Illum previous editions

ILLUM 8 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1190490

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

16 opinjoni Malta jixirqilha aħjar Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson ta' Alternattiva Demokratika IL-ĦADD 8 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum Joseph Muscat għandu jwarrab illum qabel għada: biex ikun assigurat li tieqaf il-protezzjoni li huwa qed jagħti lil ta' madwaru M eta naqraw ir-rapporti dwar ix-xhieda li Melvin euma – li għadu kif ħa l-proklama – ta' quddiem il-Maġistrat li qed tiġbor il-provi dwar l-assassinaz- zjoni ta' Daphne Caruana Galzia, bla dubju tiksaħ u tħossok ittradut. Tiksaħ minħabba li l-lingwaġġ użat jindika brutalità u kefrija. Tħossok ittradut minn Joseph Muscat li għandu fiduċja f 'numru ta' kriminali. Malta jixirqilha aħjar minn hekk. Fl-awla tal-maġistrat, huma u jissemmew l-ismijiet ta' diversi persuni flimkien mad-deskrizzjoni ta' dak li għamlu jew qalu tibqa' tidwi l-mistoqsija jekk huma kinux konxji dwar kif dak li qalu jew għamlu jikkuntrasta jew jaqbel ma dak li qal jew għamel ħaddieħor. Hi inevitabbli wkoll il-mistoqsija dwar jekk l-imgħallem kienx konxju ta' dak li kien għaddej. Ħallewh fil-għama jew żammewh infurmat b'kollox, pass pass? Ma hemm l-ebda tweġiba għal dan, s'issa. Is-suspetti jibqgħu suspetti sakemm jinġiebu provi sodisfaċenti. Imma dawn is-suspetti jibqgħu hemm sakemm il-punti interrogattivi jibqgħu mhux imwieġba, u kulħadd jagħtihom it-tifsira li tagħmel l-iktar sens għalih. Biż-żmien iżda, insiru nafu iktar b'mod partikolari meta, kif jgħidu, il-ġrieden jaħarbu mill-bastiment li qed jegħreq! Il-pajjiż ma jistax jistrieħ sakemm il-verità kollha tkun magħrufa, għax il-pajjiż ġie ttradut. Il-fatti dwar min ordna l-qtil u dwar min fil-fatt wettqu qed jiċċaraw kontinwament. Qed ikun ukoll dejjem iktar ċar li l-kmamar tal-interrogazzjoni fid-Depot tal-Pulizija qishom passatur tant ħierġa informazzjoni minn hemm ġew. Għax x'inhu l-iskop li l-Pulizija jinterċettaw it-telefon ta' min ikun suspettat, jekk min ikun taħt osservazzjoni jkun avżat? Yorgen Fenech, nhar il-Ħamis, fil-pedana tax- xhieda qal b'mod mill-iktar ċar li Keith Schembri fetaħlu għajnejh li t-telefonija tiegħu kienet taħt osservazzjoni mis- Servizzi tas-Sigurtà. Huwa fid-dawl ta' dan kollu (u iktar) li l-Kabinett ħassu mifxul u nsista li jkollu spjegazzjoni l-għaliex Keith Schembri, li sa it ilu kien Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, għadu ma ġiex investigat kif imiss. Minn dak li smajna s'issa jidher li jekk Keith Schembri jkun interrogat sewwa, mingħajr indħil minn Joseph, jista' jkun hemm riżultati li jkunu ta' għajnuna għall-investigazzjoni. Din hi waħda mir-raġunijiet importanti l-għala Joseph Muscat għandu jwarrab illum qabel għada: biex ikun assigurat li tieqaf il-protezzjoni li huwa qed jagħti lil ta' madwaru. Il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari għandhom jirrealizzaw li huma kkontribwew għall-kriżi li għaddejjin minnha u jridu jerfgħu fuq spallejhom ir-responsabbilità għaliha. Kemm fuq bażi personali kif ukoll b'mod kollettiv bħala Kabinett. Dan minħabba li naqsu milli jieħdu passi deċiżivi hekk kif ġew ippubblikati d-dokumenti magħrufa bħala l-Panama Papers. Dakinhar meta ma ħadux passi dwar Keith Schembri u Konrad Mizzi wasslu messaġġ wieħed ċar: li f 'dan il-pajjiż kollox jgħaddi. Il-liġi, anzi l-istess liġi, għandha tapplika għal kulħadd. Dan sfortunatament donnu ma jgħoddx għal Keith Schembri li filwaqt li jipprova ma jagħtix fil-għajn jitħalla jagħmel li jrid. Fl-indirizz lin-nazzjon nhar il-Ħamis li għadda, il-President tar-Repubbika George Vella wissiena lkoll li f 'dan iż- żmien diffiċli lkoll għandna l-obbligu li nkunu iktar razzjonali u kalmi u inqas emottivi. Għax Malta jixirqilha aħjar. Lil hemm għandna nimxu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 December 2019