivvotawx biss id-delegati tal-Partit iżda anke l-membri kollha, jiġifieri t-tesserati. It-tesserati se jkunu qed jivvotaw nhar is-Sibt 11 ta' April u minn għada jiħu n-nominazzjonijiet li jagħlqu nhar l-Erbgħa li ġej, 11 ta' Diċembru. Fil-fatt, anke jekk il-Konferenza Ġenerali hija l-ogħla organu tal-Partit Laburista, huwa l-Kungress tal-Partit li huwa responsabbli mill-elezzjoni tal-Mexxej tal- Partit. Fil-fatt, dan se jkun qiegħed jitlaqqa' bejn l-10 u t-12 ta' Jannar. Kemm trid tkun ilek tesserat biex tivvota? Aktar 'il fuq semmejna li t-tesserati jistgħu jilagħbu parti importanti mill- għażla tal-mexxej ġdid Laburista iżda fil-verità mhux il-membri kollha jistgħu jivvutaw għax mhux kollha jifformaw il- Kungress tal-Partit Fil-fatt, skont l-istatut tal-Partit Laburista, it-tesserati eliġibbli huma dawk li jkunu ilhom mill-inqas ħames snin konsekuttivi jħallsu. Għall-membri tal-Partit minn età ta' 20 sena jew inqas, il-perjodu ta' sħubija konsekuttiva jkun ta' tliet snin. Iżda l-ewwel isaffu l-għażla d-delegati... Anke jekk it-tesserati jistgħu jivvotaw, f 'każ li jkun hemm aktar minn żewġ kandidati, l-ewwel ma jivvotaw huma d-delegati tal-Partit. Fil-fatt, jekk wara nhar l-Erbgħa meta jingħalqu n-nomini, ikun hemm aktar minn żewġ kandidati, tissejjaħ Konferenza Ġenerali nhar it-Tnejn 6 u t-Tlieta 7 ta' Jannar. Nhar is-7 ta' Jannar, id-delegati jagħżlu żewġ kandidati minn dawk li jkunu qed jikkonestaw biex jibagħtuhom għall-vot tal- Kungress tal-Partit. Il-vot huwa sigriet. Ovvjament, dawk li jgħaddu għall-vot tat-tesserati, ikunu ż-żewġ kandidati li jkunu ġabu l-akbar ammont ta' voti. Il-Kungress jitlaqqa' mhux aktar tard minn ħmistax-il ġurnata wara d-data tal- għażla taż-żewġ kandidati mill-Konferenza Ġenerali. Fil-fatt, nistgħu ngħidu li din l-elezzjoni se tkun kemm jista' jkun qasira, tant li l-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista, kif rajna aktar qabel, diġà stabbilixxa li l-vot fil-Kungress se jsir tlett ijiem biss wara l-vot fil-Konferenza Ġenerali. Min huma d-delagati tal-Partit? Il-Konferenza Ġenerali tkun magħmula minn dawn id-Delegati: • il-Mexxej, • id-Deputati Mexxejja, • Uffiċjali fl-Amministrazzjoni tal-Partit, • l-Uffiċjal Eżekuttiv, • Membri ordinarji fl-Eżekuttiv Nazzjonali, • Delegati Lokali • Delegati Distrettwali: It-tliet uffiċjali fl-Amministrattiv Distrettwali u 39 Delegat għall-Konferenza, • Delegati reġjonali: Il-ħames uffiċjali tal-Amministrazzjoni Reġjonali għal Għawdex • Sezzjoni Kunsilliera: Delegat minn kull kunsill lokali, • Il-membri kollha tal-Grupp Parlamentari, • L-Ewroparlamentari tal-Partit, • Fergħat: 15-il delegat minn kull fergħa tal-Partit • Fondazzjoni: 22 Delegat (Il- Fondazzjoni tfassal u tħaddem programmi edukattivi, kulturali u sportivi) • Rappreżentanti tal-Partit barra minn Malta: Delegat għal kull Kumitat • Għaqdiet Affiljati: Mhux aktar minn tliet delegati għal kull għaqda • Delegati Onorarji U jekk jitfgħu n-nomina żewġ kandidati biss? F'każ li jkunu żewġ kandidati biss li jitfgħu n-nomina għall-kariga ta' Mexxej, ma jkunx hemm bżonn vot fil-Konferenza Ġenerali u għalhekk dawn jitressqu mill- ewwel għall-vot tat-tesserati. Kemm iridu jġibu voti? Ikun iddikjarat Mexxej tal-Partit dak il-kontestant li l-aktar li jġib voti validi mixħuta fil-Kungress tal-Partit, jiġifieri mit- tesserati. U jekk toħroġ persuna waħda biss? Teżisti wkoll il-possibbilità, u l-qasba qed iċċaqċaq, li jkun hemm kandidat wieħed biss. F'dak il-każ, din in-nominazzjoni titressaq għall-konferma quddiem il- Konferenza Ġenerali u mhux quddiem il- Kungress tal-Partit. Dwar in-nomina jsir vot sigriet u f 'dan il-każ, il-konferma jeħtieġ ikollha l-appoġġ ta' 50% + 1 tal-voti, biex persuna tkun iddikjarata Mexxej. Min jista' joħroġ għal Kap? Il-Kummissjoni Elettorali tilqa' n-nominazzjonijiet minn fost il-membri kollha tal-Partit Laburista. Fil-każ tal-Partit Laburista, is-sħubija fil-Partit hija miuħa għal kull persuna li għalqet l-14-il sena. L-istatut huwa ċar dwar dan: "Kull membru mħallas tal-Partit għandu dritt jikkontesta għal kull kariga fil-Partit..." Kull nomina jrid ikollha proponent u tkun issekondata. Kemm il-proponent u anke s-sekondant iridu jkunu delegati tal- Konferenza Ġenerali. "Kull nomina trid tkun iffirmata mill- proponent u s-sekondant u mill-membru propost u dawn għandhom ikunu regolari fil-ħlas tas-sħubija," jgħid l-istatut. Hemm madwar 10,000 membru li diġà huma eleġibbli li jivvotaw għax ilhom ħames snin konsekuttivi mħallsa. Hemm membri li mhumiex regolari b'dan il-mod iżda li għandhom ċans jirregolaw il-pożizzjoni tagħhom skont l-istatut. Potenzjalment dan jista' jtella' n-numru għal madwar 20,000. Kif se jintgħażel il-mexxej il-ġdid tal-Partit Laburista? Spjegazzjoni pass pass Kif se ssir il-votazzjoni? L-għażla kollha f'idejn it-tesserati? Min jista' jivvota? Kemm iridu jġibu voti l-kandidati? L-ILLUM tispjega pass pass l-elezzjoni għall- Mexxej ġdid Laburista Joseph Muscat kien ġie elett Mexxej tal-Partit Laburista, dak iż-żmien Malta Labour Party, fis-6 ta' Ġunju tal-2008. Dak iż-żmien, Muscat kien għad għandu 34 sena u kien Membru tal-Parlament Ewropew. Meta ġie elett Joseph Muscat, ma kinux ivvotaw it-tesserati iżda d-deċiżjoni kienet kollha kemm hi f 'idejn id-delegati. Fl-elezzjoni tas-6 ta' Ġunju, Muscat kien kaxkar il-voti. Dakinhar il-votazzjoni kienet bejnu u bejn George Abela (li wara sar President ta' Malta). Joseph Muscat kien ġab 66.4% tal-voti, jew inkella 574 vot mit-865 vot validu li kienu ntefgħu. Abela kien kiseb 291 vot (33.6%) Ġurnata qabel kien hemm votazzjoni oħra. Apparti Joseph Muscat u Goerge Abela, kienu ħarġu wkoll Michael Falzon, Evarist Bartolo u Marie-Louise Coleiro Preca. Anke jekk kontra erba' kandidati oħra, f 'din l-ewwel votazzjoni, Muscat kien tliet voti biss 'il bogħod mill-50% + 1 li kien hemm bżonn biex ikun elett Mexxej Laburista. Fil-fatt, il-Ġimgħa 5 ta' Ġunju 2008 huwa kien kiseb 435 vot u George Abela 200 vot.It-tliet kandidati l-oħra kienu eliminati, wara li Michael Falzon kiseb 181 vot, Evarist Bartolo 32 vot u Marie-Louise Coleiro Preca 26 vot. L-Eżekuttiv Nazzjonali approva b'mod unanimu l-proċedura biex il-Kummissjoni Elettorali tkun f'pożizzjoni li tirregola l-proċess bl-aktar mod organizzat, filwaqt li hemm ħin biżżejjed sabiex dawk interessati jkunu jistgħu jdaħħlu n-nomina tagħhom. L-Eżekuttiv Nazzjonali qabel li din id-deċiżjoni titressaq quddiem il-Konferenza Ġenerali li jmiss permezz ta' mozzjoni ta' proċedura. L-Eżekuttiv kien unanimu dwar din id-deċiżjoni. Tiftakar x'kien ġara meta ġie elett Joseph Muscat? Joseph Muscat ftit qabel ġie elett Mexxej ġdid tal-MLP

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 December 2019