Illum previous editions

illum 24 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/368914

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

Il-Ħadd 24 ta' Awwissu 2014 | illum 3 Il-fenomenu tal-bramel bl-ilma bis-silġ Busuttil jinnomina l-ġurnalista favorita u t-'tfajla' tiegħu TIM internazzjonali ta' ġeologi se jibdew spedizzjoni fuq il-baħar biex jesploraw l-Iskarpata ta' Malta. Jiġifieri rdum taħt l-ilma li jestendi 250 kilometru u f 'xi postijiet dan jilħaq għoli ta' 3.5 kilometru (li hu ogħla mill- Vulkan Etna). Dan it-tim se jkun immexxi minn Dr Aaron Micallef mid- Dipartiment tal-Fiżika fl- Università ta' Malta u l-fondi ġejjin kollha mill-Fondi Ewropej bħala riċerkaturi ta' Marie Curie. Tkellimna ma' Dr Aaron Micallef li qalilna li dan il- fenomenu għandu madwar 60 miljun sena u hu l-akbar wieħed tan-natura tiegħu fid-dinja. "Kien diġà sar studju sentejn ilu fejn studjajna l-aktar parti baxxa ta' dawn l-irdumijiet u studjajna madwar 70 valanga," qalilna Dr Micallef, "minħabba l-widien kbar ta' tajn li hemm f 'dawn l-irdumijiet jagħmilha aktar diffiċli biex ikollok id-dettalji eżatti. Għalhekk issa għandna tagħmir aktar avvanzat u għandna sistema sonari li tista' tagħmel mapep 3D. Se nużaw ukoll speċi ta' katusa kbira li minnha se niġbru kampjuni ta' tajn u ramel u se nibqgħu neżlin sa 4,000 metru. Se jkollna aktar mappa dettaljata ta' dawn l-irdumijiet u jkollna l-istampa kollha. "Dan l-istudju kollu għandu jagħti riżultati importanti biex mill-passat nitgħallmu x'jista' jiġri fil-futur. Irridu naraw aktar valangi għax dawn jistgħu jikkawżaw tsunami. Naraw ir-rekords ta' terremoti kbar li saru fil- passat u kemm-il darba ġraw u nkunu nistgħu nqabblu t-tibdil ambjentali tal-lum ma' miljuni ta' snin ilu" temm Dr Micallef. B'din l-ispedizzjoni jkun aktar faċli għal ġeologi biex tinħadem statistika u wieħed jipprova jilqa' għal xi tip ta' diżastru naturali li jista' jkun hemm minn żmien għal żmien. Min hu interessat f 'din l-ispedizzjoni jista' jsegwi l-attivitajiet abbord il- bastiment fuq is-sit tal-vjaġġ (cumecs2.blogspot.com) u l-paġna ta' Facebook (www. facebook.com/cumecs2) Irdumijiet enormi taħt Malta "Ministru tal-Ambjent impotenti" L-għaqdiet favur l-ambjent huma urtati għal Leo Brincat LGĦAQDA Flimkien għal Ambjent Aħjar, Friends of the Earth u Ramblers' Association sejħu lill- Ministru tal-Ambjent Leo Brincat bħala Ministru mutu u impotenti, dan fid- dawl tax-xiri riċenti ta' art pubblika u li huma jsejħu bħala serq, tant li l-għaqdiet nedew petizzjoni bil-għan li l-Prim Ministru jipproteġi art pubblika u sabiex il-MEPA toġġezzjona l-estensjoni tal- Lido f 'Ferro Bay. L-għaqdiet saħqu li l-artijiet qed jinħatfu f 'diversi żoni inkluż f 'postijiet fejn mhux mistenni bħal San Blas, Marsalforn, Kemmuna, Mellieħa, Buġibba, Tas- Sliema, Ta' Xbiex, il-Birgu u Marsaskala. Aċċennaw speċjalment għall-fatt li l-kosta f 'Għawdex fejn numru ta' ristoranti qed jieħdu l-promenade f 'bajjiet bħal Marsalforn, Xlendi u l-Kantara fi Mġarr ix-Xini. Huma tkellmu wkoll dwar lakuni fir- regolamentazzjonijiet il-ġodda u l-fatt tal-applikazzjonijiet mgħaġġla li qed jibagħtu messaġġ ħażin lill- iżviluppaturi. Fost il-bajjiet li qed jinħatfu bl-addoċċ hemm Kemmuna, San Blas, Tas-Sliema u Buġibba

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 August 2014