Illum previous editions

illum 24 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/368914

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

6 illum | Il-Ħadd 24 ta' Awwissu 2014 "Stil ta' mużika li jmur mal-kultura Maltija" L-istil Klezmer li oriġina mill-mużika Lhudija tal-Lvant tal-Ewropa FILJIEM sħan tas-sajf l-attivitajiet ma jonqsux. U fil-Belt Valletta, li dan l-aħħar donnha saret il- mekka tal-kultura Maltija, se jiġi organizzat kunċert bi stil ta' mużika li forsi qatt ma smajna bħalu. L-istil jismu Klezmer, oriġina mill-mużika tradizzjonali Lhudija tal-Lvant tal-Ewropa. Oriġinarjament dan l-istil kien jindaqq waqt tiġijiet u ċelebrazzjonijiet oħra. Huwa stil li jqanqal emozzjoni ta' kuntentizza. Hija mużika li titrasmetti ħsus ta' ferħ u bla ma trid, anke jekk tkun bilqiegħda tibda tiċċaqlaq magħha. Il-ġurnal ILLUM ġie f 'kuntatt mal-fundaturi tal- fondazzjoni Klezmorimalta, Birgit u Ralph Albrecht, koppja li ġew joqogħdu Malta s-sena li għaddiet. L-idea tal- Fondazzjoni Klezmorimalta hi li tipproteġi l-mużika maħluqa minn strumenti akustiċi u b'vuċijiet naturali mingħajr użu diġitali. Iżda x'impatt tista' tħalli din il-fondazzjoni fuq is-soċjetà Maltija. Birgit u Ralph wieġbu "Għas-soċjetà Maltija, din l-għaqda non-governattiva se tkompli ssaħħaħ it- tradizzjoni antika ta' arti u mużika." Il-mużika Klezmor tuża l-klarinett, il-vjolin, it- trumbetta, il-pjanu, iċ- ċimblu, il-kuntrabaxx, il-kunċertina u t-trumbun. Illum il-ġurnata dan l-istil qed jikseb popolarità mad- dinja minħabba t-taħlit fil-kulturi u stili differenti li qed jinfluwenzaw lil xulxin. Il-fundaturi tal-fondazzjoni Maltija Klezmorimalta qalulna li dan l-istil jinkorpora mużika żingara, Russa, mużika folk mil-Lvant tal-Ewropa u jazz. "Għalkemm ħafna nies f 'Malta forsi ma jafux x'inhu l-Klezmer, aħna naħsbu li se jintlaqa' tajjeb mill-udjenzi hekk kif il-ħoss ta' dan l-istil ta' mużika jmur tajjeb ħafna mal-estetika u l-ħoss tal-kultura Maltija. Aħna nemmnu wkoll li l-Klezmer se jistimula u jsaħħaħ ix- xena mużikali f 'dan il-pajjiż" qalu b'pożittiviżmu l-koppja Olandiża. Klezmorimalta issa se torganizza avveniment maqsum fuq żewġt iljieli. Klezmorimalta Nights se jkun kunċert mifrux fuq jumejn, fejn il-baned tal- Klezmer Amsterdam fid-29 ta' Awwissu u Yxalag fit-30 ta' Awwissu se jdoqqu flimkien mal-kant'awtriċi Démira li se tkun preżenti fil-jumejn li huma. Démira hija kantanta ta' dan l-istil ukoll u għadha kif ħarġet id-diska Indigo, u l-album mużikali bl-istess isem. L-artisti li se jipparteċipaw f 'dan il-kunċert jemmnu li l-mużika tajba hija mużika li tiġi mill-qalb u tqanqal emozzjonijiet, u dan huwa dak li huwa l-Klezmor. Għal din ir-raġuni, aħna m'għandniex dubju li kemm jekk għandek seba' snin kif ukoll jekk għandek seba' u sebgħin sena, żgur se jitqanqlulek emozzjonijiet diversi permezz ta' din il- mużika etnika, tradizzjonali u mingħajr effetti kompjuterizzati. Birgit u Ralph Albrecht, li waqqfu l-fondazzjoni Klezmorimalta Restawr tal-istatwa fuq il-Gżejjer ta' San Pawl "ILGŻEJJER ta' San Pawl għandhom potenzjal li jiġu żviluppati f 'attrazzjoni turistika oħra importanti" dan qalu l-Ministru għat- Turiżmu Edward Zammit Lewis din il-ġimgħa waqt konferenza tal-aħbarijiet. Zammit Lewis faħħar il-ftehim li ntlaħaq bejn l-Awtorità Maltija għat- Turiżmu u Din l-Art Ħelwa biex ikomplu jtejbu l-kultura tagħna u l-prodott turistiku tal-inħawi ta' San Pawl il- Baħar. "L-Awtorità Maltija għat- Turiżmu se tkun qed tgħin b'mod finanzjaru lil Din l-Art Ħelwa sabiex tiġi rrestawrata l-istatwa ta' San Pawl li tinsab fuq il-Gżejjer ta' San Pawl. Ninsab ċert li din il- kollaborazzjoni mhux se tieqaf hawn għaliex nemmnu li l-gżejjer għandhom potenzjal li jiġu żviluppati f 'attrazzjoni oħra għal min ikun qed iżurna" saħaq il-Ministru. Kompla jgħid li l-prodott turistiku ma jiddependix biss mill-investiment tal- Gvern imma wkoll mill- ħidma u l-isforzi kollettivi tal-operaturi turistiċi, mill- proġetti tal-Kunsilli Lokali u mir-responsabbiltà li jieħdu ċittadini fil-ħarsien tal- ambjent u d-dehra ta' pajjiżna. Edward Zammit Lewis irrefera wkoll għax-xogħol ta' restawr tal-faċċati ta' Torri Wignacourt kif ukoll restawr tal-'beachpost', li kienet tifforma parti minn strutturi kontra l-invażjoni fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija, li se jkun jista' jibda kif jispiċċa s-sajf. Semma wkoll l-irwol li għandhom l-NGOs fi ħdan ix-xenarju kulturali u turistiku f 'pajjiżna u saħaq li huma bosta l-organizzazzjonijiet li anke b'mod volontarju qed jieħdu sehem attiv fil-ħarsien tal-wirt kulturali tagħna u li flimkien jieħdu ħsieb li dawn l-assi tant importanti jkunu jistgħu jiġu mgawdija kemm mill-Maltin, kif ukoll minn dawk li jiġu jżuruna. L-istatwa ta' San Pawl fuq il-gżejjer

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 August 2014