Illum previous editions

illum 24 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/368914

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

Il-Ħadd 24 ta' Awwissu 2014 | illum 11 hemm is-Santwarju. Wara din ż-żjara tkellimt ma' Dun Gerard li qalli li kemm ilu miftuħ dan il- mużew żaruh madwar 3,000 persuna mqassmin hekk April - 431, Mejju - 737, Ġunju – 1,124 (ix-xahar tal-festa ta' Pinu) u Lulju - 757. Nhar il-Ħadd li għadda l-mużew kien miftuħ għal pubbliku u żaruh madwar 300 persuna. "Nixtieq li jżuruh iżjed nies," qalli Dun Gerard, "turisti barranin ftit jew xejn iżuruh għax il-gwidi jkunu jridu l-kummissjoni u jien ma nagħtix kummissjoni mill-ftit li nitolbu. Anke diversi Maltin ġieli jiġu u meta tgħidilhom li jridu jħallsu jitilqu 'l barra sfortunatament. Ġieli jiġu b'kowċ u meta jaraw li jridu jħallsu nofshom jerġgħu jitilgħu fil-kowċ" temm Dun Gerard. Jien esperjenzajt din iż- żjara u niggarantilkom li t-€3 li tħallas ikunu l-aktar €3 minfuqin tajjeb! il-Ħadd li għadda il-kappella llum hemm is-Santwarju ta' Pinu Jekk tisma' xi ħaġa interessanti għidhieli. Jekk tilmaħ lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil- mowbajl. Ibgħat imejl fuq poodle@mediatoday.com.mt isejjaħ … It-tablet ta' Fra Ġużepp Mela Dun Joe Borg, dak il-ħelu li fi żmienna konna nafuh bħala Father Beirut huwa persuna devot ħafna. Tant hu devot li meta rajtu fil-purċissjoni ma stajtx ma ninnutax li kellu fuqu tablet. Le, mhux bħal ta' Mosè, imma tablet elettroniku fejn Dun Joe kien qed jara l-aħħar aħbarijiet dwar il-patrun qaddis tiegħu favorit San Ġużepp. Eħħ, imma saċerdot imqareb, mhux bħal Dun Jesmond Gauci magħruf bħala l-Papa, qalilna li Dun Joe mhux fuq San Ġużepp kien qed ifittex imma fuq xi menu take away. Għax jekk ma tafux Dun Joe dilettant tal-ikel u jħobb jordna t-take aways Indjani, fil-kwiet ta' daru. Ovvjament waħduuuuu. Dejn sabiħ Mela kelb ħabib qalli kemm għandu jagħti flus ċertu deputat fil-Parlament Ewropew lil ċertu aġenzija tal-ivvjaġġar. Issa ma nistax nifhem kif parlamentari jista' ma jħallasx għal biljetti tal-ajru, b'mod speċjali meta għandu tant fondi sbieħ biex jagħmel festa festun. Lanqas nista' nifhem kif ħadd għadu ma drahx lil dan il-parlamentari, l-iktar, l-iktar meta wieħed jara li fil-passat kien ħawwiedi mhux ħażin. Kill Bill Vol 3 Kont id-depot u kelb tal-pulizija kien qed jisma' lil dawn iż-żewġ uffiċjali tal-pulizija jitkellmu bejniethom. "Kemm qed nieħu pjaċir b'dan il-qtil tat-Tyson, taf hux, dawn qed jagħmlulna xogħolna dawn il-qabda ħmieġ." "Iva Spir, irrisponda l-ieħor kieku jien intihom l-armi ħa joqtlu lil xulxin." "Min qallek li mhux hekk qed isir?" "Tgħidlix?" qallu l-ieħor. U t-tnejn tbissmu u ħarsu madwarhom: "Tgħajjatx għax jisimgħu dak li qed ngħidu." Altogether at Villa Francia Kemm ħadet pjaċir Michelle hekk kif ħadet b'idejn all the big boys hekk kif waslu għad- drinks party f 'Villa Francia. Kienet okkażjoni importanti biex kulħadd joħroġ ilsienu għal Prim Ministru tagħna lkoll, Joseph. Idur u jħuf kien hemm il-Ministru Cardona, magħruf li ma tantx iħobb iħares lejn in-nisa. Kemm huma ħelwin bħala koppja hux Michi u Joey. Jien irnexxieli nidħol fil-ġnien ukoll, u smajt lil Joseph idur fuq Michelle u jgħidilha: "Ma tantx niflaħ, u kif ngħid li għandi ngħid se naħrab sad-dar." "Okay honey," qaltlu Michelle u tatu bewsa minn dawk. Hekk kif kien ħiereġ ġie fuqu big boy Sandro Chetcuti. Ħareġ ilsien kbir u qallu b'dak il-vuċi mimli ħsejjes taż-żrar imkisser: "Okay Prim? Diġà sejjer? Prosit tad-diskors, veru tajjeb, veru on the spotty." "Thank you," qallu l-Prim. Daħal fil-karrozza sewda bil-ġild kulur it-tofì u dar fuq id-driver: "Ommi ma, on the spotty qalli, minflok on the spot, kif narah inkun se nirremetti!" Fra Ġużepp fuq it-tablet Bil-fondi li għandu jagħmel festa festun! Kieku jien intihom l-armi ħa joqtlu lil xulxin All the big boys... Il-poodle

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 August 2014