Illum previous editions

illum 24 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/368914

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 31

24 illum Il-Ħadd 24 ta' Awwissu 2014 SPORTSillum SPORTSillum Ritratt: Joe Borg Punt kull wieħed għal Sliema u Floriana Sliema W ............ 1 Floriana ............. 1 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT F'LOGĦBA li ntlagħbet quddiem ftit mijiet ta' partitarji b'kuntrast kbir għas-snin l-imgħoddija fejn din il-logħba li kienet magħrufa bħala d-Derby ta' Malta jew bl- Ingliż l-Old Firm Derby kienet tiġbed eluf kbar ta' partitarji fl-istadia rispettivi f 'Malta, Sliema Wanderers u Floriana temmew il-konfront ta' bejniethom f 'parità ta' 1-1. Għal Floriana ddebuttaw il-goalkeeper Taljan Valerio Senatore kif ukoll id- difensur ċentrali Brażiljan Douglas Cobo. Għalihom irritorna wkoll Steve Pusani wara li serva logħba sospensjoni. Min-naħa l-oħra Sliema Wanderers kienu bl-aqwa skwadra possibbli hekk kif kellhom l-iskwadra kollha għad-dispożizzjoni tagħhom. L-ewwel taqsima kienet ferm bilanċjata fejn iż-żewġ timijiet ħolqu diversi okkażjonijiet perikolużi bl-attakkant Taljan tal- Wanderers Andrea Pisanu jara t-tentattiv tiegħu jistampa mal-mimduda u l-goalkeeper Glenn Zammit, li matul dan l-istaġun sar il-goalkeeper titolari tal- Blues wara li Henry Bonello ngħaqad ma' Hibernians, ikun fundamentali għal Sliema fejn salva lit-tim tiegħu għal diversi drabi minn diversi attakki insidjużi ta' Floriana speċjalment min- naħa tal-attakkant versatili Taljan Piciollo li kellu logħba tajba. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima Floriana ħarġu fuq l-offensiva u fil-fatt irnexxielhom isibu x-xibka wara biss ħames minuti logħob eżattament fil- 50 minuta permezz ta' gowl tal-istampi tal-plejer Taljan Matteo Picciolo li qabbeż il-ballun minn fuq il-goalkeeper Glenn Zammit minn barra l-kaxxa. Sliema Wanderers ġabu l-iskor indaqs fit-72 minuta permezz ta' Andrea Pisanu li qabbeż il-ballun minn fuq il-goalkeeper ta' Floriana Senatore, wara indeċiżjoni tal-istess goalkeeper Taljan. Sliema W. - Zammit, Muscat, Scozzese, Potezica, Scerri, Mifsud, Pisanu, Gatt Baldacchino, Paltemio Barbetti, Muscat, Bianciardi Floriana - Senatore, Moreira Cobo, Marcelina, Pisani, C. Borg, Plut, Piciollo, Briffa, Farrugia, S. Borg, Bonnici Referi - Chris Lautier ANDREA PISANU Twieled fis-7 ta' Jannar 1982 fl-Italja Skorja l-gowl tant importanti li ġab il-parità għal Sliema Wanderers fit-72 minuta Lagħab ma' diversi timijiet fis-Serie A fl-Italja fosthom Hellas Verona, Cagliari, Bologna u Parma qabel iddeċieda li jtemm il-karriera tiegħu f'pajjiżna propju ma' Sliema Wanderers li ngħaqad magħhom iktar kmieni matul dan is-sajf

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 August 2014