Illum previous editions

illum 24 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/368914

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

26 illum Il-Ħadd 24 ta' Awwissu 2014 SPORTSillum Rosberg jegħleb lil Hamilton u jikseb ir-raba' pole fil-Belġju ISSEWWIEQ li jinsab fil-quċċata tal-klassifika tal-F1 Nico Rosberg għeleb lil sieħbu Lewis Hamilton fuq Mercedes fiċ-ċirkwit ta' Spa- Francorchamps biex kiseb ir-raba' pole konsekuttiva. F'kundizzjonijiet klimatiċi xejn tajbin minħabba x-xita s-sewwieq Ġermaniż kiseb ħin ta' kważi kwart ta' sekonda aħjar minn Hamilton bis-sewwieq tar-Red Bull Sebastien Vettel itemm fit-tielet post b'iktar minn żewġ sekondi distakk minn Rosberg. Is-sewwieq ta' Ferrari Fernando Alonso temm fir-raba' post waqt li s-sewwieq l-ieħor tar-Red Bull Daniel Ricciardo spiċċa fil-ħames post. Intant, dawn huma l-postijiet li minnhom se jkunu qed jibdew is- sewwieqa llum fiċ-ċirkwit ta' Spa fil-Belġju: Riżultati 1. Nico Rosberg (Mercedes) 2. Lewis Hamilton (Mercedes) 3. Sebastian Vettel (Red Bull Racing- Renault) 4. Fernando Alonso (Ferrari) 5. Daniel Ricciardo (Red Bull Racing- Renault) 6. Valtteri Bottas (Williams-Mercedes) 7. Kevin Magnussen (McLaren- Mercedes) 8. Kimi Räikkönen (Ferrari) 9. Felipe Massa (Williams-Mercedes) 10. Jenson Button (McLaren-Mercedes) 11. Daniil Kvyat (STR-Renault) 12. Jean-Eric Vergne (STR-Renault) 13. Sergio Perez (Force India-Mercedes) 14. Adrian Sutil (Sauber-Ferrari) 15. Romain Grosjean (Lotus-Renault) 16. Jules Bianchi (Marussia-Ferrari) 17. Pastor Maldonado (Lotus-Renault) 18. Nico Hulkenberg (Force India- Mercedes) 19. Max Chilton (Marussia-Ferrari) 20. Esteban Gutierrez (Sauber-Ferrari) 21. Andre Lotterer (Caterham-Renault) 22. Marcus Ericsson (Caterham-Renault) Rosberg -azzjoni ċ-ċirkwit ta' Spa l-Belġju Birkirkara ................4 Żebbuġ ...................0 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT BIRKIRKARA umiljaw lil Żebbuġ Rangers meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 4-0 f 'logħba li l-iStripes iddominaw mill-bidu sal-aħħar u r-Rangers iddiżappuntaw fejn qatt ma daħlu fil-logħba. U dan meta Birkirkara kellhom tliet plejers ferm importanti neqsin. Dawn kienu l-captain Gareth Sciberras, Joseph Zerafa li mistenni jmur għall-prova ma' klabb żgħir fl-Ingilterra kif ukoll lill- akkwist il-ġdid mingħand l-arċi-rivali Valletta, Edmond Agius. Din kienet it-tieni rebħa konsekuttiva għal Birkirkara biex issa għandhom 6 punti u jinsabu fil-quċċata tal- klassifika waqt li din il-logħba fissret ukoll it-tieni telfa konsekuttiva għal Żebbuġ Rangers li jinsabu ankrati fil- qiegħ tal-klassifika mingħajr ebda punt. Tajjeb ngħidu li l-erba' gowls ta' Birkirkara ġew skorjati minn erba' plejers difererenti - xi ħaġa li tindika biċ-ċar il-qawwa fl-attakk tal- iStripes. Birkirkara għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ewwel u ma damux biex sabu x-xibka permezz ta' Leighton Grech li reġa' ngħaqad ma' Birkirkara matul dan l-istaġun. L-iStripes irduppjaw l-iskor fl-44 minuta permezz tal-akkwist il-ġdid Ellinton Costa Morais. Huma għamluhom 3 fl-64 minuta permezz ta' Eliandro Gonzaga dos Santos u komplew ikabbru l-marġni tal-iskor 12-il minuta wara permezz ta' Rafael Ledesma minn penalty. Birkirkara - Haber, Bissi Da Silva, Costa Morais, Vukanac, Pompeo, Ledesma, Dos Santos Gonzaga, Fenech, Muscat, Scicluna, Grech, Camenzuli Żebbuġ R. – Rapchan dos Santos Morales, Borg, Serrano Diaz, Gauci, Camilleri, Gauci, Bartolo, Monti, Paris, Rodrigues Britto, Muchardi Referi - Marco Borg RAFAEL LEDESMA Twieled fil-31 ta' Diċembru 1982 f'Porto Alegre, il-Brażil Ingħaqad ma' Birkirkara iktar kmieni matul dan is-sajf Kellu logħba tajba li ġiet inkurunata permezz ta' gowl minn penalty fis-76 minuta L-aħħar tim li lagħab miegħu qabel ingħaqad ma' Birkirkara kien Achna FC f'Ċipru Birkirkara jumiljaw lil Żebbuġ Bilanċ assolut bejn Naxxar u Balzan Naxxar L. .................1 Balzan ....................1 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT NAXXAR Lions u Balzan temmew il-konfront ta' bejniethom f 'parità ta' 1-1 biż-żewġ gowls li huma jaslu fl-ewwel taqsima. Għal Naxxar Lions iddebuttaw id-difesnur Niġerjan Emmanuel Ibokm Edet u l-plejer ta' nofs il-grawnd mis-Senegal Pape Gueye. Għalihom irritorna l-plejer veteran u captain Victor Bellia wara li serva logħba sospensjoni iżda kellhom lill-plejer ta' nofs il-grawnd Brażiljan Sidney da Silva nieqes minħabba li jinsab imweġġa'. Min-naħa l-oħra għal Balzan iddebutta l-plejer Samir Arab wara li ngħaqad magħhom mingħand Valletta hekk kif tilef l-aħħar logħba minħabba li kien sospiż. Balzan ħarġu fuq l-offensiva u ma damux biex sabu x-xika permezz ta' Gianmarco Piccioni wara biss tmien minuti logħob. B'hekk dan kien it-tielet gowl ta' Piccioni fil-kampjonat wara d-doppjetta li skorja fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet kontra Żebbuġ Rangers. Fis-26 minuta Balzan qalgħu daqqa ta' ħarta meta tkeċċa għalihom il-goalkeeper żagħżugħ Christian Cassar biex erba' minuti biss wara Naxxar Lions rebħu penalty li minnu l-attakkant prolifiku Brażiljan Gilmar da Silva Ribeiro ma żbaljax biex għamel l-iskor 1-1. Tajjeb ngħidu li flok Christian Casasr daħal jilgħab il- goalkeeper żagħżugħ Għawdxi Steve Sultana biex jiddefendi l-lasti. Naxxar L. - Azzopardi, Buhagiar, Gilmar da Silva Ribeiro, Doffo (Gueye 69'), Ibok Edet, Uchenna Mbachu Emenike, Falzon, Fenech, Reano, Scicluna, Vella (Bellia 70') Balzan - Cassar, Grioli, Bezzina, Serrano, Zarate, Guobadia, Sciberras, Micallef (Sultana 28'), Guerrero (Borg 90'), Mifsud Triganza (Spiteri 85'), Gianmarco Piccioni Referi - Sandro Spiteri GIANMARCO PICCIONI Twieled fit-18 ta' Lulju 1991 fl-Italja Ingħaqad ma' Balzan matul dan l-istaġun mingħand Mosta Fil-karriera tiegħu lagħab ma' Sambenedettese, Vicenza u L'Aquila qabel ingħaqad ma' Mosta Kellu logħba tajba fejn skorja l-ewwel gowl tal-logħba għal Balzan

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 August 2014