Illum previous editions

illum 24 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/368914

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 31

Il-Ħadd 24 ta' Awwissu 2014 | illum 19 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SGN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Sit: www.illum.com.mt • Imejl: illum@mediatoday.com.mt T ħossok ma tiaħx u tmur għand it-tabib u wara serje ta' testijiet tispiċċa mgħarraf li għandek l-ALS, jiġieri, amyotrophic lateral sclerosis, marda li hi magħrufa wkoll f 'pajjiżi bħall- Amerka bħala l-marda ta Lou Gehrig. Tinħasad għax forsi qatt ma smajt biha u titlob lit-tabib jispjegalek xi tfisser. Jgħidlek li minħabba din il-marda biż-żmien ġismek se jiddeġeneralizza u ftit ftit mhux se jirnexxilek tibqa' tiċċaqlaq aktar jew talanqas titkellem. Tissomma hekk kif tisma' dan trid jew ma tridx ikollok taċċetta li fl-aħħar mill-aħħar din il-marda se teħodlok ħajtek. L-ewwel mistoqsija leġittima li ssaqsi "Kemm fadalli żmien?" Probabbilment għax minn quddiem għajnejk għaddejjin xbihat tal-għeżież tiegħek li se tħalli warajk. Jinfurmak li l-proċess tal-iżvilupp komplet tal-marda jieħu bejn tlieta u ħames snin. Imma kif taċċetta dan kollu jekk għadek żagħżugħ jew żagħżugħa? Kif taċċetta dan kollu jekk din il-marda tkun fuq xi ġenitur tiegħek li sa ftit ilu kienu mimlijin saħħa? U għala ntgħażlet din it-tip ta' sfida? Għax aħna nistgħu nħossu x'inhu barmil ilma kiesaħ, min ibati minn din il-marda jibda ma jħossx partijiet ta' ġismu u biż-żmien jispiċċa ma jistax jużahom. Fl-Amerka hemm madwar 30,000 persuna li qed ibatu minn din il-kundizzjoni. Iżda m'hemmx inċentiva biżżejjed biex kumpaniji farmaċewtiċi jaħdmu biex isibu kura għal din il-marda. Għala? Għax m'hemmx suq għaliha. Ma tantx hemm nies li jbatu minna, jgħidu, m'hemmx profitti fuqha, jgħidu, allura ma ninvestux. Jgħidu. Din il-kampanja li għaddejja bħalissa mal-erbat'irjieħ tad-dinja hi propju intenzjonata sabiex jinħoloq għarfien aħjar fuq l-ALS. L-idea li nitfgħu barmil ilma kiesaħ fuq rasna mhux qed issir b'kapriċċ, mhux qed issir għax boloh u għax irridu nidhru fuq is-siti soċjali li aħna għamilniha wkoll! Kif ħafna donnhom qed jagħmlu. Qed issir sabiex jinġabru fondi li bihom tista' tiżdied ir-riċerka fuq din il-marda u biex jekk forsi ma tinstabx kura, talanqas ikun hemm mediċini li b'xi mod jistgħu jtaffu l-effetti li ġġib magħha l-ALS. Fil-jiem li għaddew rajna litteralment pandemonju sħiħ. Tidħol fuq il-mezzi soċjali, infestati bil- vidjos ta' nies li għamlu din l-isfida. Barmil ilma friżat, bis-silġ jekk jista' jkun, u titfgħu fuq rasek! X'gost! X'dehxa! Jew forsi mhux daqshekk dehxa, għax tieħu naqra ruħ fit-tidlik u r-riħ isfel li qed jagħmel! Imma kollox laħaq il-qofol tiegħu meta anke l-Prim Ministru għamel din l-isfida, bi ftit sigħat wara l-President u għexieren ta' personalitajiet oħra Maltin. U anke Ċikku l-poplu qabad jagħmilha. Tiskanta, anke fuq il- BBC kien hemm filmat ċkejken ta' personalitajiet li għamluha. Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil m'aċċettax l-isfida u minflok ta donazzjoni ta' €100 lil Puttinu Cares. In-nagħaġ ta' Bendu qabdu jixxenaw quddiem il-kameras u jitfgħu l-filmati fuq Facebook mingħajr ma jafu x'inhuma jagħmlu. Bil-maġġoranza tagħhom jinsew l-għan ta' dan kollu u jaraw biss li jitfgħu l-barmil, fliskatur, bieqja, li tkun, bi ftit ilma. Ejja ma nkunux boloh u nifhmu r-realtà ta' dan kollu. S'issa din il- mewġa ta' filmati ġabret iktar minn $62.5 miljun. M'hemmx għalfejn toqgħod titbellah quddiem il-kamera, tista' taqbad u tagħti, lil min hu fil- bżonn. F'idejk. Barmil ilma friżat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 August 2014