Illum previous editions

ILLUM 8 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1190490

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 analiżi illum • IL-ĦADD 8 TA' DIĊEMBRU 2019 opinjonisti, persuni LGBTIQ, unjonista ... dwar Joseph! "Joseph Muscat irriforma l-Partit Laburista f 'moviment u għamlu iktar appellabbli għal uħud li kienu tradizzjonalment ġejjin mill-kamp Nazzjonalista. Però oġġettivament, dan għamlu fi sfond fejn il-poplu kien tilef il- fiduċja sew fil-Partit Nazzjonalista, u kwalunkwe mexxej tal-Partit Laburista kien jirbaħ f 'dan il-kuntest. Fl-opinjoni tiegħi, l-ikbar marka pożittiva ta' Muscat se tkun l-impatt progressiv li kellu fuq il-pajjiż, bil-liġi tal-Unjoni Ċivili u ż-żwieġ tal-istess sess tibqa' mfakkra għalih fl-istorja. Element pożittiv ieħor li jiġi f 'moħħi hi l-viżjoni li kellu fl-infrastruttura biex nibnu mill-ġdid it-toroq kollha tal-pajjiż. Però, l-ikbar timbru tiegħu, li bil- kbir jisboq dak pożittiv, kien wieħed negattiv ta' korruzzjoni lampanti li mhux biex wasslet għal serq sfaċċat tat-taxxi tagħna imma wkoll għall-qtil ta' ġurnalista. Joseph Muscat se jkun imfakkar għal korruzzjoni istituzzjonali u għall-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia." "Għalija Joseph hu u jibqa' l-Prim Ministru li ġab bidla l-pajjiż. Bis-saħħa tiegħu ġab bidla l-mentlalità tal-Maltin fejn illum kull ċittadin hu meqjus indaqs bla ebda preġudizzju." U ta' dan nibqa' nħobbu għal ħajti kollha." "L-unika triq li kien fadallu l-Partit Laburista li jirbaħ il-Gvern kienet li jbigħ il-prinċipji Laburisti, isir fotokopja tal- Partit Nazzjonalista u jħalli lill-votant mingħajr għażla. Biegħ ukoll l-idea ta' moviment. Moviment ttizju li kellu biss l-iskop li jattira nies, li l-verità qatt ma kienu ser ikunu komdi jivvutaw lill-Partit Laburista. Żewġ mossi politiċi li kienu biss jaqdu skop immedjat. Binja fuq ir-ramel ma treġix." "Għalija Joseph Muscat huwa Prim Ministru li wiegħed ħafna, u wassal it. Wiegħed il-ġid, li wassal biss għal it tal-qalba. Wiegħed l-Aqwa Żmien, li għall-popolin ma j sser xejn ħlief pagi miżeri, kirjiet m'għola s-sema, prezz ta' proprjetà li ttripiljat, imma l-pagi baqgħu staġnati. Prim Ministru Soċjalista li faqqar il-middle class, u tefa' l-lower class -abbissi ta' faqar li ilna ma naraw minn wara l-gwerra. Qed nerġgħu naraw familji jgħixu ġo kerrejja, għax ma ji lħux għal kera li tiswa iktar minn paga minima. Ma nkunux qed nesaġeraw meta ngħidu li għandna l-prezzijiet ta' Londra, bil-pagi tal-Greċja. Imma sfortunatament, se jibqa' msemmi -istorja bħala l-Prim Ministru li ħammrilna wiċċna mad-dinja, meta għatta għall-Ministru u ċ-Chief of Sta li kellhom kontijiet il-Panama. Għalaq għajnejh għal li kien qed jiġri madwaru bir-riżultat li it metri mill-iskrivanija tiegħu, l-ista ta' madwaru huma kompliċi f 'assassinju li waħħax lid-dinja, mhux lil Malta, biss. Ma jistax ikun ma jafx li Keith Schembri kien f 'kuntatt ma' Yorgen Fenech kuljum. Ma jistax ma jkunx jaf li Keith għadda l-messaġġi lil Yorgen permezz tat-tabib. Keith Schembri kemm-il darba qalu li hu u Joseph kienu ħbieb intimi, mit-tfulija. Issa ħarġet li Yorgen u Keith ukoll ħbieb intimi mit-tfulija, u jmorru jsajru għand xulxin. Allura, Yorgen lil Joseph ma jafux?! Possibbli? Ma jistax ma jkunx jaf li Melvin euma ntefa' fuq il-payroll tal-istat bħala ħlas tas-servizz li ta: li qabbad il-qattiela ta' Daphne. Ma jistax ikun li ma jafx dawn l-a arijiet kollha, li kienu għaddejjin taħt imnieħru. M'aħniex nitkellmu fuq bniedem iċċassat, qed nitkellmu fuq bniedem intelliġenti hawn. Joseph Muscat bilfors kompliċi ma' dan kollu li ġara u li qiegħed jinkixef. Joseph Muscat irid jirreżenja, u jrid jiġi investigat bħala kompliċi -assassinju ta' Daphne." "Il-mexxej tal-ħaddiema li ħalla lin- negozjanti jagħmlu li jridu, anki joqtlu ġurnalista. Is-soċjalisti tan-nies l-garaxxijiet." "Joseph Muscat wiegħed li taħt it- tmexxija tiegħu pajjiżna jkun tagħna lkoll, iżda min ok ippermetta li Malta tinħakem mill-kriminalità organizzata. Ser jibqa' mfakkar l-aktar għall-fatt illi taħtu l-istituzzjonijiet nazzjonali kkollassaw u li kien dan li għamilha possibbli li tinqatel il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia b'tant faċilità." Wayne Hewitt Celine Paris Bryan Manning Vanessa Farrugia Matthew Borg Robert Aquilina pożittiv, kien wieħed biex wasslet għal serq għall-qtil ta' ġurnalista

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 December 2019