Illum previous editions

illum 24 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/368914

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

28 illum Il-Ħadd 24 ta' Awwissu 2014 SPORTSillum Floriana BC mistennija jimpressjonaw wara staġun diżastruż WARA l-istaġun diżastruż tas-sena l-oħra li kien l-istaġun ta' wara r-rebħ tal-kampjonat, Floriana Basketball Club jidher li reġgħu qamu fuq saqajhom għall-istaġun li ġej permezz ta' numru ta' akkwisti importanti li saħħew iktar l-iskwadra u anke permezz tal-konferma tal-kowċ Christoph Stolp f 'Mejju li għadda. Biex ikollna stampa aħjar ta' kif Floriana BC qegħdin iħejju ruħhom għall-istaġun li ġej li se jkun qed jibda minn hawn u ftit jiem oħra dan il-ġurnal iltaqa' mal-PRO ferm ħabrieki tal-istess klabb, Erik DeBattista, li tana stampa aħjar tat-tħejjijiet ta' Floriana Basketball Club għall-istaġun li ġej. Huwa saħaq li "Bdejna naħdmu minn kmieni sforz ukoll li ma konniex qed nilagħbu l-playoffs. Immedjatament wara l-konferma ta' Stolp, ħabbarna l-akkwist ta' Nikola Vasovic mingħand Luxol, wieħed mill-iktar plejers promettenti fix-xena lokali, filwaqt li ġeddidna l-kuntratt ta' Dirk Schembri għal tliet snin wara diċeriji li kien se jieqaf. Ftit wara ħabbarna wkoll lil Nigel Sultana u lil Marco Mercieca (li se jingħaqad ma' ħuh Ian, Furjaniż, il-captain tal-ewwel kampjonat u llum President tal-klabb). Ġew ikkonfermati wkoll Omar Shamala, David Agius, Sean Borg, Billy Zammit u Clayton Calleja, filwaqt li David Camilleri u Peter Shoults ingħaqdu ma' Hibs u Virtus rispettivament. Nemmen li sa ġimgħa mill-għeluq tas-suq tat- trasferimenti konna flimkien mad-Depiro l-iktar timijiet armati. Imbagħad ġrat xi ħaġa li ħadd ma stenna. It-tim tad-Depiro tal-irġiel neħħa l-aħjar plejers tiegħu u minn dan ibbenefikaw l-iktar Virtus (klabb ġdid) u Athleta. Dawn tal-aħħar kienu qed ibatu biex ikollhom tim kompetittiv wara li tilfu lil Shawn Pace u David Bugeja, żewġ żgħażagħ promettenti ħafna, u rtira Steve Schembri, wieħed mill-aqwa plejers Maltin ta' kull żmien. Fi żmien ġimgħa reġgħu ramaw bil-kbir bi tliet plejers tad-Depiro fosthom Roderick Vella, li hu plejer eċċezzjonali u li nemmen li s-snin li ġejjin se jkunu l-aqwa tiegħu. Bi plejers rinomati bħal Michael Naudi u Omar Said jider ċar li għal darb'oħra l-Athleta se jkunu l-aqwa forza tal kampjonat. Nammetti li xi ftit ħassejniha peress li aħna konna ilna ħafna nippjanaw u xejn ma seta' jippreparana għall-aħħar ġimgħa tat-trasferimenti. Imma min-naħa l-oħra huwa tajjeb ukoll għal- logħba Maltija li se nkunu iktar klabbs qed niġġieldu għall-unuri. Fortunatament iffirmajna lil Lee Ross ukoll fl-aħħar minuti tas-suq tat-trasferimenti. Lee kien żgur wieħed mill-aqwa plejers tal-istaġun li għadda u kien il-pedina perfetta biex nagħlqu l-lista tal- Maltin. Minn kif qed jidhru l-affarijiet s'issa, aħna u Virtus se nkunu l-ikbar xewka għad- dominanza ta' Athleta, avolja ħadd ma jista' jissottovaluta l-grinta tas-Siġġiewi u l-esperjenza tal-Luxol. Iż- żgħażagħ tad-Depiro jistgħu wkoll joffru xi sorpriża. Intant, bħal kull tim f 'kull tip ta' sport huwa importanti li jkollu nursery b'saħħitha u li tipproduċi talenti ġodda għall-futur qarib ta' dak it-tim partikolari. U dan jgħodd ukoll għall-klabb tal-basketball ta' Floriana li fil-fatt qed taħdem ħafna fuq dan ir-rigward. Erik DeBattista tana iktar dettalji: "Fil-fatt apparti mit-tim tal-kbar qed naħdmu ħafna fuq is-settur tan-nursery u din is-sena se nilagħbu f 'erba' kategoriji tal-bniet u se nintroduċu l-kategorija U12 tas-subien wara ħafna snin. Qed naħdmu qrib ħafna mal-iskejjel fosthom Stella Maris tal-Gżira, li minn hawn nixtieq nirringrazzjahom. It-triq hija twila u iebsa għax hawn ħafna kompetizzjoni minn klabbs u sports differenti. Għajnuna nammetti ma tantx issib u r-riżorsi u l-faċilitajiet huma ftit, imma mhux se naqtgħu qalbna għax nemmnu li l-futur tal-klabb huwa fl- istrutturi u fiż-żgħar." It-tim ta' Floriana BC jiċċelebra bil-kbir wara li rebaħ l-ewwel kampjonat -istorja tiegħu -2013 "Ir-rebħ tan-knockout kien ta' sodisfazzjon kbir" – Matthew Bonello HEKK kif fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet Neptunes rebħu t-22 knockout fl-istorja tagħhom, dan il-ġurnal għamel kuntatt mal- President ferm ħabrieki tal-istess klabb Matthew Bonello fejn talbu l-kummenti tiegħu rigward x'fisser dan l-unur għal dan it-tim bi storja glorjuża fil- waterpolo lokali. Bonello afferma li "Ir- rebħ tan-knockout kien ta' sodisfazzjon kbir, mhux biss għall-unur mirbuħ għat- 22 darba fl-istorja tagħna, imma anke minħabba l-prestazzjoni mill-aqwa tat-tim fil-ġurnata, kontra r-rivali eterni, Sliema. Wara kollox, in-knockout huwa wkoll l-iktar unur importanti wara l-kampjonat, u din kienet ukoll it-tielet darba f 'erba' snin li rbaħna dan l-unur. Din ir-rebħa timlina wkoll bil-kuraġġ għall-aħħar logħbiet tal-kampjonat, li naturalment jibqa' t-tragward prinċipali tagħna. Għalkemm it-tim jinsab għaddej minn mument ta' forma tajba u għandna vantaġġ ta' ħames punti fuq l-eqreb rivali Sliema, importanti ħafna li nżommu konċentrazzjoni massima u impenn sħiħ sal-aħħar. Se nagħmlu l-almu tagħna biex nirbħu l-logħba li ġejja kontra Sliema, li tagħtina ċ-ċertezza matematika li nirbħu dak li jkun kampjonat storiku għall- klabb tagħna u anke għall- waterpolo lokali," temm jgħid Matthew Bonello. Plejers u diriġenti ta' Neptunes WPSC jiċċelebraw bil-kbir wara r-rebħ tat-22 knockout -istorja glorjuża tagħhom

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 August 2014