Illum previous editions

illum 24 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/368914

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Il-Ħadd 24 ta' Awwissu 2014 | illum 25 SPORTSillum Ritratt: Joe Borg Valletta jibqgħu mingħajr rebħa wara żewġ logħbiet Valletta................. 0 Tarxien R ............... 0 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT VALLETTA baqgħu ma rebħux it-tliet punti minn żewġ logħbiet wara li lbieraħ ġew miżmuma f 'parità ta' mingħajr gowls kontra Tarxien Rainbows. Niftakru li nhar il-Ħadd li għadda huma sorprendenatment tilfu bl-iskor minimu ta' 1-0 kontra Mosta waqt li ftit jiem qabel kienu tilfu bl-iskor ta' 2-1 kontra l-arċi-rivali Birkirkara fil- BOV Super Cup. B'hekk nistgħu ngħidu li Valletta li għandhom tim inferjuri għall-istaġun li għadda, xejn ma kellhom bidu feliċi f 'dan il-kampjonat. Valletta kienu mingħajr il-plejer internazzjonali Roderick Briffa li għadu qed jirkupra minn injury. Il- Beltin ħolqu l-ewwel periklu fil-logħba fit-22 minuta permezz taż-żagħżugħ Luke Montebello iżda Lopes Pereira antiċipah tajjeb biex evita kull periklu għat-Tarxinżi. Eżattament qabel tmiem l-ewwel taqsima l-Beltin kellhom okkażjoni tad-deheb li jiftħu l-iskor meta reġa' kien Montebello li ħoloq il-periklu meta minn qagħda tajba ra x-xutt ċentrali tiegħu jiġi mblukkat mill-goalkeeper Debono. Valletta kien l-uniku tim li ħoloq okkażjonijiet ta' skor f 'din il-logħba fejn saħansitra ma stajna ninnutaw l-ebda azzjoni denja ta' nota minn Tarxien Rainbows. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima Nafti ra x-xutt tiegħu jgħaddi għoli mil-lasti difiżi minn Debono waqt li ftit wara tentatttiv minn freekick tas-solitu Shaun Bajada ġie kklerjat mill-goalkeeper tar-Rainbows, Debono. Valletta komplew jattakkaw fit-tentattiv ovvju tagħhom li jsibu x-xibka u xutt ta' Ian Zammit ġie mdawwar f 'corner minn Sammut. Mill- corner riżultanti l-plejer eks Floriana Christian Caruana ra x-xutt tiegħu jiġi mblukkat għal darb'oħra mid-difiża tar- Rainbows. Valletta - Vella, Caruana, Azzopardi (Zammit 66'), Borg, Fenech, Faria, Kooh Sohna (Lateef Alliyu 82'), Montebello (Caruana 59'), Bajada, Nafti, Dimech Tarxien R. - Debono, Caruana, Bugeja, Rodrigues Silva (Barbosa Viana 58'), Caruana, Lima Silva (Farrugia 90'), Sammut, Cini, Tabone (Aboulezz 76'), Lopes Pereira, Santos Silva Referi - Trustin Farrugia Cann SHAUN BAJADA Ġie vvutat bħala l-BOV Plajer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fid-19 ta' Ottubru 1983 fis-Sannat, Għawdex Beda l-karriera tiegħu ma' Floriana u fil-karriera tiegħu lagħab ukoll ma' Marsaxlokk, Msida SJ u Birkirkara qabel ingħaqad ma' Valletta Ritratt: Joe Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 August 2014