Illum previous editions

ILLUM 8 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1190490

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

Maria Camilleri. Min jaf dawn x'jaħsbu fuqu llum? Marlene Farrugia żgur li ma għadhiex iċċapċaplu, anzi saret waħda mill-akbar kritiċi tiegħu. George Vella kien dak li mbuttah biex joħroġ għal mexxej tal-Partit Laburista. Ironikament illum huwa l-President li quddiemu Muscat kellu jmur bid-disfatti f 'idu biex jgħidlu li se jirriżenja. Interessanti kif daħal l-politika ħafna warajhom u spiċċa biex telaq qabilhom ukoll. "Lawrence Gonzi, the honeymoon is over" Hawnhekk mill-folla, partitarju kien għajjat: "Mhux ta' b'xejn imwerwrin in- Nazzjonalisti." Għal dak li kien qal dan il-partitarju, Muscat wieġeb: "Lawrence Gonzi, the honeymoon is over ... we are back in business big time." Dan il-partitarju kien xi it jew wisq profetiku. Għax Muscat mhux biss qajjem fuq saqajh lill-Partit tiegħu iżda niżżel għarkopptejh lill- Partit Nazzjonalista. Ħasra li minħabba n-nuqqas ta' azzjoni tiegħu fuq dawk ta' madwaru, spiċċa biex issa daħħal lill-Partit Laburista kriżi, li anke jekk mhux se ttelfu elezzjoni, se jdum imċappas biha. "Iva nistgħu. Għax se nkunu Oppożizzjoni. Se nkunu l-wiċċ ta' Malta ġdida. Dan il-partit se ji aħ il-bibien tiegħu għal kulħadd ... min ma ħassux komdu -aħħar snin, ġimgħat, jiem, il-bibien tagħna se jkunu mi uħin. Fejn mhux se jiġu huma, se mmur jien," kien qal Muscat. "Imbagħad irridu nħarsu 'l quddiem biex nattiraw lejna nies li forsi qatt ma ħolmu li jkunu parti mill-Partit Laburista." It-terremot ta' Muscat... Hawn Muscat jirri etti fuq l-iskop tal-Partit Laburista. Fi kliemu "neċċedu u nisbqu l-aspirazzjonijiet ambjentali, ekonomiċi u soċjali tal-Maltin u l-Għawdxin kollha. Biex hekk inwettqu l-ħolma li Malta tkun l-aqwa -Ewropa." L-aspirazzjonijiet ambjentali ma naħsibx li Muscat eċċedihom, għall-kuntarju. Dawk ekonomiċi u soċjali forsi. Li hu żgur huwa li baqa' konsistenti meta jgħid li jrid li Malta tkun l-aqwa - Ewropa. Ekonomikament vera. Fejn jidħlu drittijiet ċivili vera wkoll. Imma x'ħasra li llum l-Ewropa qed tħares lejna għar- raġunijiet il-ħżiena! Il-famuż terremot. "It- terremot intern li se nkunu qed inwettqu x-xhur li ġejjin, forsi mhux se jogħġob lil kulħadd ... imma huma bidliet bżonjużi," kien qal Muscat. Ħasra li t-terremot laqat ukoll il-kurituri ta' Kastilja, heżżiżha mis-sisien u żgur li ma għoġobx lil kulħadd. Reġa' wiegħed staġun politiku ġdid u qal li mhux biss se jkunu Oppożizzjoni soda, iżda se taħdem ukoll id f 'id mal-Gvern fejn ikun hemm bżonn. Kien qal li se jiltaqa' ma' Lawrence Gonzi biex ji urmaw front wieħed, biex "l-Oppożizzjoni mhux t xkel iżda tgħin." Tirri etti it dwar dan, kważi kważi tħoss in-nuqqas ta' dak iż-żmien. Kienu rivali, iżda Lawrence Gonzi u Joseph Muscat dejjem irrispettaw lil xulxin. Mas-suċċessuri ta' Gonzi, Muscat ma tantx qabel u t-tensjoni politika baqgħet teskala ġurnata wara l-oħra biex wasalna fejn qegħdin illum. "Dak huwa l-istil politiku ġdid li tant hawn għatx għalih," jgħid Muscat. Ħasra li sitt snin wara li sar Prim Ministru minn dan l-istil politiku ġdid ma fadalx lanqas farka u Muscat se jitlaq iġorr bagalja kbira ta' nuqqasijiet, anke jekk forsi ħafna minnhom huma frott l-egoiżmu ta' dawk ta' madwaru. Qaleb id-diskors u qal li jrid jagħmel miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista "l-akbar fabbrika ta' ideat progressivi ta' dan il-pajjiż." Hawnhekk lil Muscat ninżgħulu l-kappell. "Jgħidu li aħna l-Laburisti nitbaqbqu. Imma għax qiegħed f 'demmna. Dak it-tbaqbiq politiku, jiena rrid insarrfu f 'enerġija enormi, pożittiva, ta' ġenerazzjoni rebbieħa," kompla Muscat. "Għajtuli Joseph ... wara Joseph ma hemm ħadd..." L-immaġini għal Joseph Muscat kienet importanti u sa mill-ewwel diskors tiegħu. "Taf kemm nieħu gost tgħajtuli Joseph u hekk ibqgħu għajtuli," kien qal lill-partitarji. Obdewh. "Kont Joseph, għadni Joseph u se nibqa' Joseph u wara Joseph ma hemm ħadd," kien kompla jisħaq. Kieku kellu jerġa' jirrepetiha llum, it-tweġiba ta' bosta x'aktarx li se tkun: "Joseph warajk kien hemm Keith, l-akbar żball tiegħek." Wara kollox, hu stess qal li qed iħossu "ttradut" minnu. "Ħobbuha għax hi tħobbkom" Lura għad-diskors. Hawn Joseph idur fuq Michelle. Żgur li l-aktar frażi popolari ta' dan id- diskors kienet: "Ħobbuha għax hi tħobbkom." Għal Joseph il- famija minn dejjem importanti. Kienet parti mill-pakkett tal- immaġini tiegħu u hekk se tibqa' sal-aħħar ġurnata, tant li mil-lum qed idur il-lokalitajiet akkumpanjat minn martu u minn uliedu. "Isse se noħorġu minn hawn u se nwasslu messaġġ wieħed. Il-Partit Laburista huwa magħqud.. din id-dar tagħna lkoll ... aħna familja waħda, familja Laburista, familja Maltija, familja Għawdxija..." temm jgħid Joseph. Minn hemm jibda l-vjaġġ ta' Joseph Muscat tul ħdax-il sena. Minn ħadd, għal rebbieħ, għal eroj, għal "tradut." 07 analiżi illum • IL-ĦADD 8 TA' DIĊEMBRU 2019 Kont Joseph, għadni Joseph u se nibqa' Joseph u wara Joseph ma hemm ħadd Joseph Muscat dieħel -u ċċju tal-Mexxej għall-ewwel darba

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 December 2019